Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989L0298

    Id-Direttiva Tal-Kunsill tas-17 ta’ April 1989 li tikkoordina l-ħtiġiet għat-tħejjija, l-iskrutinju u d-distribuzzjoni tal-prospectus li għandu jiġi ppubblikat meta titoli trasferibbli jiġu offerti lill-pubbliku

    ĠU L 124, 5.5.1989, p. 8–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2005; Imħassar b' 32003L0071

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/298/oj

    31989L0298



    Official Journal L 124 , 05/05/1989 P. 0008 - 0015
    Finnish special edition: Chapter 6 Volume 2 P. 0203
    Swedish special edition: Chapter 6 Volume 2 P. 0203


    Id-Direttiva Tal-Kunsill

    tas-17 ta’ April 1989

    li tikkoordina l-ħtiġiet għat-tħejjija, l-iskrutinju u d-distribuzzjoni tal-prospectus li għandu jiġi ppubblikat meta titoli trasferibbli jiġu offerti lill-pubbliku

    (89/298/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 54 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi investiment f’titoli trasferibbli, bħal kull forma oħra ta’ investiment, jinvolvi riskji; billi l-protezzjoni ta’ investituri teħtieġ li dawn jitqiegħdu f’pożizzjoni li jagħmlu stima korretta ta’ dawn ir-riskji sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ta’ investiment b’tagħrif komplet tal-fatti;

    Billi l-provvista ta’ informazzjoni kompleta, approprjata li tikkonċerna titoli trasferibbli u dawk li joħorġu dawn it-titoli jippromwovu l-protezjoni ta’ investituri;

    Billi, madanakollu, din l-informazzjoni hija mezz effettiv biex tiżdied il-kunfidenza f’titoli trasferibbli u hekk tikkontribwixxi għal funzjonament xieraq u għall-iżvilupp tas-swieq ta’ titoli trasferibbli;

    Billi politika ta’ l-informazzjoni ġenwina fil-Komunità li tirrigwarda titoli trasferibbli għandha għalhekk tkun introdotta; billi, permezz tas-salvagwardji li din toffri lill-investituri u l-impatt tagħha fuq il-funzjonament xieraq tas-swieq ta’ titoli trasferibbli, din il-politika ta’ l-informazzjoni hija kapaċi tippromwovi l-interpenetrazzjoni ta’ swieq nazzjonali ta’ titoli trasferibbli u b’hekk tinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ suq ġenwin ta’ kapital Ewropew;

    Billi d-Direttiva tal-Kunsill 80/390/KEE tas-17 ta’ Marzu 1980 li tikkoordina l-ħtiġiet għat-tħejjija, l-iskrutinju u d-distrubuzzjoni tad-dettalji elenkati li għandhom jiġu ppubblikati għall-ammissjoni ta’ titoli fl-elenkar uffiċjali tal-borża [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/345/KEE [5], tirrappreżenta pass importanti fl-implimentazzjoni ta’ din il-politika Komunitarja ta’ l-informazzjoni; billi dik id-Direttiva tikkoordina l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata meta t-titoli ikunu ammessi fl-elenkar tal-borża li jikkonċernaw in-natura tat-titoli offerti u ta’ dawk li joħorġu dawn it-titoli, ukoll tat-titoli offerti u dawk li joħorġu dawn it-titoli, sabiex investituri jkunu jistgħu jagħmlu stima informata ta’ l-attiv u l-passiv, il-pożizzjoni finanzjarja, il-qligħ u t-telf u l-prospetti ta’ dawk li joħorġu t-titoli u tad-drittijiet marbuta ma’ dawn it-titoli;

    Billi din il-politika ta’ l-informazzjoni teħtieġ ukoll li meta titoli trasferibbli jkunu offerti lill-pubbliku għall-ewwel darba fi Stat Membru, sew jekk minn, jew f’isem dak li jagħmel il-ħruġ jew parti terza, kemm jekk sussegwentement elenkati u kemm jekk le, prospectus li jkun fih informazzjoni ta’ din in-natura għandu jkun disponibbli għall-investituri; billi huwa wkoll neċessarju li jiġi kkoordinat il-kontenut ta’ dak il-prospectus sabiex tintlaħaq ekwivalenza tas-salvagwardji minimi mogħtija lill-investituri fl-Istati Membri varji;

