This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31990L0426
Council Directive 90/426/EEC of 26 June 1990 on animal health conditions governing the movement and import from third countries of equidae
Id-direttiva tal-kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (razza taż-żwiemel)
Id-direttiva tal-kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (razza taż-żwiemel)
ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42–54
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 11/08/2010; Imħassar b' 32009L0156
Official Journal L 224 , 18/08/1990 P. 0042 - 0054
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0159
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0159
Id-direttiva tal-kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (razza taż-żwiemel) (90/426/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi equidae, li huma annimali ħajjin, huma inklużi fil-lista ta’ prodotti fl-Anness II tat-Trattat; Billi sabiex ikun assigurat l-iżvilupp razzjonali ta’ produzzjoni ta’ equidae, u b’hekk tiżdied il-produttivita f’dak is-settur, regoli li jirregolaw il-moviment ta’ equidae bejn l-Istati Membri għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-Komunità; Billi it-tagħmir u t-trobbija ta’ equidae u b’mod partikolari taż-żwiemel huwa ġeneralment inkluż fis-settur tal-biedja; billi jikkostitwixxi għajn ta’ dħul ta’ flus għal parti mill-popolazzjoni tal-biedja; Billi d-disparitajiet fir-rigward tal-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali fl-Istati Membri għandhom ikunu eliminati sabiex jinkoraġġixxu il-kummerċ intra-Komunitarju fl-equidae; Billi, sabiex jinkoraġġixxu l-iżvilupp armonjuż ta’ kummerċ intra-Komunitarju, sistema Komunitarja għandha tkun stabbilita sabiex tirregola l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi; Billi l-kundizzjonijiet għall-moviment ta’ l-equidae li jġorru dokument ta’ l-identifikazzjoni f’territorju nazzjonali għandhom ikunu rregolati; Billi, sabiex ikunu s-suġġett ta’ kummerċ, equidae iridu jissodisfaw ċerti ħtiġiet ta’ saħħa ta’ l-annimali, sabiex jevitaw l-imxija ta’ mard li jittieħed; billi jidher partikolarment xieraq li jipprovdu għal tqassim possibbli f’reġjuni ta’ miżuri restrittivi; Billi kundizzjonijiet ta’ trasport għandhom ikunu stabbiliti għall-istess raġuni; Billi, biex jassiguraw li dawk il-ħtiġiet huma sodisfatti dispożizzjoni għandha issir għal ħruġ minn veterinarju uffiċjali ta’ ċertifikat tas-saħħa biex jakkompanja l-equidae lejn il-post ta’ destinazzjoni tagħhom; Billi l-organizzazzjoni ta’ u s-segwiment ta’ l-ispezzjonijiet li jridu jitwettqu mill-Istati Membri tad-destinazzjoni u l-miżuri ta’ salvagward li għandhom ikunu implimentati għandhom ikunu stabbiliti fi ħdan il-qafas ta’ regoli li jridu ikunu stabbiliti għall-ispezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali ħajjin bil-ħsieb tat-twettieq tas-suq intern; Billi dispożizzjonijiet għandhom isiru għall-possibiltà ta’ spezzjonijiet mill-Kummissjoni; billi dawn l-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; Billi meta tiddefinixxi d-dispożizzjonijiet tal-Komunità applikabbli għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi teħtieġ li titfassal lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi mill-liema l-equidae jistgħu jiġu mportati; Billi l-għażla ta’ dawn il-pajjiżi trid tkun ibbażata fuq kriterji ta’ natura ġenerali bħal ma huma l-istat tas-saħħa ta’ bhejjem ħajjin, l-organizzazzjoni u l-poteri tas-servizzi veterinarji u r-regolamenti tas-saħħa li jkunu fis-seħħ; Billi, b’żieda ma’ dan, l-importazzjoni ta’ equidae m’għandhiex tkun awtorizzata minn pajjiżi infettati b’mard ta’ l-annimali li jittieħed jew infettiv li jippreżenta riskju għall-bhejjem ħajjin tal-Komunità jew li kienu ħielsa minn infezzjoni bħal din għal perjodu qasir wisq; billi kunsiderazzjonijiet bħal dawn huma validi wkoll għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li fihom twettaq tilqim kontra dan il-mard; Billi l-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi trid tiġi ssupplimentata b’kondizzjonijiet speċjali mfassla fuq il-bażi tas-sitwazzjoni tas-saħħa f’kull wieħed minnhom; billi n-natura teknika u d-diversità tal-kriterji fuq liema dawn il-kundizzjonijet speċjali jiddependu jenħtieġu għad-definizzjoni tagħhom rikors għal proċedura flessibbli u rapida li fiha l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib; Billi l-preżentazzjoni ta’ forma ta’ ċertifikat standard komuni mal-importazzjoni ta’ equidae tikkostitwixxi mezz effettiv ta’ verifikazzjoni li r-regoli tal-Komunità ikunu qegħdin jiġu applikati; billi regoli bħal dawn jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet speċjali li jistgħu ivarjaw skond il-pajjiż terz ikkonċernat, u billi dan irid jittieħed akkont tiegħu meta jitfassallu l-formoli standard taċ-ċertifikati; Billi veterinarji uffiċjali tal-Komunità għandhom ikunu responsabbli għall-verifikazzjoni li l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva huma osservati, b’mod partikolari f’pajjiżi terzi; Billi l-ispezzjonijet imwettqa ma’ l-importazzjoni iridu jkopru l-oriġini u l-istat ta’ saħħa ta’ l-equidae; Billi l-Istati Membri għandhom jitħallew, mal-wasla ta’ l-equidae fit-territorju tal-Komunità u matul it-transitu lejn il-post tad-destinazzjoni tagħhom, jieħdu l-miżuri kollha, inkluż il-qtil u l-qerda, meħtieġa