Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0100

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL KEE/92/100 tad-19 ta’ Novembru 1992 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali

    ĠU L 346, 27.11.1992, p. 61–66 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/01/2007; Imħassar b' 32006L0115

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/100/oj

    31992L0100



    Official Journal L 346 , 27/11/1992 P. 0061 - 0066


    Id-Direttiva tal-Kunsill KEE/92/100

    tad-19 ta’ Novembru 1992

    dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 57(2), 66 u 100a tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    B’koperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi jeżistu differenzi fil-protezzjoni legali provduta bil-liġijiet u prattiċi ta’ l-Istati Membri għal xogħlijiet ta’ drittijiet ta’ l-awtur u s-suġġett ta’ protezzjoni ta’ drittijiet relatati rigward kiri u self; billi dawn id-differenzi huma sors ta’ xkiel għall-kummerċ u tgħawwiġ tal-kompetizzjoni li jfixklu l-kisba u l-funzjonament proprju tas-suq intern;

    Billi dawn id-differenzi fil-protezzjoni legali jistgħu jikbru hekk kif Stati Membri jadottaw leġislazzjoni ġdida u differenti jew hekk kif il-ġurisprudenza nazzjonali li tinterpreta din il-leġislazzjoni tiżviluppa b’mod differenti;

    Billi differenzi bħal dawn għandhom għalhekk ikunu eliminati skond l-għan biex jintroduċu żona mingħajr fruntieri interni kif stipulat fl-Artikolu 8a tat-Trattat sabiex hekk jistabbilixxu, skond l-Artikolu 3(f) tat-Trattat, sistema li tassigura li l-kompetizzjoni fis-suq komuni ma ssirx inġusta;

    Billi kiri u self ta’ xogħlijiet bid-drittijiet ta’ l-awtur u s-suġġett ta’ protezzjoni ta’ drittijiet relatati qed ikollu rwol dejjem aktar importanti b’mod partikolari għall-awturi, artisti u produtturi ta’ fonogrammi u films; billi l-piraterija qed issir theddida dejjem akbar;

    Billi l-protezzjoni adekwata tax-xogħlijiet bid-drittijiet ta’ l-awtur u s-suġġett tal-protezzjoni ta’ drittijiet relatati bi drittijiet ta’ kiri u self kif ukoll il-protezzjoni tas-suġġett tal-protezzjoni tad-drittijiet relatati bid-dritt ta’ l-iffissar, dritt ta’ riproduzzjoni, dritt ta’ distribuzzjoni, dritt ta’ xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku tista’ f’dan is-sens tkun ikkunsidrata bħala li hija ta’ importanza fundamentali għall-iżvilupp ekonomiku u kulturali tal-Komunità;

    Billi d-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet ta’ protezzjoni relatati għandhom jadottaw għal żviluppi ekonomiċi ġodda bħal forom ġodda ta’ sfruttament;

    Billi x-xogħol kreattiv u artistiku ta’ awturi u artisti jeħtieġ dħul adegwat bħala bażi għal aktar xogħol kreattiv u artistiku, u l-investimenti meħtieġa b’mod partikulari għall-produzzjoni ta’ fonogrammi u films huma għoljin u riskjużi; billi l-possibbiltà biex tassigura dak id-dħul u tirkupra dak l-investiment tista’ tkun biss permezz ta’ protezzjoni legali adekwata tad-detenturi tad-drittijiet relatati;

    Billi dawn l-attivitajiet kreattivi, artistiċi u intraprenditorjali huma, fil-parti l-kbira tagħhom, attivitajiet ta’ persuni li jaħdmu għal rashom; billi l-insegwiment ta’ dawn l-attivitajiet għandu jsir aktar faċli billi tkun provduta protezzjoni legali armonizzata fil-Komunità;

    Billi, sa fejn dawn l-attivitajiet prinċipalment jikkostitwixxu servizzi, l-għoti tagħhom għandu bl-istess mod ikun faċilitat bit-twaqqif fil-Komunità ta’ qafas legali armonizzat;

    Billi l-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri għandha ssir approssimattiva b’tali mod li ma tkunx konflinġenti mal-konvenzjonijiet internazzjonali li fuqhom huma bbażati ħafna mid-drittijiet ta’ l-awtur u l-liġijiet tad-drittijiet relatati;