    Billi, s’issa, intwera li kien impossibbli li tiġi fornita tifsira komuni tal-kliem "offerta pubblika" u tal-partijiet kostitwenti kollha tagħhom;

    Billi, f’każijiet meta offerta pubblika tkun ta’ titoli trasferibbli li għandhom jiġu ammessi fl-elenkar uffiċjali ta’ borża, informazzjoni simili għal dik meħtieġa mid-Direttiva 80/390/KEE, waqt li tiġi addattata għaċ-ċirkostanzi ta’ l-offerta pubblika, għandha tiġi fornita; billi, għal offerti pubbliċi ta’ titoli trasferibbli li m’għandhomx jiġu ammessi għall-elenkar uffiċjali tal-borża, informazzjoni inqas dettaljata tista tkun meħtieġa sabiex ma ttaqqalx lil kumpanniji, li joħorġu t-titoli, żgħar u ta’ daqs medju mingħajr ma jkun hemm bżonn; billi, għal offerti pubbliċi ta’ titoli trasferibbli li għandhom jiġu ammessi għall-elenkar uffiċjali ta’ borża, il-grad ta’ koordinazzjoni akkwistat huwa tali li prospectus approvat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jista’ jiġi użat għal offerti pubbliċi ta’ l-istess titoli fi Stat Membru ieħor fuq il-bażi ta’ rikonoxximent reċiproku; billi rikonoxximent reċiproku għandu wkoll japplika meta prospectuses għal offerti pubbliċi jikkonformaw ma’standards bażiċi stabbiliti fid-Direttiva 80/390/KEE u huma approvati mill-awtoritajiet kompetenti anki fl-assenza ta’ talba għal ammissjoni fl-elenkar uffiċjali tal-borża;

    Billi sabiex ikun assigurat li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva jintlaħqu kompletament huwa neċessarju li jiġu inklużi fil-qasam ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva titoli trasferibbli maħruġa minn kumpanniji jew ditti rregolati bil-liġijiet ta’ pajjiżi terzi;

    Billi huwa avviżabbli li jsir provvediment għall-estensjoni, permezz ta’ ftehim li għandhom jiġu konklużi mill-Komunità ma’ pajjiżi terzi, tar-rikonoxximent ta’ prospectuses minn dawk il-pajjiżi fuq bażi reċiproka,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA,

    IT-TAQSIMA I

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    L-Artikolu 1

    1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal titoli trasferibbli li huma offerti lill-pubbliku għall-ewwel darba fi Stat Membru sakemm dawn it-titoli ma jkunux diġà elenkati f’borża li tkun tinstab jew topera f’dak l-Istat Membru.

    2. Meta offerta lill-pubbliku hija għal parti biss tat-titoli trasferibbli minn ħruġ singolu, l-Istati Membri m’għandhomx jeħtieġu li prospectus ieħor jiġi ppubblikat jekk il-parti l-oħra tkun sussegwentement offerta lill-pubbliku.

    L-Artikolu 2

    Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika:

    1. għat-tipi ta’ offerti li ġejjin:

    (a) meta titoli trasferibbli huma offerti lil persuni fil-kuntest tas-snajja, l-professjonijiet jew ix-xogħlijiet tagħhom, u/jew

    (b) meta titoli trasferibbli huma offerti lil ċirku ristrett ta’ persuni, u/jew

    (ċ) meta l-prezz tal-bejgħ tat-titoli trasferibbli kollha ma jeċċedix ECU 40000, u/jew

    (d) meta t-titoli trasferibbli offerti jistgħu jiġu akkwistati biss għall-konsiderazzjoni ta’ mill-inqas ECU 40000 għal kull investitur;

    2. għat-titoli trasferibbli tat-tipi li ġejjin:

    (a) għal titoli trasferibbli offerti f’denominazzjonijiet individwali ta’ mill-anqas ECU 40000;

    (b) għal unitajiet maħruġa minn intrapriżi ta’ investiment kollettiv barra minn dawk tat-tip closed-end;

    (ċ) għal titoli trasferibbli maħruġa minn Stat jew minn waħda mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali ta’ Stat jew minn korpi pubbliċi internazzjonali li tagħhom Stat Membru wieħed jew iktar huma membri;

    (d) għal titoli trasferibbli offerti inkonnessjoni ma’ tentattiv ta’ takeover;

    (e) għal titoli trasferibbli offerti inkonnessjoni ma’ għaqdiet;

