This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31993R3063
Commission Regulation (EC) No 3063/93 of 5 November 1993 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EEC) No 2019/93 with regard to the aid scheme for the production of honey of specific quality
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3063/93 tal-5 ta’ Novembru 1993 li jistabilixxi r-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 fir-rigward ta’ skema ta’ l-għajnuna għall-produzzjoni ta’ l-għasel ta’ kwalità speċifika
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3063/93 tal-5 ta’ Novembru 1993 li jistabilixxi r-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 fir-rigward ta’ skema ta’ l-għajnuna għall-produzzjoni ta’ l-għasel ta’ kwalità speċifika
ĠU L 274, 6.11.1993, pp. 5–7
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R1914
Official Journal L 274 , 06/11/1993 P. 0005 - 0007
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 53 P. 0151
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 53 P. 0151
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3063/93 tal-5 ta’ Novembru 1993 li jistabilixxi r-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 fir-rigward ta’ skema ta’ l-għajnuna għall-produzzjoni ta’ l-għasel ta’ kwalità speċifika IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeja, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2019/93 tad-19 ta’ Lulju 1993 li jintroduċi miżuri speċifiċi għall-gżejjer żgħar Eġej li jikkonċernaw ċerti prodotti agrikoli [1], u partikolarment l-Artikolu 12(4) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3813/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 dwar l-unità ta’ kontijiet u r-rati tal-kambju li għandhom ikunu applikati għall-iskopijiet tal-istrateġija agrikola komuni [2], u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu, Billi l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 jipprovdi għall-għajnuna li għandha tingħata għall-gżejjer żgħar Eġew għall-produzzjoni ta’ l-għasel ta’ kwalità li fih ikollu proporzjon kbir ta’ għasel tas-sagħtar; billi r-regoli ddettaljati għandhom jiġu stabbiliti għall-immaniġġjar ta’ din l-iskema u għall-monitoraġġi tal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Komunità; Billi, sabiex jinkoraġġixxu l-produtturi ta’ l-għasel li jkunu miġbura fi gruppi ta’ l-organizzazzjonijiet kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/78 tad-19 ta’ Ġunju 1978 dwar gruppi ta’ produtturi u assoċċjazzjonijiet tagħhom [3], kif l-aħħar emendat bir-regolament (KEE) Nru 746/93 [4], biex itejbu l-marketing sabiex ikunu konformi mal-ħtiġiet ta’ suq u biex jippromovaw prodotti ta’ kwalità, l-għoti ta’ l-għajnuna hija kondizjonali mal-implimentazzjoni ta’ programm inizjattiv annwali suġġett għall-approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali innominata mill-Greċja; billi, biex jintlaħħqu dawn l-għanijiet, il-programm għandu jfittex, minn naħa l-waħda, biex jikseb titjib ġenetiku, il-bdil tad-doqqajs, l-introduzzjoni ta’ mekkanizzazzjoni u ta’ taħriġ vokazzjonali għal dawk li jrabbu n-naħal f’tekniċi ġodda ta’ produzzjoni u, minn naħa l-oħra, biex jagħmlu studji dwar is-suq, riċerka f’metodi ġodda tal-ippakkjar u promozzjonijiet fil-fieri tal-kummerċ; Billi regoli bħal dawn għandhom ikopru wkoll d-determinazzjoni tal-perijodi li għalihom tista ssir applikazzjoni għall-għajnuna, l-informazzjoni minima li għandhom ikun fihom dawn applikazzjonijiet, il-perijodi ta’ valutazzjoni u l-pagament ta’ l-għajnuna mill-awtorità kompetenti, u n-notifika lill-Kummissjoni ta’ l-għajnuna mħallsa; billi dawn il-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu l-ivverifikar meħtieġ biex jassiguraw l-applikazzjoni korretta ta’ din l-iskema ta’ l-għajnuna u jispeċifikaw l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn ir-regoli; Billi, in vista ta’ l-implimentazzjoni ta’ din l-iskema t’għajnuna, derogi għandhom isiru li jikkonċernaw id-dati fir-rigward ta’ l-applikazzjonijiet u għall-pagamenti ta’ l-għajnuna għall-produzzjoni tas-sena 1993; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Bajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 Għajnuna għall-produzzjoni ta’ l-għasel ta’ kwalità speċifika għall-gżejjer żgħar ta’ l-Eġew, li jkun fih proporzjon kbir ta’ l-għasel tas-sagħtar għandha tingħata lill-gruppi ta’ produtturi ta’ l-għasel rikonoxxuti permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1360/78 li jiggarantixxu programm annwali tal-inizzjattivi biex itejbu l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom l-għasel ta’ kwalità ikun marketed u promoss. B’dana kollu, sa l-aħħar tas-sena 1994, l-għajnuna għandha titħallas ukoll lill-dawk kollha li jrabbu n-naħal li għandhomm fil-produzzjoni mill-anqas 10 ġarar tan-naħal irreġistrati mal-awtorità kompetenti. L- Artikolu 2 1. Il-programm tal-inizjattivi għandu jkollu dawn l-għanijiet li ġejjin: - titjib fil-marketing permezz ta’ l-introduzzjoni tat-teknoloġija, l-użu ta’ makkinarju għall-estrazzjoni, l-purifikazzjoni u l-filtrazzjoni, u t-taħriġ vokazzjonali, - iż-żamm tal-produzzjoni bis-sostituzzjoni ta’ rġejjen li jixjieħu f’intervalli ta’ kull sentejn, bil-bgħula tajbin għaż-żona, - promozzjoni tal-bejgħ ta’ l-għasel ta’ kwalità fi studji tas-suq, l-iżvillup ta’ metodi ġodda tal-ippakkjar u ta’ l-organizzazzjoni ta’, u l-parteċipazzjoni fil-fieri tal-kummerċ u f’avvenimentioħra tan-negozju. 2. Il-programmi għandhom ikunu ppreżentati mill-gruppi tal-produtturi ta’ l-għasel lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi, fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni tal-programmi, jekk għandhiex tapprovhom jew li tiċħadhom, wara li tkun talbet xi tibdil li hi tqis bħala meħtieġa. L- Artikolu 3 1. L-applikazzjoni ta’ l-għajnuna għandha tkun ippreżentata mill-parti konċernata ma’ l-awtorità kompetenti matul il-perijodu determinat minn din ta’ l-aħħar u sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, l-aktar tard, fir-rigward tal-produzzjoni tas-sena f’dak il-każ. Jekk dan il-limitu ta’ żmien jeskadi l-għajnuna li trid titħallas għandha tiġi mnaqqsa bi 10 %, apparti milli fl-eventwalità ta’ force majeure. L-ebda għajnuna m’għandha titħallas fir-rigward ta’ applikazzjoni ippreżentata aktar tard minn 20 jum wara d-data stabbilita mill-awtorità kompetenti. B’dana kollu, għas-sena 1993, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jistgħu ikunu ppreżentati sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. 2. L-applikazzjoni għal-għajnuna għandha tinkludi din l-informazzjoni minima li ġejja: - l-isem u l-indirizz tal-grupp tal-produtturi ta’ l-għasel, jew il-kunjom, l-ewwel isem u l-indirizzta’ dak li jrabbi n-naħal, - in-numru ta’ ġarar tan-naħal fissi fil-produzzjoni u n-numru rreġistrat ma’ l-awtorità kompetenti, - il-kwantita ta’ l-għasel li fih proporzjon kbir ta’ l-għasel tas-sagħtar prodott matul il-perijodu lifir-rigward tiegħu l-għajnuna tkun saret applikazzjoni dwarha. 