Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R1893

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1893/91 ta' l-20 ta' Ġunju 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1191/69 dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni

ĠU L 169, 29.6.1991, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/12/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/1893/oj

31991R1893



Official Journal L 169 , 29/06/1991 P. 0001 - 0003
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0017
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0017


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1893/91

ta' l-20 ta' Ġunju 1991

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1191/69 dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi, filwaqt li jinżamm il-prinċipju tat-terminazzjoni ta' l-obbligazzjonijiet ta' servizz pubbliku, l-interess pubbliku speċifiku tas-servizzi tat-trasport jista' jitlob l-applikazzjoni tal-kunċett ta' servizz pubbliku f'dan il-qasam;

Billi b'konformità mal-prinċipju ta' l-indipendenza kummerċjali ta' l-intrapriżi tat-trasport, l-arranġamenti biex jiġu pprovduti servizzi ta' trasport għandhom jiġu mwaqqfa' b'kull kuntratt konkluż bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u l-intrapriża kkonċernata;

Billi, għall-finijiet li jiġu fornuti ċerti servizzi jew fl-interessi ta' ċerti kategoriji soċjali ta' passiġġieri, l-Istati Membri għandhom iżommu għażla li jżommu jew jimponu ċerti obbligazzjonijiet ta' servizz pubbliku;

Billi hu għalhekk meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 [4], kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3572/90 [5], biex jiġi adottat l-iskop tiegħu u biex jiġu stabbiliti regoli applikabbli għal kuntratti ta' servizz pubbliku,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 hu b'dan emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1 għandu jkun sostitwit mis-segwenti:

"L-Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal intrapriżi tat-trasport li joperaw servizzi fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni.

Stati Membri jistgħu jeskludu mill-iskop ta' dan ir-Regolament xi intrapriżi li l-attivitajiet tagħhom ikunu limitati esklussivament għall-ħidma ta' servizzi urbani, suburbani jew reġjonali.

2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

- "servizzi urbani u suburbani" tfisser servizzi ta' trasport li jilħqu l-ħtiġiet ta' ċentru urban jew konurbazzjoni, u l-ħtiġiet ta' trasport bejnu u l-inħawi ta' madwar,

- "servizzi reġjonali" tfisser servizzi ta' trasport imħaddma biex jilħqu l-ħtiġiet tat-trasport ta' kull reġjun.

3. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom itemmu l-obbligazzjonijiet kollha li jinsabu fil-kunċett ta' kull servizz pubbliku kif imfisser f'dan ir-Regolament impost fuq trasport bil-ferrovija, bit-triq jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni.

4. Sabiex jiġi żgurat servizzi ta' trasport adegwati li b'mod partikolari jieħdu inkonsiderazzjoni fatturi soċjali u ambjentali u l-ippjanar ta' bliet u rħula, jew bil-għan li jiġu offruti nollijiet partikolari lil ċerti kategoriji ta' passiġġieri, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jagħmlu kuntratti ta' servizz pubbliċi ma' kull intrapriża tat-trasport. Il-kondizzjonijiet u d-dettalji ta' l-operat ta' dawn il-kuntratti huma stabbiliti fit-Taqsima V.

5. Madanakollu, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jimponu l-obbligazzjonijiet ta' servizz pubbliku li għalih saret referenza fl-Artikolu 2 dwar servizzi ta' trasport urban, suburban u reġjonali għal passiġġieri. Il-kondizzjonijiet u d-dettalji ta' l-operat, inklużi metodi ta' kumpens, huma stabbiliti fit-Taqsimiet II, III u IV.

Meta kull intrapriża tat-trasport mhux biss topera servizzi bla ħsara għal obbligazzjonijiet dwar servizz pubbliku iżda wkoll tagħmel attivitajiet oħra, is-servizzi pubbliċi għandhom ikunu mħaddma bħala diviżjonijiet separati li ta' l-inqas jilħqu l-kondizzjonijiet segwenti:

(a) il-kontijiet operattivi li jikkorrispondu għal kull wieħed minn dawn l-attivitajiet għandhom ikunu separati u l-proporzjoni ta' l-assi li jappartienu għal kull wieħed għandhom jintużaw b'mod konformi mar-regoli tal-kontijiet li jkunu fis-seħħ;

(b) spejjeż għandhom ikunu bilanċjati bi dħul ta' l-operat u pagamenti minn awtoritajiet pubbliċi, mingħajr il-possibbiltà ta' trasferiment minn jew lejn settur ieħor ta' l-attività ta' l-intrapriża.

6. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 3 u 4 fil-qasam ta' trasport ta' passiġġieri lir-rati ta' trasport u kondizzjonijiet imposti fl-interessi ta' kategorija waħda partikolari ta' persuni jew aktar."

2. L-Artikolu 10(2) għandu jitħassar;

3. L-Artikolu 11(3) għandu jitħassar;

4. "IT-TAQSIMA V

Kuntratti ta' servizz pubbliku

L-Artikolu 14

1. "Kuntratt ta' servizz pubbliku" ifisser kull kuntratt magħmul bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru u kull intrapriża tat-trasport sabiex jiġi pprovdut lill-pubbliku servizz ta' trasport adegwat.

Kuntratt ta' servizz pubbliku jista' jkopri l-aktar:

- servizzi tat-trasport li jissodisfaw standards stabbiliti ta' kontinwità, regolarità, kapaċità u kwalità,

- servizzi ta' trasport addizzjonali,

- servizzi ta' trasport b'rati speċifiċi u bla ħsara għal kondizzjonijiet speċifiċi, b'mod partikolari għal ċerti kategoriji ta' passiġġieri jew fuq ċerti rotot,

- aġġustamenti ta' servizzi għal ħtiġiet attwali.

2. Kull kuntratt ta' servizz pubbliku għandu jkopri, fost l-oħrajn, il- punti segwenti:

(a) in-natura tas-servizz li għandu jiġi pprovdut, l-aktar l-istandards ta' kontinwità, regolarità, kapaċità u kwalità;

(b) il-prezz tas-servizzi koperti bil-kuntratt, li għandu jkun jew miżjud mad-dħul ta' tariffa jew għandu jinkludi d-dħul, u dettalji dwar relazzjonijiet finanzjarji bejn iż-żewġ partijiet;

(ċ) ir-regoli dwar emendi u modifikazzjoni tal-kuntratt, b'mod partikolari biex jieħu inkonsiderazzjoni tibdiliet li m'humiex imbassra;

(d) il-perjodu ta' validità tal-kuntratt;

(e) il-penalitajiet fl-eventwalità ta' nuqqas ta' konformità mal-kuntratt.

3. Dawk l-assi involuti fl-għoti ta' servizzi ta' trasport li huma s-suġġett ta' kuntratt ta' servizz pubbliku jistgħu jappartienu lill-intrapriża jew ikunu għad-dispożizzjoni tagħha.

4. Kull intrapriża li beħsiebha li ma tibqax jew li tagħmel modifiki sostanzjali lil kull servizz ta' trasport li tipprovdi lill-pubbliku fuq bażi kontinwa u regolari u li ma tkunx koperta bis-sistema tal-kuntratt jew l-obbligazzjoni ta' servizz pubbliku għandha tavża lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru b'dan mill-inqas tliet xhur bil-quddiem.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li ma jitolbux din in-notifika.

Din id-dispożizzjoni ma taffettwax proċeduri oħra nazzjonali applikabbli dwar intitolament biex jiġu tterminati jew immodifikati servizzi tat-trasport.

5. Wara li jirċievu l-informazzjoni li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 4 l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinsistu fuq iż-żamma tas-servizz inkwistjoni sa sena mid-data tan-notifika u dawn għandhom jinfurmaw lill-intrapriża mill-inqas xahar qabel l-iskadenza tan-notifika.

Dawn jistgħu ukoll jieħdu l-inizjattiva biex jinnegozjaw it-twaqqif jew il-modifikazzjoni ta' dak is-servizz ta' trasport.

6. Spejjeż li jirriżultaw lill-intrapriżi ta' trasport mill-obbligazzjonijiet li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 5 għandhom ikunu kkumpensati skond il-proċeduri komuni stabbiliti fit-Taqsimiet II, III u IV."

5. L-Artikolu 19 għandu jitħassar.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1992.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-20 ta' Ġunju 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Goebbels

[1] ĠU C 34, tat-12.2.1990, p. 8.

[2] ĠU C 19, tat-28.1.1991, p. 254.

[3] ĠU C 225, ta' l-10.9.1990, p. 27.

[4] ĠU L 156, tat-28.6.1969, p. 1.

[5] ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 12.

--------------------------------------------------

Top