    (f) għal ishma allokati mingħajr ħlas lil dawk fil-pussess ta’ ishma;

    (g) għal ishma jew titoli trasferibbli ekwivalenti għal ishma offerti inkambju għal ishma fl-istess kumpannija jekk l-offerta ta’ dawn it-titoli ġodda ma tinvolvix xi żieda ġenerali fl-ishma tal-kapital maħruġa tal-kumpannija;

    (h) għal titoli trasferibbli offerti minn dak li jimpjegahom jew minn intrapriża affiljata lil jew għall-benefiċċju li jiġu servuti impjegati eżistenti jew preċedenti;

    (i) għal titoli trasferibbli li jirriżultaw mill-konverżjoni ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew mill-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija b’mandati jew għal ishma offerti inkambju għal titoli ta’ dejn trasferibbli, sakemm prospectus ta’ offerta pubblika jew dettalji elenkati li jirrelataw għal dawk it-titoli ta’ dejn konvertibbli jew kambjabbli jew dawk il-mandati kienu ppubblikati fl-Istess Stat Membru;

    (j) għal titoli trasferibbli maħruġa, bl-iskop li dawn jakkwistaw il-mezzi neċessarja biex jilħqu l-objettivi disinteressati tagħhom, b’assoċjazzjonijiet ma l-istatus legali jew korpi li ma jagħmlux profitt, rikonoxxuti mill-Istat;

    (k) għal ishma jew titoli trasferibbli ekwivalenti għal ishma, li l-pussess tagħhom jintitola lill-persuna fil-pussess biex tagħmel użu mis-servizzi mogħtija minn korpi bħal ma huma "building societies", "Crédits populaires", "Genossenschaftsbanken", jew "Industrial and Provident Societies", jew biex issir membru ta’ dak il-korp;

    (l) għal titoli f’Euro li mhumiex is-suġġett ta’ kampanja ġeneralizzata ta’ reklamar jew ta’ canvassing.

    L-Artikolu 3

    Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

    (a) "intrapriżi ta’ investiment kollettiv barra minn tat-tip closed-end" għandha tfisser unit trusts u kumpanniji ta’ investiment:

    - li l-objettiv tagħhom huwa l-investiment kollettiv ta’ kapital ipprovdut mill-pubbliku, u li jopera fuq il-prinċipju ta’ tixrid tar-riskju, u

    - li l-unitajiet tagħhom huma, fuq it-talba tat-titolari, mixtrija mill-ġdid jew mogħtija lura, direttament jew indirettament, mill-assi ta’ dawk l-intrapriżi. Azzjoni meħuda minn dawn l-intrapriżi biex tassigura li l-valur tal-borża ta’ l-unitajiet tagħhom ma jvarjax b’mod sinifikanti mill-valur nett tagħhom ta’ l-assi għandha titqies bħala ekwivalenti għal dan ix-xiri mill-ġdid jew għoti lura;

    (b) "unitajiet ta’ intrapriża ta’ investiment kollettiv" għandha tfisser titoli trasferibbli maħruġa minn intrapriża ta’ investimentkolettiv li tirrappreżenta d-drittijiet tal-parteċipanti f’din l-intrapriża fuq l-assi tagħha;

    (ċ) "dawk li joħorġu" għandha tfisser kumpanniji u persuni ġuridiċi oħrajn u xi intrapriżi li t-titoli trasferibbli tagħhom ikunu offerti lill-pubbliku;

    (d) "istituzzjoni ta’ kreditu" għandha tfisser intrapriża li n-negozju tagħha huwa li tirċievi depożiti jew fondi oħrajn ripagabbli mill-pubbliku u li tagħti krediti għall-kont tagħha proprju, inklużi istituzzjonijiet ta’ kreditu bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 77/780/KEE [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 86/524/KEE [7];

    (e) "titoli trasferibbli" għandha tfisser ishma f’kumpanniji u titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma f’kumpanniji, titoli ta’ dejn li jkollhom maturità ta’ mill-anqas sena waħda u titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal titoli ta’ dejn, u kull titolu trasferibbli ieħor li jagħti d-dritt li jkunu akkwistati dawk it-titoli trasferibbli b’sottoskrizzjoni jew b’kambju;

    (f) "titoli-Euro" għandha tfisser titoli trasferibbli li:

    - għandhom ikunu assigurati u distribwiti minn sindikat li mill-anqas tnejn mill-membri tiegħu li jkollhom l-uffiċċji rreġistrati tagħhom fi Stati differenti, u

    - huma offerti fuq skala sinifikanti fi Stat Membru wieħed jew iktar ta’ xort ’oħra mill-uffiċċju rreġistrat ta’ min ikun ħariġhom, u

    - jistgħu jkunu sottoskritti għal, jew inizjalment akkwistati biss permezz ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja oħra.

