EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R1781

Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1781/91 tad-19 ta' Ġunju 1991 li jemenda R-Regolament (KEE) Nru 1014/90 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni dettaljati dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta' xorb alkoħoliku

ĠU L 160, 25.6.1991, p. 5–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/1781/oj

31991R1781



Official Journal L 160 , 25/06/1991 P. 0005 - 0005
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0025
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0025


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1781/91

tad-19 ta’ Ġunju 1991

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1014/90 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ xorb alkoħoliku

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ xorb alkoħoliku [1], u b’mod partikolari Artikolu 6(3) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1014/90 [2] stabbilixxa regoli dettaljati inizzjali; billi jeħtieġ li dawn jiġu miżjuda;

Billi, sabiex jiġu meqjusa l-prattiċi li ilhom stabbiliti li kienu jeżistu meta r-Regolament (KEE) Nru 1576/89 daħal fis-seħħ, għandu jkun awtorizzat illi ċerti ismijiet mżewwqa ta’ likuri jistgħu jinżammu għalkemm l-alkoħol ma jkunx miksub jew ma jkunx miksub esklussivament mx-xorb alkoħoliku ndikat; billi huwa essenzjali li jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet għad-deskrizzjoni ta’ dawk il-likuri sabiex jiġi evitat kull riskju ta’ konfużjoni max-xorb alkoħoliku msemmi f’Artikolu 1(4) tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89;

Billi l-mizuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ implimentazzjoni għax-Xorb Alkoħoliku,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Artikolu 7b li ġej qiegħed jiġi mdaħħal fir-Regolament (KEE) Nru 1014/90:

"Artikolu 7b

1. Skond Artikolu 6(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89, l-użu ta’ terminu ġeneriku f’terminu magħqud għandu jkun projbit fil-preżentazzjoni ta’ xarba alkoħolika sakemm l-alkohol f’dik ix-xarba ma toriġinax esklussivament mix-xorb alkoħoliku msemmi.

2. Madankollu, skond il-qagħda fil-waqt tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament it-termini magħquda li ġejjin biss jistgħu jintużaw fil-preżentazzjoni ta’ likuri magħmula fil-Komunità:

brandi tal-pruna,

brandi tal-larinġ,

brandi tal-berquq,

brandi taċ-ċirasa,

solbaerrom, imsejjaħ ukoll rum tar-ribes.

3. Fir-rigward ta’ l-ittikkettjar u l-preżentazzjoni tal-likuri ndikati fil-paragrafu 2, it-terminu magħqud irid jidher fuq it-tikketta f’linja waħda f’ittri ta’ tipa u kulur wieħed u l-kelma "likur" trid tidher fil-viċinanza immedjata f’karattri mhux iżgħar minn din it-tipa.

Jekk l-alkoħol ma jkunx joriġina mix-xorb alkoħoliku ndikat l-oriġini tiegħu jrid jidher fuq it-tikketta fl-istess post viżwali bħala t-terminu magħqud u "likur" jew billi jissemma t-tip ta’ alkoħol agrikolu jew bil-kliem "alkoħol agrikolu" li qablu għandu jinkiteb dejem "magħmul minn" jew "magħmul bl-użu ta’"."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fid-19 ta’ Ġunju 1991.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tat-12.6.1989, p. 1.

[2] ĠU L 105, tal-25.4.1990, p. 9.

--------------------------------------------------

Top