This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991R0128
Commission Regulation (EEC) No 128/91 of 18 January 1991 amending Regulation (EEC) No 3792/90 on special conditions for the granting of private storage aid for pigmeat
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 128/91 tat-18 ta’ Jannar 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3792/90 dwar kondizzjonijiet speċjali għall-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tal-majjal
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 128/91 tat-18 ta’ Jannar 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3792/90 dwar kondizzjonijiet speċjali għall-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tal-majjal
ĠU L 14, 19.1.1991, p. 29–30
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 014 , 19/01/1991 P. 0029 - 0030
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 36 P. 0093
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 36 P. 0093
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 128/91 tat-18 ta' Jannar 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3792/90 dwar kondizzjonijiet speċjali għall-konċessjoni ta' għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tal-majjal IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tal-majjal([1]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1249/89([2]), u b'mod partikolari Artikoli 4(6), 5 (4) u u 7 (2) tiegħu, Billi, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3792/90([3]), il-għajnuna għall-ħażna privata ġiet imdaħħla fis-settur tal-laħam tal-majjal; billi l-prodotti eliġibbli għal din il-għajnuna huma elenkati fl-Anness ma' dan ir-Regolament; Billi ċerti qatgħat spiss imqiegħda fis-suq mhumiex inklużi f'din il-lista; billi l-lista għandha għalhekk tiġi supplimentata sabiex iżżid l-effettività tal-miżura ta' l-intervent interessata; Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 3792/90 huwa hawnhekk mibdul bl-Anness ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna ssottomessi mill-21 ta' Jannar 1991. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Jannar 1991. Għall-Kummissjoni Ray MAC SHARRY Membru tal-Kummissjoni ANNESS Il-Kodiċi tan-NM Il-Prodotti li rigward tagħhom tingħata l-għajnuna L-ammont tal-għajnuna għal perjodu taż-żmien tal-ħażna ta' Is-Suppliment jew it-tnaqqis 1 2 3 4 5 6 7 8 ex 0203 Il-Laħam tal-ħnieżer domestiċi, frisk jew imkessaħ ex 0302 11 10 In-Nofs karkassi, mingħajr ir-ras, is-sieq ta' quddiem, id-denb, ix-xaħam tat-taħrika, il-falda l-irqiqa u s-sinsla tad-dahar() 261 292 323 354 31 1,03 ex 0302 11 10 Ir-Riġlejn 314 349 384 419 35 1,17 ex 0302 12 19 L-Ispallejn 314 349 384 419 35 1,17 ex 0302 11 10 It-Trufijiet ta' quddiem 314 349 384 419 35 1,17 ex 0302 19 13 Il-ġenbejn, bit-tarf tal-għonq jew mingħajru, jew it-trufd tal-għonq separatament, il-ġenbejn biċ-chump jew mingħajrha (²) (³) 314 349 384 419 35 1,17 ex 0302 19 15 Iż-Żquq, sħaħ jew bix-xtur imneħħija b'qatgħa rettangolari, mingħajr il-ġilda ta' barra u l-kustilji 163 190 217 244 27 0,90 ex 0302 19 55 Iż-Żquq, sħaħ jew bix-xtur imneħħija b'qatgħa rettangolari, mingħajr il-ġilda ta' barra u l-kustilji 163 190 217 244 27 0,90 ex 0302 19 55 Ir-Riġlejn, l-ispallejn, it-truf ta' quddiem, il-ġenbejn, bit-tarf tal-għonq jew mingħajru, jew it-truf tal-għonq separatament, bil-ġenbejn biċ-chump jew mingħajrha, bil-għadam imneħħi (²) (³) 314 349 384 419 35 1,17 ex 0302 19 55 Il-qatgħat li jikkorrespondu man-nofisjiet', bil-ġilda ta' barra jew bix-xaħam jew mingħajrhom, bil-għadam imneħħi (4) 240 269 298 327 29 0,97 ex 0203 19 59 il-qatgħat li jikkorrespondu man-nofisjiet', bil-ġilda ta' barra jew bix-xaħam mingħajrhom jew bil-għadam imneħħi (4) 240 269 298 327 29 0,97 1 Il-għajnuna tista' tiġi konċessa għan-nofs karkassi ppreżentati bħala Wiltshire sides, jiġifieri mingħajr ir-ras, il-ħadd, ix-xedaq, ix-xkiel, id-denb, il-grass tas-simna, il-kliewi, it-tenderloin, il-għadma tan-nofs tas-sider, l-isternu, is-sinsla, il-għadma pelvika u d-dijaframma; 2 Il-ġenbejn u t-truf tal-għonq jistgħu jkunu bil-ġilda ta' barra jew mingħajrha, bis-saff tax-xaħam ta' magħha, madankollu, ma jridx jaqbeż il-fond ta' 25mm. 3 Il-kwantità kkuntrattata tista' tkopri kull għaqda tal-prodotti msemmija. 4 L-istess preżentazzjoni bħall-prodotti li jidħlu fil-kodiċi-GN bin-numru 0210 19 20. Proofread by Stephen Zammit [1] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 1. [2] ĠU L 129, tal-31.5.1989, p. 12. [3] ĠU L 365, tat-28.12.1990, p. 5.