    L-Artikolu 4

    Stati Membri għandhom jassiguraw li kull offerta ta’ titoli trasferibbli lill-pubbliku fit-territorji tagħhom tkun suġġetta għall-pubblikazzjoni ta’ prospectus mill-persuna li tagħmel l-offerta.

    L-Artikolu 5

    Stati Membri jistgħu jipprovdu għal eżenzjoni parzjali jew kompleta mill-obbligu li jiġi ppubblikat prospectus meta t-titoli trasferibbli li jkunu offerti lill-pubbliku huma:

    (a) titoli ta’ dejn jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal titoli ta’ dejn, maħruġa b’manjiera kontinwa jew ripetittivament minn istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjari oħrajn ekwivalenti għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li regolarment jippubblikaw il-kontijiet annwali tagħhom u li, fil-Komunità, huma stabbiliti jew irregolati b’liġi speċjali jew skond din il-liġi, jew huma suġġetti għal sorveljanza pubblika intiża biex tipproteġi t-tfaddil;

    (b) titoli ta’ dejn jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal titoli ta’ dejn maħruġa minn kumpanniji u persuni ġuridiċi oħrajn li huma ċittadini ta’ Stat Membru u li:

    - fit-twettiq tan-negozju tagħhom, jibbenefikaw minn monopolji ta’ l-Istat, u

    - huma stabbiliti jew irregolati b’liġi speċjali jew skond din il-liġi jew li s-self tagħhom ikun mingħajr kundizzjoni u irrevokabbilment garantit minn Stat Membru jew minn xi waħda mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru;

    (ċ) titoli ta’ dejn maħruġa minn persuni ġuridiċi, barra minn kumpanniji, li jkunu ċittadini ta’ Stat Membru, u

    - kienu stabbiliti b’liġi speċjali, u

    - (i) li jikkrejaw fondi taħt kontroll ta’ l-istat permezz tal-ħruġ ta’ titoli ta’ dejn; u

    (ii) li jiffinanzjaw il-produzzjoni permezz tar-riżorsi li huma jkunu kkrejaw u riżorsi pprovduti minn Stat Membru u/jew li jakkwistaw proprjetà f’dik il-produzzjoni, u

    - titoli ta’ dejn li huma, għall-iskopijiet ta’ ammissjoni għall-elenkar uffiċjali, kkunsidrati bil-liġi nazzjonali bħala titoli ta’ dejn maħruġa jew garantiti mill-Istat.

    L-Artikolu 6

    Jekk prospectus sħiħ ikun ġie ppubblikat fi Stat Membru fit-12-il xahar preċedenti, il-prospectus li jmiss, imħejji mill-istess wieħed li jagħmel il-ħruġ fl-istess Stat, imma li jirrigwarda titoli trasferibbli differenti, jista’ jindika biss dawk il-bidliet li aktarx jinfluwenzaw il-valur tat-titoli li jkunu seħħu sa mill-pubblikazzjoni tal-prospectus sħiħ.

    Madanakollu, dak il-prospectus jista’ jkun magħmul disponibbli biss meta jkun akkumpanjat bil-prospectus sħiħ li jirrelata għalih jew b’referenza għalih.

    IT-TAQSIMA II

    Il-kontenut u l-arranġamenti għall-iskrutinju u d-distribuzzjoni tal-prospectus għal titoli trasferibbli li għalihom hija mfittxija ammissjoni għall-elenkar uffiċjali tal-borża

    L-Artikolu 7

    Meta offerta pubblika tirrelata għal titoli trasferibbli li fil-waqt ta’ l-offerta jkunu s-suġġett ta’ applikazzjoni għall-ammissjoni għal elenkar uffiċjali f’borża li tkun tinstab jew topera fl-istess Stat Membru, il-kontenut tal-prospectus u l-proċeduri għall-iskrutinju u d-distirbuzzjoni tiegħu għandhom, suġġett għall-adattamenti approprjati għaċ-ċirkostanzi ta’ offerta pubblika, jiġu determinati skond id-Direttiva 80/390/KEE.