għall-għan ta’ salvagwardjar tas-saħħa tal-bnedmin u l-annimali; Billi r-regoli ġenerali applikabbli għall-ispezzjonijiet li jridu jitwettqu ma’ l-importazzjoni għandhom ikunu definiti fi ħdan kuntest totali; Billi kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jqiegħed projbizzjoni immedjata fuq l-importazzjonijiet minn pajjiż terz meta dawn l-importazzjonijiet jistgħu jkunu perikolużi għas-saħħa ta’ l-annimali; billi f’każ bħal dan koordinazzjoni mal-attitudnijiet ta’ l-Istati Membri rigward dak il-pajjiż terz għandhom ikunu assigurati mingħajr dewmien, mingħajr preġudizzju għall-emendi possibbli għall-lista ta’ pajjiżi awtorizzati biex jesportaw lejn il-Komunità; Billi id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu rriveduti b’konnessjoni mat-twettieq tas-suq intern; Billi dispożizzjoni għandha ssir għall-proċedura biex tistabbilixxi kooperazzjoni mil-qrib u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fill-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: IL-KAPITOLU 1 Dispożizzjonijiet ġenerali L-Artikolu 1 Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-moviment bejn Stati Membri u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae ħajjin. L-Artikolu 2 Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva: a) "impriża" tfisser stabbiliment ta’ l-agrikoltura jew tat-taħriġ, stalla jew, b’mod ġenerali, xi fond jew faċilità li fihom l-equidae huma abitwalment miżmuna jew imrobbija, ikun xi jkun l-użu tagħhom; (b) "equidae" tfisser annimali ferjali jew domestikati ta’ l-ekwini (inklużi ż-żebra) jew speċi asinine (tal-ħmir) jew il-wild ta’ taħlit ta’ dawn l-ispeċi; (ċ) "equidae rreġistrati" tfisser kull equidae rreġistrat kif definit fid-Direttiva 90/427/KEE [4], identifikati minn mezz ta’ dokument ta’ l-identifikazzjoni maħruġ mill-awtorità tat-tgħammir jew xi awtorità kompetenti oħra tal-pajjiż minn fejn l-annimal joriġina u li tamministra l-i studbook jew ir-reġistru għal dik ir-razza ta’ l-annimal jew xi assoċazzjoni jew organizzazzjoni internazzjonali li tamministra ż-żwiemel għal kompetizzjoni jew tiġrija; (d) "equidae għall-qatla" tfisser equidae maħsuba għat-trasport jew direttament jew wara transitu minn suq jew ċentru ta’ ragruppar approvat lejn il-biċċerija għal qatla; (e) "equidae għat-tagħmir u l-produzzjoni" tfisser equidae oħrajn għajr dawk imsemmija f’(ċ) u (d); (f) "Stat Membru jew pajjiż terz ħieles mill-marda Afrikana taż-żwiemel" tfisser kull Stat Membru jew pajjiż terz li fih ma kien hemm l-ebda xhieda klinika, seroloġika (f equidae mhux imlaqqma) jew epidemoloġika tal-marda Afrikana taż-żwiemel fuq it-territorju kkonċernat fl-aħħar sentejn u li fih ma kienx hemm tilqim kontra l-mard matul l-aħħar tnax il-xahar; (g) "mard li jrid jiġi mgħarraf b’obbligu" tfisser il-mard elenkat fil-lista fl-Anness A; (h) "veterinarju uffiċjali" tfisser il-veterinarju nnominat mill-awtorità kompetenti ċentrali ta’ l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz. (i) "dħul temporanju" tfisser l-istatus ta’ l-annimal rreġistrat li joriġina minn pajjiż terz u li jidħol fit-territorju tal-Komunità għal perjodu ta’ anqas minn 90 ġurnata li jrid ikun stabbilit mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24, skond is-sitwazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż ta’ l-oriġini. IL-KAPITOLU II Regoli għall-moviment ta’ equidae L-Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment ta’ equidae rreġistrati fit-territorju tagħhom jew jibagħtu equidae lejn Stat Membru ieħor biss meta jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikoli 4 u 5. B’dankollu, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu jagħtu eżenzjoni ġenerali jew illimitata rigward moviment ta’ equidae li: - jkunu qegħdin jiġu mirkuba jew meħuda, għall-għanijiet ta’ sport jew rekrejazzjoni, matul toroq li huma lokaliżżati ħdejn il-fruntieri interni tal-Komunità, - li jkunu jieħdu parti fi ġrajjiet kulturali jew simili jew f’attivitàjiet organizzati minn korpi lokali awtorizzati li jinstabu qrib il-fruntieri interni tal-Komunità, - li huma maħsuba biss għall-mergħat jew xogħol temporanji qrib il-fruntieri interni tal-Komunità. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din l-awtorizzazzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-kontenut ta’ l-eżenzjonijiet mogħtijia. L-Artikolu 4 1. Equidae m’għandhom juru l-ebda sinjal kliniku ta’ mard waqt l-ispezzjoni. L-ispezzjoni għandha titwettaq fit-48 siegħa qabel l-imbark jew it-tagħbija tagħhom. Fil-każ ta’ equidae rreġistrati, b’dankollu, din l-ispezzjoni għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, tkun meħtieġa biss għal kummerċ intra-Komunitarju. 2. Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet tal-paragrafu 5 rigward mard li għandu jkun mgħarraf b’obbligu, il-veterinarju uffiċjali irid, fil-ħin ta’ l-ispezzjoni, ikun sodisfatt li m’hemm l-ebda bażi - b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ dikjarazzjonijiet mis-sid jew minn dak li jrabbi - għal konklużjoni li l-equidae kienu f’ kuntatt ma’ equidae li qed ibatu minn mard infettiv jew li jittieħed matul il-15-il ġurnata immedjatament qabel l-ispezzjoni. 3. L-equidae ma jridux ikunu maħsuba għall-qatla taħt programm nazzjonali ta’ l-eradikazzjoni ta’ mard li jittieħed jew infettiv. 