Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990D0420

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Lulju 1990 fuq il-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar ta’ Di(2-ethylhexyl)phthalate skond l-Artikolu 23 tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE

    ĠU L 222, 17.8.1990, p. 49–49 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1990/420/oj

    31990D0420



    Official Journal L 222 , 17/08/1990 P. 0049 - 0049
    Finnish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0255
    Swedish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0255


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-25 ta' Lulju 1990

    fuq il-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar ta' Di(2-ethylhexyl)phthalate skond l-Artikolu 23 tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE

    (90/420/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 67/548KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi (1), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 79/831/KEE (2) u, partikolarment, l-Artikolu 23 tagħha,

    Billi r-Renju tad-Danimarka fit-13 ta' Awissu 1987 informa lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi fuq it-tqiegħid fis-suq ta' 23 sustanza b'referenza għall-Artikolu 23 tad-Direttiva 67/548/KEE fuq il-bażi li dawn is-sustanzi mhumiex klassifikati u tikkettjati kif suppost u għalhekk jipprenżentaw riskju serju ta' periklu għas-saħħa;

    Billi l-Kummissjoni kkonsultat ma' l-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 23;

    Billi l-Kummissjoni eżaminat l-evidenza għall-kanċeroġeniċità tad-di(2-ethylhexyl)phthalate, u kkonsultat l-esperti xierqa maħtura mill-Istati Membri u li għandhom kwalifiki speċjali fir-rigward ta' kemm il-kanċeroġeniċità, il-mutaġeniċità u t-teratoġeniċità;

    Billi l-parir tal-maġġoranza ta' esperti kien li l-evidenza fil-preżent mhix adegwata biex tiġġustifika l-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar ta' din is-sustanza bħala kanċeroġinu jew irritant,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    Id-Di(2-ethylhexyl)phthalate m'għandux ikun klassifikat jew ittikkettjat bħala sustanza kanċiroġena jew irritanti.

    L-Artikolu 2

    Ir-Renju tad-Danimarka għandu jieħu l-passi meħtieġa sabiex iħares din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 1991

    L-Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Lulju 1990.

    Għall-Kummissjoni

    Carlo RIPA DI MEANA

    Membru tal-Kummissjoni

    1 ĠU 196, tas-16.8.1967, p. 1.

    2 ĠU L 259, tal-15.10.1979, p. 10.

    Top