Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R0717

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 717/93 tas-26 ta’ Marzu 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3076/78 dwar l-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi li mhumiex membri

    ĠU L 74, 27.3.1993, p. 45–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/01/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/717/oj

    31993R0717



    Official Journal L 074 , 27/03/1993 P. 0045 - 0045


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 717/93

    tas-26 ta’ Marzu 1993

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3076/78 dwar l-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi li mhumiex membri

    IL-KUMMISSJONI GĦALL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jjistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Ġunju 1987 dwar l-organiżżazzjoni tas-suq tax-xgħir [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3124/92 [2], u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

    Billi, permezz ta’ l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3076/78 tal-21 ta’ Diċembru 1978 dwar l-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi mhumiex membri [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2940/92 [4], xgħir importat minn pajjiżi mhumiex membri għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikazzjoni ta’ ugwaljanza; billi deroga temporanja - fil-forma ta’ ċertifikazzjoni ta’ kontroll - tingħata lil xi pajjiżi mhux elenkati fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3077/78 tal-21 ta’ Diċembru 1978 dwar l-ekwivalenza għaċ-ċertifikati tal-attestat tal-Komunità maħruġa ma’ xgħir importat minn pajjiżi mhumiex membri [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2238/91 [6]; billi dawn l-attestati ta’ kontroll jagħtu biss ftit informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-prodott u ebda informazzjoni dwar l-oriġini u s-sena tal-ħsad; billi, b’hekk, għandhom jittieħdu miżuri għax-xgħir importat b’attestat ta’ kontroll u prodotti tax-xgħir magħmula minn xgħir li m’għandux ikun kopert bi proċedura ta’ attest;

    Billi l-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tax-Xgħir,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Is-subparagrafu li jmiss jiżdied ma’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3076/78:

    "Xgħir importat b’attestat ta’ kontroll u prodotti tax-xgħir magħmula minn xgħir importat bl-istess attestat, m’għandux għalfejn ikun kopert b’ċertifikazzjoni ta’ proċedura."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-sebgħa jum mill-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Marzu 1993.

    Għall-Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1.

    [2] ĠU L 313, tat-30.10.1992, p. 1.

    [3] ĠU L 367, tat-28.12.1978, p. 17.

    [4] ĠU L 294, ta’ l-10.10.1992, p. 8.

    [5] ĠU L 367, tat-28.12.1978, p. 28.

    [6] ĠU L 204, tas-27.7.1991, p. 13.

    --------------------------------------------------

    Top