4. L-equidae iridu jkunu identifikati fil-manjiera li ġejja: (i) fil-każ ta’ żwiemel irreġistrati, permezz ta’ dokument ta’ identifikazzjoni, kif ipprovvdut fid-Direttiva 90/427/KEE [5], li jrid jiċċertifika b’mod partikolari li l-Artikolu 5(5) u (6) ikun hemm konformità miegħu. Il-veterinarju uffiċjali jkollu jissospendi l-validità ta’ dan id-dokument għall-perjodu tal-projbizzjonijiet ipprovduti fil-paragrafu 5 jew fl-Artikolu 5. Id-dokument għandu, wara l-qatla taż-żiemel irreġistrat, jintbagħat lura lejn l-awtorità li tkun ħarġitu. Il-proċedura għall-implimentazzjoni ta’ dan il-punt għandha tkun adottata mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24; (ii) għall-equidae għat-tagħmir u produzzjoni, l-identifikazzjoni permezz ta’ metodu li għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24. Sa dak iż-żmien meta jkun qed jintuża dan il-metodu, il-metodi ta’ l-identifikazzjoni nazzjonali approvati uffiċjalment għandhom jibqgħu jgħoddu, basta li jkunu mgħarrfa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fi żmien tliet xhur mid-data li fiha din id-Direttiva tkun addottata. 5. B’żieda mal-ħtiġiet preskritti fl-Artikolu 5, l-equidae ma jridux jiġu minn impriża li kienet is-suġġett ta’ waħda mill-ordnijiet ta’ projbizzjoni li ġejjin: (a) jekk l-annimali kollha ta’ l-ispeċi suxxettibbli għal mard lokaliżżati fl-impriża ma jkunux ġew maqtula, il-perjodu ta’ projbizzjoni li jikkonċerna l-impriża ta’ l-oriġini għandu jkun mill-inqas: - sitt xhur fil-każ ta’ equidae ssuspetatti li ttieħdu b’ dourine, li jibdew fid-data ta’ l-aħħar kuntatt attwali jew possibbli ma’ annimal marid. B’dankollu, fil-każ ta’ żiemel tar-razza stallion, il-projbizzjoni għandha tapplika sakemm l-annimal ikun imsewwi, - sitt xhur fil-każ tal-glanders (marda taż-żwiemel b’nefħa taħt ix-xedaq) jew equine encephalomyelitis, li jibdew fil-ġurnata li fiha l-equidae li jbatu mill-marda f’dan il-każ ikunu maqtula, - fil-każ ta’ anemija (anaemia) infettiva, sad-data li fiha, l-annimali infettivi kienu ġew maqtula, l-annimali li jibqgħu jkunu wrew reazzjoni negattiva għaż-żewġ testijiet Coggins imwettqa fi żmien tliet xhur bejn il-wieħed u l-ieħor, - sitt xhur fil-każ ta’ stomatite vesikulari, - xahar mill-aħħar każ irrekordjat, fil-każ ta’ rabja, - 15-il ġurnata mill-aħħar każ rekordjat, fil-każ ta’ traċna; (b) jekk l-annimali kollha ta’ l-ispeċi suxxettibbli għal mard lokaliżżati fuq l-impriża ikunu ġew maqtula u l-bini ddiżinfettati, il-perjodu ta’ projbizzjoni għandu jkun ta’ 30 ġurnata, li jibdew fil-ġurnata meta l-annimali jkunu ġew meqruda u l-bini ddiżinfettati, minbarra fil-każ ta’ traċna, f’meta l-perjodu ta’ projbizzjoni huwa ta’ 15-il ġurnata. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jidderogaw minn dawn il-miżuri ta’ projbizzjoni għal ippodromi u korsi tat-tiġrija, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bin-natura ta’ xi derogazzjonijiet mogħtija. 6. Meta Stat Membru jħejji jew kien ħejja programm ta’ kontroll volontarju jew obligatorju għal marda li għaliha huma suxxettibbli l-equidae, jista’ jippreżenta l-programm lejn il-Kummissjoni, fi żmien sitt xhur min-notifika ta’ din id-Direttiva li jaċċenna b’mod partikolari: - id-distribuzzjoni tal-marda fit-territorju tiegħu, - ir-raġunijiet għall-programm, filwaqt li jittieħed f’konsiderazzjoni s-sinifikat tal-marda u l-vantaġġi tan-nefqa/benefiċċju tiegħu, - iż-żona ġeografika li fiha għandu jkun implimentat il-programm, - l-istatus tal-kategoriji li għandhom ikunu applikati għall-istabbilimenti, in-normi li jridu jinkisbu għal kull speċi u l-proċeduri tat-test li jridu jintużaw, - il-proċeduri ta’ monitoraġġ tal-programm, - l-azzjoni li trid tittieħed, jekk għal xi raġuni, l-impriża titlef l-istatus tagħha, - il-miżuri li jridu jittieħdu jekk ir-riżultati tat-testijiet imwettqa bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-programm ikunu pożittivi, - in-natura mhux diskriminatorja tal-kummerċ fit-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat rigward il-kummerċ intra-Komunitarju. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programm ippreżentat mill-Istati Membri. Fejn xieraq għandha tapprovahom bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24. Kull garanzija addizzjonali, ġenerali jew speċifika, li tista’ tkun meħtieġa fil-kummerċ intra-Komunitarju għandha tkun definita bi qbil ma’ l-istess proċedura. Garanziji bħal dawn ma jridux jeċċedu dawk meħtieġa mill-Istat Membru fit-territorju tiegħu stess. Programmi mogħtija mill-Istati Membri jistgħu jiġu emendati jew issupplimentati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 25. Emendi jew żidiet mal-programmi li diġà ġew approvati jew ma’ garanziji li diġà ġew definiti bi qbil mat-tieni sotto-paragrafu jistgħu jkunu approvati permezz ta’ l-istess proċedura. L-Artikolu 5 1. Stat Membru li mhuwiex ħieles mill-marda Afrikana taż-żwiemel fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 2(f) jista’ jibgħat equidae minn dik il-parti tat-territorju li hija meqjusa infettata fil-qofol ta’ dak li jfisser il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biss permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. 