    Billi l-qafas legali tal-Komunità dwar id-dritt ta’ kiri u d-dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur jistgħu jkunu limitati biex jistabbilixxu li l-Istati Membri jipprovdu drittijiet li jikkunsidraw il-kiri u s-self għal ċerti gruppi ta’ detenturi ta’ drittijiet u b’żieda ma’ dan biex jistabbilixxu d-drittijiet ta’ twaħħil, riproduzzjoni, distribuzzjoni, xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku għal ċerti gruppi ta’ detenturi fil-qasam tal-protezzjoni ta’ ċerti drittijiet;

    Billi huwa meħtieġ li jfisser il-kunċetti ta’ kiri u self għall-finijiet ta’ din id-Direttiva;

    Billi huwa mixtieq, bl-iskop ta’ kjarifika, biex jeskludu mill-kiri u s-self fit-tifsira ta’ din id-Direttiva ċerti forom li jagħmlu disponibbli, bħal per eżempju li tagħmel disponibbli fonogrammi u films (xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi jew xbiehat jiċċaqilqu, sew jekk ikunu akkumpanjati bil-ħoss sew jekk le) għall-iskop ta’ esibizzjoni jew xandir pubbliku, billi jagħmel disponibbli għall-fini ta’ esibizzjoni, jew li jagħmel disponibbli għal użu ta’ riferenza fuq il-post; billi self fit-tifsira ta’ din id-Direttiva ma jinkludix li tagħmel disponibbli bejn stabbilimenti li huma aċċessibbli għall-pubbliku;

    Billi, fejn is-self minn stabbiliment aċċessibbli mill-pubbliku jġib miegħu ħlas ta’ ammont li ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż tat-tħaddim ta’ l-istabbiliment, ma hemmx vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali dirett jew indirett fit-tifsira ta’ din id-Direttiva;

    Billi huwa meħtieġ li jintroduċi arranġamenti li jassiguraw li ħlas ekwu li ma jitħassarx jinkiseb mill-awturi u artisti li għandhom iżommu l-possibbiltà li jafdaw l-amministrazzjoni ta’ dan id-dritt lil soċjetajiet kolletturi li jirrappreżentawhom;

    Billi l-ħlas ekwu jista’ jitħallas fuq bażi ta’ pagament wieħed jew diversi f’kull każ fil- jew wara l-konklużjoni tal-kuntratt;

    Billi l-ħlas ekwu għandu jikkunsidra l-importanza tal-kontribut ta’ l-awturi u artisti relatati mal-fonogramm jew film;

    Billi huwa meħtieġ ukoll li ta’ l-anqas jipproteġi d-drittijiet ta’ l-awturi rigward self pubbliku billi jipprovdi għall-arranġamenti speċifiċi; billi, minkejja dan, kull miżura bbażata fuq l-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva għandha tkun konformi mal-liġi tal-Komunità, b’mod partikulari ma’ l-Artikolu 7 tat-Trattat;

    Billi d-disposizzjonijiet tal-Kapitolu II ma jipprevenux lil Stati Membri milli jestendu s-suppożizzjoni stipulata fl-Artikolu 2(5) għad-drittijiet esklussivi inklużi f’dak il-kapitolu; billi b’żieda ma’ dan id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu II ma jipprevenux lil Stati Membri milli jipprovdu għas-suppożizzjoni konfutabbli ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-isfruttar rigward id-drittijiet esklussivi ta’ l-artisti li hemm provdut dwarhom f’dawk l-artikoli, sa fejn din is-suppożizzjoni hija kompatibbli mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ l-Artisiti, Produtturi ta’ Fonogrammi u Organizzazzjonijiet tax-Xandir (minn issa ’l quddiem imsemmija l-Konvenzjoni ta’ Ruma);

    Billi l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal protezzjoni aktar vasta għal detenturi ta’ drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur minn dawk meħtieġa bl-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva;

    Billi d-drittijiet tal-kiri u s-self armonizzati u l-protezzjoni armonizzata fil-qasam tad-drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur m’għandhomx ikunu eżerċitati b’mod li jikkostitwixxu restrizzjoni travestita fuq il-kummerċ bejn Stati Membri jew b’mod li huwa kuntrarju għar-regola tal-kronoloġija ta’ l-isfruttar tal-media, kif rikonoxxuta fil-Ġudizzju mogħti fis-Société Cinéthèque v. FNCF [4],

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT

    KAPITOLU I

    DRITT TA’ KIRI U SELF

    Artikolu 1

    L-għan ta’ l-armonizzazzjoni

    1. Skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, bla ħsara għall-Artikolu 5, dritt biex jawtorizza jew jipprevjeni l-kiri jew is-self ta’ oriġinali u kopji ta’ xogħlijiet bid-drittijiet ta’ l-awtur, u materji oħra kif stipulat fl-Artikolu 2(1).

