Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0031

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/31/KEE tat-28 ta’ April 1992 li temenda d-Direttiva 89/336/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kompatibbiltà elettromanjetika

    ĠU L 126, 12.5.1992, p. 11–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/07/2007; Impliċitament imħassar minn 32004L0108

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/31/oj

    31992L0031



    Official Journal L 126 , 12/05/1992 P. 0011 - 0011
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 22 P. 0040
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 22 P. 0040


    DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/31/KEE

    tat-28 ta' April 1992

    li temenda d-Direttiva 89/336/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kompatibbiltà elettromanjetika

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ([1]),

    B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew ([2]),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ([3]),

    Billi d-Direttiva 89/336/KEE ([4] [5]) tipprovdi għall-armonizzazzjoni kompleta dwar il-kompatibbiltà elettromanjetika;

    Billi l-applikazzjoni uniformi ta' dik id-Direttiva teħtieġ id-disponibbilità ta' standards armonizzati; billi dawn l-istandards mhux ser ikunu disponibbli sad-data ta' l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva;

    Billi dik id-Direttiva ma pprovditx għall-perijodu transitorju adegwat li matulu jkun permess li jitqiegħed fis-suq apparat manifatturat skond ir-regoli nazzjonali applikabbli qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' l-imsemmija Direttiva;

    Billi l-manifatturi għandu jkollhom iż-żmien meħtieġ li jippermetti li apparat maħżun jitqiegħed fis-suq;

    Billi d-Direttiva 89/336/KEE għandha għaldaqstant tiġi emendata,,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 89/336/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

    1. L-Artikolu 10(3) għandu jitħassar.

    2. L-Artikolu 12(1) għandu jiġi supplimentat bil-paragrafu li ġej:

    Iżda, l-Istati Membri għandhom, għall-perijodu sal-31 ta' Diċembru 1995, jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq u/jew it-tqegħid fis-servizz ta' apparat previst f'din id-Direttiva li jikkonforma mar-regolamenti nazzjonali fis-seħħ fit-territorju tagħhom fit-30 ta' Ġunju 1992.'

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-adozzjoni tagħha. Għandhom jinfurmaw minnufih b'dan lill-Kummissjoni.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif għandha ssir ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

    L-Istati Membri għandhom jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fit-28 ta' April 1992.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Arlindo MARQUES CUNHA

    [1] ĠU Ċ 126, 21.6.1991, p. 7.

    [2] ĠU Ċ 13, 20.4.1992, p. 506 u ĠU Ċ 94, 13.4.1992

    [3] ĠU Ċ 339, 31.12.1991, p. 1.

    [4] ĠU L 139, 23.5.1989, p. 19.

    [5] Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/263/KEE (ĠU L 128, 23.5.1991, p. 1).

    Top