2. (a) Parti mit-territorju ta’ Stat Membru għandu jkun meqjus infettat bil-marda Afrikana taż-żwiemel jekk: - evidenza klinika, seroloġika (f’annimali mhux mlaqqma) u/jew epidemoloġika tiżvela l-preżenza ta’ marda Afrikana taż-żwiemel fl-aħħar sentejn, - vaċċinazzjoni kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel tkun twettqet fl-aħħar 12-il xahar. (b) Il-parti tat-territorju li huwa meqjus infettat bil-marda Afrikana taż-żwiemel għandu jikkomprendi bħala minimu: - żona ta’ protezzjoni b’raġġ ta’ mill-inqas 100 km madwar kull ċentru ta’ l-infezzjoni, - żona ta’ sorveljanza ta’ mill-inqas 50 km li jestendu lill hinn miż-żona ta’ protezzjoni, li fiha l-ebda vaċċinazzjoni ma tkun ġiet imwettqa fl-aħħar 12 il-xahar. (ċ) Iż-żoni li hemm referenza dwarhom f’(b) għandhom ikunu definiti kjarament u għandu jittieħed akkont tal-fatturi ġeografiċi, ekoloġiċi u epiżootiċi konnessi ma’ din il-marda epiżootika. (d) Kull equidae mlaqqam li jinstab fiż-żona ta’ protezzjoni għandu jkun irreġistrat u identifikat fil-ħin tal-vaċċinazzjoni b’marka ċara, li ma titħassarx, li tintgħaraf bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24. Id-dokument ta’ l-identifikazzjoni u/jew iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jġorr miegħu referenza ċara għal vaċċinazzjoni bħal din. (e) Equidae u l-movimenti tagħhom fi ħdan iż-żoni li hemm referenza dwarhom f’(b) għandhom ikunu suġġetti għal kontroll veterinarju xierqa taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtorità kompetenti ċentrali. Biss dawk l-equidae li jilħqu l-ħtiġiet preskritti fil-paragrafu 3 jistgħu iħallu ż-żoni li hemm referenza dwarhom f’(b). 3. Stat Membru jista jibgħat biss mit-territorju li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 2(b) equidae li jilħqu l-ħtiġiet li ġejjin: (a) iridu jintbagħtu biss matul ċerti perjodi tas-sena, wara li tkun ittieħdet kunsiderazzjoni ta’ l-attività ta’ l-insetti trasmettituri, li jridu jkunu ddeterminati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 25; (b) ma jridux juru l-ebda sintomu kliniku tal-mard Afrikana taż-żwiemel fil-ġurnata ta’ l-ispezzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 4(1); (ċ) jekk ma jkunux ġew imlaqqma kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel, iridu jkunu għaddew minn test ta’ fissazzjoni kumplimentari għall-marda Afrikana taż-żwiemel kif deskritta fl-Anness D b’reazzjoni negattiva, darbtejn, b’intervall ta’ bejn 21 u 30 ġurnata bejn iż-żewġ testijiet, li t-tieni wieħed irid ikun twettaq matul l-10t ijiem qabel id-dispaċċ, - jekk ikunu ġew imlaqqma, ma jridux ikunu għaddew minn vaċċinazzjoni matul ix-xahrejn ta’ qabel u jridu jkunu għaddew mit-test ta’ fissazzjoni deskritt fl-Anness D fl-intervalli msemmija qabel mingħajr ma’ jkunu rrekordjaw żieda fl-ammont ta’ l-antikorpi. Permezz tal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24, il-Kummissjoni tista’, wara l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku Veterinarju, tirrikonoxxi l-metodi oħrajn ta’ monitorjar; (d) iridu jkunu nżammu fi stazzjon tal-kwarantina għal perjodu minimu ta’ 40 ġurnata qabel id-dispaċċ; (e) iridu jkunu ġew protetti minn insetti trasmettituri matul il-perjodu ta’ kwarantina u matul it-trasportazzjoni mill-istazzjon tal-kwarantina sal-post tad-dispaċċ. 4. Fuq bażi tranżizzjonali u sakemm issir l-introduzzjoni tal-miżuri tal-Komunità biex jarmonizzaw ir-regoli għall-kontroll u l-miżuri sabiex jikkumbattu l-marda Afrikana taż-żwiemel, li għandhom ikunu deċiżi mill-Kunsill li jaġixxi qabel l-1 ta’ Lulju 1991 b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 25, tistabbilixxi l-limiti tat-territorju infettat bi qbil mal-paragrafu 2(b) qabel 1 ta’ Novembru 1990. 5. Il-Kummissjoni tista’, billi taġixxi bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 25, temenda d-Deċiżjoni meħuda bi qbil mal-paragrafu 4, fid-dawl taċ-ċirkostanzi epidemoloġiċi. 6. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni bbażata fuq rapport dwar l-esperjenza akkwistata, għandu jekk ikun meħtieġ jirrevedi dan l-Artikolu fi żmien perjodu ta’ sentejn. L-Artikolu 6 L-Istati Membri li jimplimentaw sistema alternattiva ta’ kontroll li tipprovdi garanziji ekwivalenti għal dawk preskritti fl-Artikolu 4(5) rigward movimenti fi ħdan it-territorju tagħhom ta’ equidae u equidae rreġistrati, b’mod partikolari permezz tad-dokument ta’ l-identifikazzjoni, jistgħu jagħtu lill-xulxin derogazzjonijiet mid-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 4(1) u t-tieni subinċiż ta’ l-Artikolu 8(1) fuq bażi reċiproka. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. L-Artikolu 7 1. L-equidae għandhom ikunu ttrasportati, kemm jista jkun malajr, mill-impriża ta’ l-oriġini jew direttament jew inkella permezz ta’ suq approvat jew ċentru ta’ ragruppar kif definit fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 64/432/KEE sal-post tad-destinazzjoni f’vetturi jew kontenituri li jkunu ġew imnaddfa u ddiżinfettati regolarment b’diżinfettant f’intervalli li għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri tad-dispaċċ. Il-vetturi iridu jkunu iddisinjati b’tali mod li ħmieġ ta’ l-equidae, żibel jew għalf ma jkunx jista’ joħroġ mill-vettura waqt it-trasport. It-trasport irid isir b’tali mod li s-saħħa u l-istat tajjeb ta’ l-equidae jistgħu jkunu protetti effettivament. 2. L-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu, fuq bażi ġenerali jew restritta, jagħtu derogazzjoni minn uħud mill-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 4(5) għal kull annimali li jġorr marka speċjali li tindika li huwa skedat għall-qatla, basta li ċ-ċertifikat tas-saħħa jsemmi derogazzjoni bħal din. Fil-każ ta’ l-għoti ta’ derogazzjoni bħal din equidae għall-qatla jridu jiġu ttrasportati direttament lejn il-biċċerija nnominata u jkunu maqtula fi żmien ħamest ijiem mill-wasla fil-biċċerija. 