    2. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, "kiri" tfisser li tagħmel disponibbli għall-użu, għal perijodu limitat ta’ żmien u għal vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali dirett jew indirett.

    3. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, "self" ifisser li tagħmel disponibbli għall-użu, għal perjodu limitat ta’ żmien u mhux għal vantaġġ ekonomiku jew kummerċjali dirett jew indirett, meta jsir permezz ta’ stabbilimenti li huma aċċessibbli għall-pubbliku.

    4. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu eżawriti b’ebda bejgħ jew att ieħor ta’ distribuzzjoni ta’ oriġinali u kopji ta’ xogħlijiet bid-drittijiet ta’ l-awtur u suġġett ieħor kif stipulat fl-Artikolu 2(1).

    Artikolu 2

    Detenturi tad-drittijiet u materji tad-dritt tal-kiri u self

    1. Id-dritt esklussiv li jawtorizza jew jipprevjeni kiri u self għandu jkun:

    - ta’ l-awtur dwar l-oriġinal jew il-kopji tax-xogħol tiegħu,

    - ta’ l-artist dwar l-iffissar tal-wirja tiegħu,

    - tal-produttur tal-fonogramm dwar il-fonogrammi tiegħu, u

    - tal-produttur ta’ l-ewwel iffissar ta’ film dwar l-oriġinal u l-kopji tal-film tiegħu. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminu "film" għandu jindika xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv jew xbiehat li jiċċaqilqu, sew jekk akkumpanjati bil-ħoss sew jekk le.

    2. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva d-direttur prinċipali ta’ xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv għandu jkun kunsidrat bħala l-awtur tiegħu jew wieħed mill-awturi. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal oħrajn biex ikunu kkunsidrati bħala l-ko-awturi tiegħu.

    3. Din id-Direttiva ma tirregolax id-drittijiet tal-kiri u self relatati mal-bini u max-xogħlijiet ta’ l-arti applikata.

    4. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu trasferiti, mogħtija jew suġġetti għall-għoti ta’ liċenzji kuntrattwali.

    5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, meta kuntratt relatat mal-produzzjoni ta’ film ikun konkluż, individwalment jew kollettivament, minn artisti ma’ produttur tal-films, l-artist regolat b’dan il-kuntratt għandu jkun stmat minn qabel, bla ħsara għall-klawsoli kuntrattwali kuntrarji, li jkun ittrasferixxa d-dritt tal-kiri tiegħu, soġġett għall-Artikolu 4.

    6. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu stima simili minn qabel kif stipulata fil-paragrafu 5 dwar l-awturi.

    7. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-iffirmar ta’ kuntratt konkluż bejn artist u produttur tal-films dwar il-produzzjoni ta’ film ikollu l-effett ta’ l-awtorizzazzjoni tal-kiri, kemm-il darba dan il-kuntratt jipprovdi għal rimunerazzjoni ekwa skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li dan il-paragrafu għandu japplika mutatis mutandis għad-drittijiet inklużi fil-Kapitolu II.

    Artikolu 3

    Kiri ta’ programmi tal-kompjuter

    Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill KEE 91/250 ta’ l-14 ta’ Mejju 1991 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter [5].

    Artikolu 4

    Dritt li ma jitteħidx għal ħlas ekwu

    1. Fejn awtur jew artist ikun ittrasferixxa jew assenja d-dritt tal-kiri tiegħu dwar fonogramm jew oriġinal jew kopja ta’ film ta’ fonogramm jew produttur ta’ film, dak l-awtur jew artist għandu jżomm id-dritt li jikseb ħlas ekwu għall-kirja.