    L-Artikolu 8

    1. Meta offerta pubblika ssir fi Stat Membru wieħed u tkun mfittxa l-ammissjoni għall-elenkar uffiċjali f’ borża li tkun tinstab fi Stat Membru ieħor, il-persuna li tagħmel l-offerta pubblika għandu jkollha l-possibbiltà fl-Istat Membru li fih issir l-offerta pubblika li tħejji prospectus li l-kontenut u l-proċeduri tiegħu għal skrutinju u distribuzzjoni għandhom, soġġett għal addattamenti approprjati għaċ-ċirkostanzi ta’ offerta pubblika, jiġu determinati skond id-Direttiva 80/390/KEE.

    2. Il-paragrafu 1 għandu japplika biss f’dawk l-Istati Membri li ġeneralment jipprovdu għall-iskrutinju minn qabel ta’ prospectuses ta’ offerta pubblika.

    L-Artikolu 9

    Prospectus għandu jiġi ppubblikat jew ikun magħmul disponibbli għal pubbliku sa mhux aktar tard miż-żmien meta l-offerta ssir lill-pubbliku.

    L-Artikolu 10

    1. Meta prospectus skond l-Artikolu 7 jew 8 ikun, jew ikun sejjer jiġi ippubblikat, ir-reklami, l-avviżi, il-kartelluni u dokumenti li jħabbru l-offertà pubblika għandhom jiġu kkomunikati bil-quddiem lill-awtoritajiet kompetenti. Id-dokumenti msemmija qabel għandhom isemmu li jkun hemm prospectus u jsemmu fejn il-prospectus huwa ppubblikat.

    2. Jekk Stat Membru jawtorizza d-distribuzzjoni tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 qabel ma jkun disponibbli l-prospectus, dawk id-dokumenti għandhom jiddikjaraw li l-prospectus ikun ippubblikat u jindikaw minn fejn il-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jakkwistawh.

    3. Il-prospectus għandu jiġi ppubblikat jew:

    - billi jiżdied f’gazzetta waħda jew aktar iċċirkolati fl-Istat Membru li fih issir l-offerta pubblika, jew

    - fil-forma ta’ ktejjeb li għandu jsir magħmul disponibbli, mingħajr ħlas, lill-pubbliku fl-Istat Membru li fih issir l-offerta pubblika u fl-uffiċċju rreġistrat tal-persuna li tagħmel l-offerta pubblika u fl-uffiċini ta’ l-organizzazzjonijiet finanzjarji mitluba biex jaġixxu bħala aġenti li jħallsu ta’ dan ta’ l-aħħar fl-Istat Membru fejn issir l-offerta.

    4. B’żieda, jew il-prospectus sħiħ jew notifika li ssemmi fejn il-prospectus ikun ġie ppubblikat u minn fejn ikun jista jiġi akkwistat mill-pubbliku, għandu jiġi inserit f’pubblikazzjoni nnominata mill-Istat Membru li fih issir l-offerta pubblika.

    IT-TAQSIMA III

    Il-kontenut u l-arranġamenti għad-distribuzzjoni tal-prospectus għal titoli trasferibbli li għalihom mhix imfittxa ammissjoni għall-elenkar uffiċjali tal-borża

    L-Artikolu 11

    1. Meta offerta pubblika tirrelata għal titoli trasferibbli barra minn dawk imsemmija fl-Artikoli 7 u 8, il-prospectus għandu jikkontjeni l-informazzjoni li, skond in-natura partikolari ta’ min joħroġ it-titoli u tat-titoli trasferibbli offerti lill-pubbliku, hija neċessarja biex investituri jkunu jistgħu jagħmlu stima informata ta’ l-attiv u l-passiv, il-pożizzjoni finanzjarja, il-qligħ u t-telf u l-prospetti ta’ dak li joħroġ it-titoli u tad-drittijiet marbuta mat-titoli trasferibbli.