3. Il-veterinarju uffiċjali għandu jżomm rekord tan-numru ta’ l-identifikazzjoni jew tan-numru tad-dokument ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-annimal maqtul u jgħaddih lill-awtorità kompetenti tal-post tad-dispaċċ, fuq talba minn din ta’ l-aħħar, attestat li juri li l-annimal ikun ġie maqtul. L-Artikolu 8 1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li: - equidae rrreġistrati li jħallu l-impriżi tagħhom ikunu akkompanjati bid-dokument ta’ l-identifikazzjoni preskritt fl-Artikolu 4(4) flimkien - jekk huma intenzjonati għal kummerċ intra-Komunitarju - bl-attestazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Anness B, - equidae għat-tagħmmir, għal-produzzjoni u għal-qatla għandhom, matul it-trasportazzjoni tagħhom, ikunu akkompanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi ma’ l-Anness Ċ ta’ din id-Direttiva. Iċ-ċertifikat, jew fil-każ ta’ dokument ta’ identifikazzjoni, il-formola li tkun fiha l-partikolaritajiet tas-saħħa, għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, ikun imħejji matul it-48 siegħa qabel l-imbark tagħhom jew inkella mhux aktar tard mill-aħħar ġurnata tax-xogħol preċedenti għal dan, f’mill-inqas waħda mill-lingwi uffiċjali ta’ l-Istati Membri tad-dispaċċ u destinazzjoni. It-tul taż-żmien tal-validità taċ-ċertifikat huwa ta’ 10t ijiem. Iċ-ċertifikat għandu jikkonsisti minn karta waħda. 2. L-importazzjoni ta’ equidae oħrajn apparti minn equidae rreġistrati jistgħu jkunu koperti minn ċertifikat wieħed tas-saħħa għal kull kunsinja minflok iċ-ċertifikat individwali li hemm referenza dwaru fit-tieni subinċiż tal-paragrafu 1. L-Artikolu 9 Ir-regoli dwar spezzjonijiet u miżuri ta’ salvagward applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju f’ equidae għandhom ikunu adottati mill-Kunsill permezz tad-Deċiżjoni tiegħu dwar spezzjonijiet veterinarji applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju fuq annimali ħajjin bil-ħsieb tat-twettieq tas-suq intern. L-Artikolu 10 Esperti veterinarji mill-Kummissjoni jistgħu, safejn hu meħtieġ sabiex jasssiguraw l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, jwettqu spezzjonijiet fuq il-post. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri bir-riżultati ta’ dawn l-ispezzjonijiet. L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu titwettaq spezzjoni għandu jagħti lill-esperti l-għajnuna kollha meħtieġa sabiex iwettqu x-xogħol tagħhom. Arranġamenti ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu addottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24. IL-KAPITOLU III Regoli għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi L-Artikolu 11 1. Equidae importati fil-Komunità għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikoli 12 sa 16. 2. Sad-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjonijiet addottati permezz ta’ l-Artikoli 12 sa 16, l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-importazzjonijiet ta’ equidae minn pajjiżi terzi kundizzjonijiet mill-anqas ekkwivalenti għal dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Kapitolu II. L-Artikolu 12 1. Sabiex jiġu importati, l-equidae għandhom ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew parti minn pajjiż terz li jidher fil-lista inkluża f’kolonna separata li trid tiżdied mal-lista elenkata bi qbil mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 72/462/KEE. 2. Il-proċeduri u l-kriterji għall-preparazzjoni, għall-modifikazzjoni u għall-pubblikazzjoni tal-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 72/462/KEE għandhom ikunu applikabbli għall-lista applikabbli għall-importazzjoni ta’ equidae. L-Artikolu 13 1. L-equidae għandhom jiġu minn pajjiżi terzi: (a) ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel; (b) li jkun ilhom ħielsa għal sentejn mill-equine encephalomyelitis tal-Veneżwela (VEE); (ċ) li jkun ilhom ħielsa għal sitt xhur minn dourine (marda ta’ l-istinar) u glanders (marda ta’ nefħa ta’ taħt ix-xedaq). 2. Il-Kummissjoni tista, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24: (a) tiddeċiedi li d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom jgħoddu għal parti biss mit-territorju ta’ pajjiż terz. Fil-każ tal-marda Afrikana taż-żwiemel il-ħtiġiet li japplikaw fuq bażi reġjonali, mill-inqas il-miżuri preskritti fl-Artikoli 5(2) u (3) irid ikun hemm konformità magħhom; (b) tenħtieġ garanziji addizzjonali għall-mard aljeni għall-Komunità. L-Artikolu 14 Qabel il-ġurnata tat-tagħbija għat-trasport lejn l-Istat Membru tad-destinazzjoni, l-equidae iridu jkunu baqgħu mingħajr interruzzjoni fit-territorju jew fil-parti tat-territorju ta’ pajjiż terz jew, fil-każ ta’ reġjonalizzazzjoni, fil-parti tat-territorju definit bi qbil ma’ l-Artikolu 13(2)(a) għal perjodu li għandu jkun stabbilit fid-deċiżjonijiet li għandhom ikunu adottati bis-saħħa ta’ l-Artikolu 15. Għandhom ikunu ġejjin minn impriża mqiegħda taħt sorveljanza veterinarja. L-Artikolu 15 L-importazzjoni ta’ equidae mit-territorju ta’ pajjiż terz jew minn parti tiegħu kif definit bi qbil ma’ l-Artikolu 13(2)(a) dwar il-lista mħejjija bi qbil mal-Artikolu 