    2. Id-dritt li jikseb ħlas ekwu għall-kirja ma jistax jittieħed minn awturi jew artisti.

    3. L-amministrazzjoni ta’ dan id-dritt li jikseb ħlas ekwu jista’ jkun fdat lil soċjetajiet kolletturi li jirrappreżentaw awturi jew artisti.

    4. L-Istati Membri jistgħu jirregolaw jekk jew sa fejn tista’ tkun imposta l-amministrazzjoni minn soċjetajiet kolletturi tad-dritt li jiksbu ħlas ekwu, kif ukoll il-kwistjoni mingħand min dan il-ħlas jista’ jintalab jew jinġabar.

    Artikolu 5

    Deroga mid-dritt esklussiv ta’ self lill-pubbliku

    1. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mid-dritt esklussiv li hemm provdut dwaru fl-Artikolu 1 dwar is-self lill-pubbliku, kemm-il darba ta’ l-anqas awturi jiksbu ħlas għal dan is-self. Stati Membri għandhom ikunu ħielsa li jistabbilixxu dan il-ħlas waqt li jikkunsidraw l-għanijiet ta’ promozzjoni kulturali tagħhom.

    2. Meta Stati Membri ma japplikawx id-dritt esklussiv ta’ self li hemm provdut dwaru fl-Artikolu 1 rigward fonogrammi, films u programmi tal-kompjuter, huma għandhom jintroduċu rimunerazzjoni, ta’ l-anqas għall-awturi.

    3. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw ċerti kategoriji ta’ stabbilimenti mill-pagament tal-ħlas imsemmi fil-paragrafi 1 u 2.

    4. Il-Kummissjoni, b’koperazzjoni ma’ l-Istati Membri, għandha tistabbilixxi qabel l-1 Lulju 1997 rapport dwar self lill-pubbliku fil-Komunità. Għandha tgħaddi dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    KAPITOLU II

    DRITTTIJIET RELATATI MAD-DRITTIJIET TA’ L-AWTUR

    Artikolu 6

    Dritt ta’ l-Iffissar

    1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-artisti d-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprevjenu l-iffissar tal-wirjiet tagħhom.

    2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-organizzazzjonijiet tax-xandir id-dritt esklussiv biex jawtorizzaw jew jipprevjenu l-iffissar tax-xandirijiet tagħhom, sew jekk dawn ix-xandirijiet ikunu trasmessi bil-wajer sew jekk bl-ajru, inklużi bil-cable jew bis-satellita.

    3. Distributur bil-cable m’għandux ikollu d-dritt li hemm provdut dwaru fil-paragrafu 2 fejn huwa sempliċiment jerġa’ jittrasmetti bil-cable x-xandiriet ta’ organizzazzjonijiet tax-xandir.

    Artikolu 7

    Dritt ta’ riproduzzjoni

    1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprevjenu r-riproduzzjoni diretta jew indiretta:

    - għall-artisti, ta’ l-iffissar tal-wirjiet tagħhom,

    - għall-produtturi ta’ fonogrammi, tal-fonogrammi tagħhom,

    - għall-produtturi ta’ l-ewwel iffissar ta’ films, dwar l-oriġinal u l-kopji tal-films tagħhom, u

    - għall-organizzazzjonijiet tax-xandir, ta’ l-iffissar tax-xandiriet tagħhom, kif stipulati fl-Artikolu 6(2).

    2. Id-dritt tar-riproduzzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkun trasferit, assenjat jew soġġett għall-għoti ta’ liċenzji kuntrattwali.

    Artikolu 8

    Xandir u komunikazzjoni lill-pubbliku

    1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-artisti d-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprevjenu x-xandir b’mezzi mingħajr fili u l-komunikazzjoni lill-pubbliku tal-wirjiet tagħhom, minbarra fejn il-wirja tkun fiha nnifisha diġà wirja mxandra jew tkun saret minn iffissar.

    2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu dritt biex jassiguraw li ħlas uniku ekwu jitħallas mill-utent, jekk fonogramm jixxandar għall-finijiet kummerċjali, jew riproduzzjoni ta’ dan il-fonogramm, tintuża għax-xandir b’mezzi mingħajr fili jew għal kull komunikazzjoni lill-pubbliku, u biex jassiguraw li dan il-ħlas jitqassam bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm relevanti. L-Istati Membri jistgħu, fl-assenza ta’ ftehim bejn l-artisti u l-produtturi tal-fonogramm, jistipulaw il-kondizzjonijiet għat-tqassim ta’ dan il-ħlas bejniethom.