3. Meta n-numru totali ta’ ġarar tan-naħal li dwarhom tkun saret applikazzjoni għall-għajnuna teċċedi n-numru massimu ta’ ġarar tan-naħal li referuti fl-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 l-awtorità kompetentii għandha tiddetermina tnaqqis standard tal-ko-effiċjent biex ikun applikat għal kull applikazzjoni. L- Artikolu 4 Il-Greċja għandha tħallas l-għajnuna sal-31 ta’ Diċembru tal-perijodu li fir-rigward tiegħu l-għajnuna hija mogħtija, b’relazzjoni tal-persentaġġ effettiv tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ l-inizjattivi. B’dana kollu, ebda ħlas m’għandu jsir, jekk dan il-persentaġġ ikun anqas minn 50 %. B’dana kollu, għas-sena 1993, l-għajnuna tista tkun imħallsa sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 1994. L- Artikolu 5 Il-Greċja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena: - in-numru ta’ gruppi ta’ produtturi u n-numru ta’ dawk li jrabbu n-naħal b’mod individwali li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-għajnuna, - in-numru ta’ ġarar tan-naħal li fir-rigward tagħhom tkun saret applikazzjoni għall-għajnuna minn gruppi ta’ produtturi u dawk li jrabbu n-naħal b’mod individwali, rispettivament, - il-ko-effiċjent tat-tnaqis applikat, jekk ikun hemm, - il-programm tal-inizjattivi approvati, - in-numru tal-irregolaritajiet misjuba u l-ġarar tan-naħal kkonċernati. B’dana kollu, għas-sena 1993, komunikazzjoni ta’ dawn il-fatti tista ssir sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 1994. L- Artikolu 6 1. Il-Greċja għandha, permezz tal-verifiki fuq il-post, tivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għall-għajnuna u li tkun konformi mal-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ l-għajnuna. 2. Il-verifiki fuq il-post għandhom ikunu marbuta għal minn l-anqas 10 % ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna. B’dana kollu, għas-sena 1993, il-persentaġġ għandu jkun ta’ 5 %. Jekk numru sinifikanti ta’ rregolaritajiet ikunu misjuba, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu verifikar addizzjonali fis-sena kurrenti u għandhom iżidu l-persentaġġ ta’ l-applikazzjonijiet li għandhom ikunu vverifikati fis-sena ta’ wara. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina liemha applikazzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għal verifiki fuq il-post fuq il-bażi ta’ l-analizi ta’ riskju, waqt li tassigura li kampjun rappreżentattiv ikun magħżul. L-ivverifikar fuq il-post għandu jirrelata għal: - numru ta’ ġarar tan-naħal iddikjarati fl-applikazzjoni, - l-implimentazzjoni tal-programm ta’ l-inizzjattivi. L- Artikolu 7 1. Jekk l-għajnuna tkun imħallsa bi żball, l-awtorità kompetenti għandha tirkupra l-ammonti mħallsa, biż-żieda ta’ l-imgħaxijiet, ikkalkolati mid-data tal-ħlas ta’ l-għajnuna sa l-irkuprar eventwali tagħha. Ir-rata ta’ l-imgħax applikata għandha tkun ir-rata applikabbli fil-każ ta’ l-operazzjonijiet tal-irkuprar simili mwettqa permezz tal-liġi nazzjonali. 2. Jekk l-għajnuna għandha tkun irkuprata bħala riżultat tal-irregolarità li tista tkun attribwita għall-parti kkonċernata, jew b’att apposta jew b’negliġenza serja, l-awtorità kompetenti għandha tirkupra l-ammonti mħallsa, b’żieda ta’ 20 % mingħajr preġudizju għaż-żieda għall-imgġax referut fil-paragrafu 1. Il-parti kkonċernata m’għandiex tibbenefika taħt l-iskema fir-rigward tas-sena ta’ wara. 3. L-għajnuna rkuprata u l-imgħax għandhom ikunu imħallsa lill-aġenziji tal-pagamenti jew lill-awtoritajiet ikkonċernati u mnaqqsa minnhom mill-infiq iffinanzjat Fond Agrikolu Ewropew ghall-Gwida u Garanzija (FAEGG) fi proporzjon għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità. L- Artikolu 8 Ir-rata li għandha tkun applikata kull sena għall-kambju ta’ muniti nazzjonali ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna għandha tkun ir-rata tal-kambju agrikolu fis-seħħ fl-ewwel jum tal-perijodu għal-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna. L- Artikolu 9 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Novembru 1993. Għall-Kummissjoni Ren Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 184, tas-27.7.1993, p. 1. [2] ĠU L 387, tal-31.12.1992, p. 1. [3] ĠU L 166, tat-23.6.1978, p. 1. [4] ĠU L 77, tal-31.3.1993, p. 14. --------------------------------------------------