12(1) għandha tkun awtorizzata biss jekk l-equidae, iżjed u aktar mill-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 13: (a) ikunu konformi mal-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali addottati, b’referenza għall-ispeċi f’dak il-każ u tal-kategoriji ta’ equidae, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24 għal importazzjoni ta’ equidae minn dak il-pajjiż. Il-bażi tar-referenza biex ikunu stabbiliti l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali bi qbil mal-paragrafu 1 għandhom ikunu n-normi preskritti fl-Artikoli 4 u 5; u (b) fil-każ ta’ pajjiż terz li mhux ħieles minn stomatite vesikulari jew arteritis virali għal mill-inqas sitt xhur, l-equidae għandhom jilħqu l-ħtiġiet li ġejjin: (i) iridu jkunu ġejjin minn impriża li tkun ilha ħielsa minn stomatite vesikulari għal mill-inqas sitt xhur u iridu jkunu reaġixxew negattivament għal test seroloġiku qabel id-dispaċċ; (ii) fil-każ ta’ arteritis virali, l-equidae maskili għandom - minkejja l-Artikolu 19(ii) - ikunu reaġixxew negattivament għal test seroloġiku jew għal test ta’ test ta’ l-iżolazzjoni tal-virus jew għal xi test ieħor rikonoxxut bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24 li jkun jiggarantixxi ħelsien mill-virus. Bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24, u b’segwiment ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku Veterinarju, il-Kummissjoni tista tiddefinixxi l-kategoriji ta’ equidae maskili li dwarhom din il-ħtieġa għandha tkun applikabbli. L-Artikolu 16 1. L-equidae għandhom ikunu identifikati bi qbil mal-Artikolu 4(4) u akkompanjati minn ċertifikat imħejji minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz li jesporta. Dan iċ-ċertifikat irid: (a) jinħareġ fil-ġurnata tat-tagħbija ta’ l-annimali għad-dispaċċ lejn l-Istati Membri tad-destinazzjoni jew fil-każ ta’ żwiemel irreġistrati fl-aħħar ġurnata tax-xogħol qabel l-imbark; (b) ikun imħejji f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istati Membri tad-destinazzjoni u waħda minn dawk ta’ l-Istat Membru li fih titwettaq l-ispezzjoni ta’ l-importazzjoni; (ċ) jakkompanja l-annimali fl-oriġinal; (d) jattesta li l-annimali jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u dawk stabbilit bis-saħħa ta’ din id-Direttiva rigward l-importazzjoni minn pajjiżi terzi; (e) jikkonsisti minn karta waħda; (f) jinħareġ għal destinatarju wieħed jew, fil-każ ta’ l-annimali għall-qatla, għal kunsija, basta li l-annimali jkunu mmarkati u identifikati sewwa. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk jagħmlu użu minn din l-għażla. 2. Iċ-ċertifikat għandu jitħejja fuq forma li tkun konformi mal-mudell stabbilit bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24. L-Artikolu 17 Il-verifiki għandhom jitwettqu fuq il-post minn esperti veterinarji ta’ l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex jivverfiikaw jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id- Direttiva, u partikolarment dawk ta’ l-Artikolu 12(2), ikunu qegħdin jiġu applikati fil-prattika. Jekk il-verifiki li jitwettqu fi ħdan it-termi ta’ dan l-Artikolu jiżvelaw fatti serji bħala kontra l-impriża approvata, il-Kummissjoni għandha immedjatament tinforma lill-Istati Membri u minnufih taddotta deċiżjoni li tissospendi proviżjonalment l-approvazzjoni. Id-deċiżjoni finali għandha tittieħed bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 25. L-esperti mill-Istati membri li għandhom ikunu fdati b’dawn il-verifiki għadhom ikunu maħtura mill-Kummissjoni, li taġixxi fuq proposta mill-Istati Membri. Dawn il-verifiki għandhom isiru f’isem il-Komunità, li għandha terfa’ n-nefqa ta’ kull spiża involuta f’dan il-każ. Il-frekwenza ta’ u l-proċedura għal dawn il-verifiki għandhom ikunu ddeterminati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24. L-Artikolu 18 1. Immedjatament wara l-wasla fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, equidae għall-qatla għandhom jittieħdu f’biċċerija, jew direttament jew wara transitu minn suq jew ċentru ta’ ragruppar, u, bi qbil mal-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali, ikunu maqtula f’perjodu ta’ żmien speċifikat fid-deċiżjonijiet li jridu jkunu addottati bis-saħħa ta’ l-Artikolu 15. 2. Mingħajr preġudizzju għal xi kondizzjonijiet speċjali li jistgħu ikunu adottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni tista’, fuq bażi tas-saħħa ta’ l-annimali, jinnomina l-biċċerija fejn dawn l-equidae għandhom jittieħdu. L-Artikolu 19 Il-Kummissjoni, li taġixxi bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24: (i) tista tiddeċiedi li l-importazzjoni minn pajjiż terz jew minn parti ta’ pajjiż terz iridu jkunu ristretti għal speċi jew kategoriji partikolari; (ii) għandha, minkejja l-Artikolu 15, jistabbilixxu l-kundizzjonijiet speċjali għad-dħul temporanju fit-territorju tal-Komunità ta’ equidae rreġistrati jew equidae intenzjonati għal użu speċjali jew għad-dħul mill-ġdid tagħhom fit-territorju tal-Komunità wara li kienu ġew esportati temporanjament; (iii) għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-konverżjoni ta’dħul temporanju għal dħul permanenti. L-Artikolu 20 1. Il-proċeduri ġenerali applikabbli matul il-verifiki li jridu jitwettqu fil-pajjiżi terzi jew matul il-verifiki fuq equidae importati minn pajjiżi terzi għandhom ikunu ddeterminati mill-Kunsill mhux aktar tard mill-31 ta’Diċembru 1990. Sakemm isseħħ l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel sotto-paragrafu, ir-regoli nazzjonali għandhom jibqgħu fis-seħħ, b’konformità mar-regoli ġenerali tat-Trattat. 