    3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-organizzazzjonijiet tax-xandir id-dritt esklussiv biex jawtorizzaw jew jipprojbixxu x-xandir mill-ġdid tax-xandiriet tagħhom b’mezzi mingħajr fili, kif ukoll il-komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xandiriet tagħhom jekk din il-komunikazzjoni ssir f’postijiet aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ dritt tad-dħul.

    Artikolu 9

    Dritt ta’ distribuzzjoni

    1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu

    - għall-artisti, rigward l-iffissar tal-wirjiet tagħhom,

    - għall-produtturi tal-fonogrammi, rigward il-fonogrammi tagħhom,

    - għall-produtturi ta’ l-ewwel iffissar tal-films, rigward l-oriġinal u l-kopji tal-films tagħhom,

    - għall-organizzazzjonijiet tax-xandir, rigward l-iffissar tax-xandir tagħhom kif stipulat fl-Artikolu 6(2),

    id-dritt esklussiv li jagħmlu dawn l-oġġetti disponibbli, inklużi kopji tagħhom, lill-pubbliku bil-bejgħ jew mod ieħor, minn issa ’l quddiem magħruf bħala "dritt ta’ distribuzzjoni."

    2. Id-dritt ta’ distribuzzjoni m’għandux ikun eżawrit fil-Komunità rigward oġġett kif imsemmi fil-paragrafu 1, bla ħsara fejn l-ewwel bejgħ fil-Komunità ta’ dak l-oġġett isir mid-detentur tad-dritt jew bil-kunsens tiegħu.

    3. Id-dritt ta’ distribuzzjoni għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċifiċi tal-Kapitolu 1, b’mod partikulari l-Artikolu 1(4).

    4. Id-dritt ta’ distribuzzjoni jista’ jkun trasferit, assenjat jew soġġett għall-għotja ta’ liċenzji kuntrattwali.

    Artikolu 10

    Limitazzjonijiet għad-drittijiet

    1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu limitazzjonijiet għad-drittijiet imsemmija fil-Kapitolu II rigward ta’:

    (a) użu privat;

    (b) użu ta’ siltiet qosra dwar ir-rappurtar ta’ ġrajjiet kurrenti;

    (ċ) l-iffissar efimeru minn organizzazzjoni tax-xandir permezz tal-faċilitajiet tagħha stess u għax-xandiriet tagħha;

    (d) użu biss għall-finijiet ta’ tagħlim jew riċerka xjentifika.

    2. Irrispettivament mill-paragrafu 1, kull Stat Membru jista’ jipprovdi għall-istess tipi ta’ limitazzjonijiet rigward il-protezzjoni ta’ artisti, produtturi ta’ fonogrammi, organizzazzjonijiet tax-xandir u ta’ produtturi ta’ l-ewwel iffissar ta’ films, hekk kif hemm provvdut rigward il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur f’xogħlijiet letterarji u artistiċi. Madankollu, jistgħu jkunu provvduti għal liċenzji obbligatorji, biss sal-punt fejn ikunu kompatibbli mal-Konvenzjoni ta’ Ruma.

    3. Il-paragrafu 1 (a) għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kull leġislazzjoni eżistenti jew futura dwar ħlas għal riproduzzjoni għal użu privat.

    KAPITOLU III

    DEWMIEN

    Artikolu 11

    Dewmien tad-drittijiet ta’ l-awtur

    Mingħajr preġudizzju għal aktar armonizzazzjoni, id-drittijiet ta’ l-awturi msemmija f’din id-Direttiva m’għandhomx jiskadu qabel it-tmiem tat-tul ta’ żmien provvdut mill-Konvenzjoni ta’ Berna għall-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi.

    Artikolu 12

    Dewmiem tad-drittijiet

    Mingħajr preġudizzju għal aktar armonizzazzjoni, id-drittijiet imsemmija f’din id-Direttiva ta’ artisti, produtturi ta’ fonogrammi u organizzazzjonijiet tax-xandir m’għandhomx jiskadu qabel it-tmiem tat-tulijiet ta’ żmien rispettivi li hemm provvdut dwarhom fil-Konvenzjoni ta’ Ruma. Id-drittijiet imsemmija f’din id-Direttiva għal produtturi ta’ l-ewwel iffissar ta’ films m’għandhomx jiskadu qabel it-tmiem ta’ perjodu ta’ 20 sena kompjuti mit-tmiem tas-sena li fiha jkun sar l-iffissar.