2. Equidae jistgħu ma’ jiġux importati jekk, matul il-verifiki ta’ l-importazzjoni preskritti fil-paragrafu 1, jinstab li: - l-equidae ma jiġux minn territorju ta’ pajjiż terz jew minn parti tiegħu kif definit bis-saħħa ta’ l-Artikolu 13(2)(a) inkluż fil-lista stabbilita bi qbil ma’ l-Artikolu 12(1), - l-equidae huma, jew huma suspettati li jkunu, infettati jew ikkontaminati minn marda infettiva jew li tittieħed, - il-kundizzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva ma jkunx hemm konformità magħhom mill-pajjiż terz li jesporta, - iċ-ċertifikat li jakkompanja l-annimali ma jkunx konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17, - l-equidae jkunu ġew trattati b’sostanzi pprojbiti permezz tar-regoli tal-Komunità. 3. Mingħajr preġudizzju għal xi kundizzjonijiet speċjali li jistgħu jkunu addottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni tista’, fuq il-bażi tas-saħħa ta’ l-annimali jew meta permess ma jkux ġie mogħti għall-annimali li jkunu ġew miċħuda permess li jidħlu, bis-saħħa tal-paragrafu 1 jintbagħtu lura, jinnomina l-biċċerija fejn dawn l-equidae għandhom jittieħdu. L-Artikolu 21 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, jekk marda infettiva jew li tittieħed li x’aktarx tpoġġi fil-periklu s-saħħa ta’ bhejjem ħajjin ta’ wieħed mill-Istati Membri tfaqqa’ jew tinxtered f’pajjiż terz jew jekk għal xi raġuni oħra konnessa mas-saħħa ta’ l-annimali tiġġustifikaha, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprojbixxi l-importazzjoni ta’ l-annimali ta’ l-ispeċi koperti minn din id-Direttiva, jekk importati direttament jew indirettament minn Stat Membru ieħor, jew mill-pajjiż terz sħiħ jew minn parti tat-territorju tiegħu. 2. Miżuri meħuda mill-Istati Membri permezz tal-paragrafu 1, u avviż ta’ l-irtirar ta’ dawn il-miżuri, għandhom ikunu kkomunikati immedjatament lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, flimkien mar-raġunijiet għal dan. Il-Kumitat Veterinarju Permanenti għandu jiltaqa’ kemm jista jkun malajr wara l-komunikazzjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel sotto-paragrafu u għandu jiddeċiedi, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 25, jekk dawn il-miżuri għandhomx ikunu emendati, b’mod partikolari sabiex jassiguraw il-koordinazzjoni tagħhom mal-miżuri addottati mill-Istati Membri, jew li jkunu rtirati. Jekk tinqala’ is-sitwazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 u jekk ikun jidher meħtieġ li l-Istati Membri l-oħra għandhom ukoll japplikaw il-miżuri meħuda skond dak il-paragrafu, emendati fejn meħtieġ bi qbil mas-sotto-paragrafu preċedenti, miżuri xierqa għandhom ikunu addottati permezz tal-proċedura preskritta fl-Artikolu 25. 3. Il-bidu mill-ġdid ta’ l-importazzjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat għandu jkun awtorizzat bi qbil ma’ l-istess proċedura. IL-KAPITOLU IV Dispożizzjonijiet finali L-Artikolu 22 Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari dawk li jinsabu fit-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 4(1) u fl-Artikoli 6, 8 u 21, għandhom ikunu eżaminati mill-ġdid qabel l-1 ta’Jannar 1993 fil-qafas tal-proposti li jirrelataw għat-twettieq tas-suq intern, li dwarhom il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata. L-Artikolu 23 L-Annessi għal din id-Direttiva għandhom ikunu emendati bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 25. L-Artikolu 24 1. Meta l-proċedura preskritta f’dan l-Artikolu għandha tkun segwita, il-president għandu, mingħajr dewmien, jirreferi l-materja lejn il-Kumitat Veterinarju Permanenti stabbilit bid-Deċiżjoni 68/361/KEE [6] minn issa ’l quddiem irreferut bħala "il-Kumitat", jew fuq l-iniżjattiva tiegħu nnifsu jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fil-limitu taż-żmien li l-president tiegħu jista jistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza preskritta fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom jitwieżnu fil-manjiera stabbilita f’dak l-Artikolu. Il-president m’għandux jivvota. 3. Il-Kummissjoni għandha taddotta il-miżuri maħsuba jekk ikunu bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat. 4. Jekk il-miżuri previsti ma jkunux bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tissottometti lejn il-Kunsill proposta li jkollha x’taqsam mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. Jekk, fi żmien tliet xhur mid-data tar-referenza tal-kwistjoni lejn il-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx għadu aġixxa, il-miżuri proposti għandhom ikunu addotti mill-Kummissjoni, għajr meta l-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-miżuri b’maġġoranza sempliċi. L-Artikolu 25 1. Meta l-proċedura preskritta f’dan l-Artikolu għandha tkun segwita, il-president għandu, mingħajr dewmien, jirriferi l-materja lejn il-Kumitat, jew fuq l-iniżjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fi żmien jumejn. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza preskritta fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom jitwieżnu fil-manjiera stabbilita f’dak l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota. 3. Il-Kummissjoni għandha taddotta l-miżuri maħsuba jekk huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat. 4. Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tissottometti lejn il-Kunsill proposta li jkollha x’taqsam mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. Jekk, fi żmien 15-il ġurnata mid-data tar-referenza lejn il-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx għadu aġixxa, il-miżuri proposti għandhom ikunu addotti mill-Kummissjoni għajr meta l-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-miżuri b’maġġoranza sempliċi. L-Artikolu 26 L-Artikolu 34 tad-Direttiva 72/462/KEE għandu japplika għall-ħtiġiet stabbiliti fil-Kapitolu III ta’ din id-Direttiva. L-Artikolu 27 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’Jannar 1992. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan. L-Artikolu 28 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fis-26 ta’ Ġunju 1990. Għall-Kunsill Il-President M. O'Kennedy [1] ĠU C 327, tat-30.12.1989, p. 61. [2] ĠU C 149, tat-18.6.1990. [3] ĠU C 62, tat-12.3.1990, p. 46. [4] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 55. [5] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 55. [6] ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23. -------------------------------------------------- L-ANNESS A MARD LI GĦANDU JKUN MGĦARRAF B'OBBLIGU Il-mard li ġej għandu jiġi mgħarraf b'obbligu: - Dourine (marda ta' l-istinar) - Glanders (marda b'nefħa taħt ix-xedaq) - Encephalomyelitis ta' ekwini (ta' kull tip, inkluż VEE) - Enemijia infettiva (Infectious anaemia) - Ir-Rabja - Traċna - Il-marda Afrikana taż-żwiemel - Stomatite vesikulari -------------------------------------------------- L-ANNESS B INFORMAZZJONI DWAR IS-SAĦĦA [1] Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika [2] li l-equidae deskritti hawn fuq jilħqu l-ħtiġiet li ġejjin: (a) li ġew eżaminati llum u ma juru l-ebda sinjal kliniku ta’mard; (b) li mhumiex intenzjonati għall-qatla taħt programm nazzjonali ta’ l-eradikazzjoni ta’ mard li jittieħed u infettiv; (ċ) ma jiġux minn territorju jew minn parti ta’ territorju ta’ Stat Membru/pajjiż terz li huwa s-suġġett ta’ restrizzjonijiet għal raġunijiet tal-marda Afrikan taż-żwiemel; (d) ma kienux miksuba minn impriża li kienet suġġetta għall-projbizzjoni għal raġunijiet tas-saħħa ta’ l-annimali, lanqas ma kellhom kuntatt ma’ equidae minn impriża li kienet suġġetta għal projbizzjoni għal raġunijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-perjodi ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 90/426/KEE; (e) li safejn naf jien, ma ġewx f’kuntatt ma’ equidae li jbatu minn marda infettiva jew li tittieħed matul il-perjodu ta’ qabel l-imbark kif preskritta fl-Artikolu 4(2). +++++ TIFF +++++ [1] Mhux meħtieġ meta jkun hemm ftehim bilaterali bi qbil ma’ l-Artikolu 6. [2] ikun validu għal għaxart ijiem. -------------------------------------------------- L-ANNESS C MUDELL +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS D MARDA AFRIKANA TAŻ-ŻWIEMEL DIJANJOSI Test ta' fissazzjoni kumplimentari L-antiġenu huwa ppreparat mill-imħuħ ta' ġrieden ta' xahar inokulati intra-ċerebrali b'razza neurotropka tal-virus. Dan jista’ jsir permezz tal-metodu Bourdin segwenti. L-imħuħ huma ffriżati umbagħad midħuna f’Veronal buffer bir-rata ta' 10 imħuħ għal 12 ml buffer. Is-sospensjoni li tirriżulta hija ċentrifugata għal siegħa f'10000 rpm fit-temperatura ta' 4 °C. Is-supernatant jikkostitwixxi l-antigenu. Huwa użat preferibbilment mingħajr aktar modifikazzjoni imma jista’ jkun inattivat b’beta-propiolactone. L-inattivazzjoni tista’ tkun effettwata biż-żieda ta' 0,1 ml ta' 3 % soluzzjoni ta' beta-propiolactone f'ilma distillat ma kull 0,9 ml ta' antiġenu u tħawwad it-taħlita għal tliet siegħat f'temperatura tal-kamra f'armarju ivventilat u għal 18 il-siegħa f'temperatura ta' 4 °C. Wieħed jista’ juża wkoll il-metodu ta' Casals (Casals J. (1949): Pro Soc Exptl Bici Med, 70.339). Fl-assenza ta' serum internazzjonali standard, l-antigenu għandu jkun ittitrat b'serum ta' kontroll pożittiv preparat lokalment. Is-serum għandhom ikunu msaħħna għal 30 minuta fit-temperatura ta' 60 °C. Sabiex ikunu evitati effetti anti-komplimentarji, serum għandhom ikunu separati mid-demm kemm jista’ jkun malajr, b'mod partikolari serum minn ħmir. Serum pożittivi u negattivi għandhom jintużaw fit-test. Wieħed jista juża’ jew makro-teknika jew mikro-teknika. Fiż-żewġ każijiet, il-punt finali huwa rrappreżentat minn 50 % haemolysis. Ma’ volum wieħed ta' tagħmid ta' ridupplikazzjoni (doubling dilutions) ta' serum, żid volum ta' antiġenu kif indikat permezz ta' tittrazzjoni sabiex ikun hemm żewġ unitajiet. Ħallat u ħallih għal 15-il minuta fit-temperatura tal-kamra. Żid żewġ volumi ta' komplement li jkunu jinsabu fihom ħames unitajiet, ħallat, għatti l-platti u ħalli għal 18-il siegħa fit-temperatura ta' 4 °C. Il-komplament għandu jkun ittittrat fil-preżenza ta' l-antiġenu sabiex jittieħed kont ta' l-effetti anti-komplimentarji kollha. Wara li tħalli l-platti għal 15-il minuta oħra fit-temperatura tal-kamra, żid volum ta' sensitized sheep erythrocytes dilwiti għal 3 %. Ħallat u inkuba f'temperatura ta' 37 °C għal 30 minuta, erġa ħallat wara 15-il minuta ta' inkubazzjoni. Jekk jintużaw il-platti, iċċentrifuga l-platti għal ħames minuti fi 1500 rpm f'temperatura ta' 4 °C. --------------------------------------------------