    KAPITOLU IV

    DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI

    Artikolu 13

    Applikazzjoni fil-ħin

    1. Din id-Direttiva għandha tapplika fir-rigward ta’ xogħlijiet, wirjiet, fonogrammi, xandiriet u l-ewwel iffissar ta’ films protetti mid-drittijiet ta’ l-awtur Imsemmija f’din id-Direttiva li jkunu, fl-1 ta’ Lulju 1994, għadhom protetti bil-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri fil-qasam ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati jew li jissodisfaw il-kriterji għall-protezzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva f’dik id-data.

    2. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal kull att ta’ sfruttar imwettaq qabel l-1 ta’ Lulju 1994.

    3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-detenturi ta’ drittijiet jitqiesu bħala li jkunu taw l-awtorizzazzjoni tagħhom għall-kiri jew self ta’ oġġett imsemmi fl-Artikolu 2(1) li huwa ppruvat li kien disponibbli lil terzi għal din il-fini jew li jkun akkwistat qabel l-1 ta’ Lulju 1994. Madankollu, b’mod partikulari fejn dan l-oġġett huwa reġistrazzjoni diġitali, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu disposizzjoni li detenturi ta’ drittijiet ikollhom dritt li jiksbu ħlas adekwat għall-kiri jew self ta’ dak l-oġġett.

    4. L-Istati Membri jistgħu ma japplikawx id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(2) għal xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi magħmula qabel l-1 ta’ Lulju 1994.

    5. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu d-data minn meta għandu jgħodd l-Artikolu 2(2), kemm-il darba dik id-data ma tkunx aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1997.

    6. Din id-Direttiva m’għandha, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 u bla ħsara għall-paragrafi 8 u 9, taffettwa l-ebda kuntratt konkluż qabel id-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

    7. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafi 8 u 9, li meta detenturi ta’ drittijiet li jakkwistaw drittijiet ġodda skond id-disposizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, ikunu taw, qabel l-1 ta’ Lulju 1994, il-kunsens tagħhom għall-isfruttar, għandhom jitqiesu bħala li jkunu ttrasferew id-drittijiet ġodda esklussivi.

    8. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu d-data li minnha d-dritt irrevokabbli għall-ħlas ekwu msemmi fl-Artikolu 4 jibda jgħodd, kemm-il darba li dik id-data ma tkunx aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1997.

    9. Għall-kuntratti konklużi qabel l-1 ta’ Lulju 1994, id-dritt irrevokabbli għall-ħlas ekwu li hemm provvdut dwaru fl-Artikolu 4 għandu japplika biss fejn l-awturi jew artisti jew dawk li jirrappreżentawhom ikunu bagħtu talba għal dak il-għan qabel l-1 ta’ Jannar 1997. Fl-assenza ta’ ftehim bejn id-detenturi tad-drittijiet rigward il-livell ta’ ħlas, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-livell ta’ ħlas ekwu.

    Artikolu 14

    Relazzjoni bejn id-drittijiet ta’ l-awtur u d-drittijiet relatati

    Il-protezzjoni ta’ drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur skond din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara u m’għandhom bl-ebda mod jaffettwaw il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur.

    Artikolu 15

    Disposizzjonijiet finali

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1994. Minn dakinhar ’il quddiem għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwarhom.

    Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-riferenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li jagħmlu riferenza għal din ir-riferenza għandhom ikunu stipulati mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi lokali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

    Artikolu 16

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Novembru 1992.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. Leigh

    [1] ĠU C 53, tat-28.2.1991, pġ. 35 uĠU C 128, ta’ l-20.5.1992, pġ. 8.

    [2] ĠU C 67, tas-16.3.1992, pġ. 92 u d-Deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 1992 (li għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali

    [3] ĠU C 269, ta’ l-14.10.1991, pġ. 54.

    [4] Każijiet 60/84 u 61/84, ECR 1985, pġ. 2605.

    [5] ĠU L 122, tas-17.5.1991, pġ. 42.

    --------------------------------------------------

    Top