    2. Sabiex jiġi ssodisfat l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1, il-prospectus għandu, soġġett għall-possibbiltajiet ta’ eżenzjoni previsti fl-Artikoli 5 u 13, jikkontjeni f’forma l-iktar faċilment analizzabbli u komprensibbli possibbli, almenu l-informazzjoni elenkata hawn taħt:

    (a) dawk responsabbli għall-prospectus (l-ismijiet, il-funzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet minnhom li sa fejn jafu huma l-informazzjoni kontenuta fil-prospectus hija skond il-fatti u li l-prospectus ma jħalli xejn barra li x’aktarx jaffettwa l-valur tiegħu);

    (b) l-offerta lill-pubbliku u t-titoli trasferibbli li jkunu offerti (in-natura tat-titoli li jkunu offruti, l-ammont u l-iskop tal-ħruġ, in-numru ta’ titoli maħruġa u d-drittijiet marbuta magħhom; it-taxxa tad-dħul miżmuma minn ras il-għajn; il-perijodu li tulu l-offerta tkun miftuħa; id-data li fiha l-intitolament għal dividendi jew imgħax ikun dovut; il-persuni li jassiguraw jew li jiggarantixxu l-offerta; kull restrizzjoni fuq it-trasferibbiltà libera tat-titoli offerti u s-swieq li fihom jistgħu jiġu nnegozjati; l-istabbilimenti li jservu bħala aġenti li jħallsu; jekk magħruf, il-prezz li bih it-titoli jkunu offerti, inkella, jekk ir-regoli nazzjonali jipprovdu hekk, il-proċedura u t-tabella taż-żmien għall-iffissar tal-prezz jekk ma jkunx magħruf meta l-prospectus ikun qiegħed jiġi mħejji; il-metodi ta’ pagament; il-proċedura għall-eżerċizzju ta’ kull dritt ta’ kapparra u l-metodi ta’ u l-limiti taż-żmien għall-kunsinna tat-titoli);

    (ċ) min jagħmel il-ħruġ (l-isem, l-uffiċċju rreġistrat; id-data tiegħu ta’ inkorporazzjoni, il-leġislazzjoni applikabbli għal min jagħmel il-ħruġ u l-forma legali ta’ min jagħmel il-ħruġ, l-objettivi tiegħu, indikazzjoni tar-reġistru u tan-numru tad-dħul hemmhekk) u l-kapital tiegħu (l-ammont tal-kapital sottoskritt, in-numru u d-dettalji ewlenin tat-titoli li minnhom huwa magħmul il-kapital u kull parti mill-kapital li għad irid jitħallas; l-ammont ta’ kwalunkwe titoli ta’ dejn konvertibbli, titoli ta’ dejn kambjabbli jew titoli ta’ dejn b’mandati u l-proċeduri għall-konverżjoni, il-kambju jew is-sottoskrizzjoni; meta approprjat,il-grupp ta’ intrapriżi li jappartjeni għalihom min jagħmel il-ħruġ; fil-każ ta’ ishma,l-informazzjoni addizzjonali għandha tkun fornita: dawkl-ishma li ma jirrappreżentawx il-kapital, l-ammont tal-kapital awtorizzat u t-tul ta’ l-awtorizzazzjoni; sa fejn huma magħrufa, indikazzjoni ta’ l-imsieħba li direttament jew indirettament jeżerċitaw jew jistgħu jeżerċitaw rwol determinanti fl-amministrazzjoni ta’ min jagħmel il-ħruġ);

    (d) l-attivitajiet ewlenija ta’ min jagħmel il-ħruġ (deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet ewlenija tiegħu, u, meta approprjat, kull fattur eċċezzjonali li jkun influwenza l-attivitajiet tiegħu; kull dipendenza fuq patenti, liċenzji jew kuntratti jekk dawn huma ta’ importanza fundamentali; informazzjoni li tirrigwarda investimenti li jkunu jseħħu meta jkunu sinifikanti; kull proċedura legali li jkollha effett importanti fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta’ min jagħmel il-ħruġ);

    (e) l-attiv u l-passiv ta’ min jagħmel il-ħruġ, il-pożizzjoni finanzjarja u l-qligħ u t-telf (il-kontijiet propji u, meta approprjat, kontijiet konsolidati; jekk min jagħmel il-ħruġ iħejji biss kontijiet annwali konsolidati, għandu jinkludi dawk il-kontijiet fil-prospectus; jekk min jagħmel il-ħruġ iħejji kemm il-kontijiet proprji kemm dawk konsolidati, għandu jinkludi iż-żewġ tipi ta’ kont fil-prospectus; madanakollu, min jagħmel il-ħruġ jista’ jinkludi biss wieħed mit-tnejn, sakemm il-kontijiet li mhumiex inklużi ma jipprovdux informazzjoni addizzjonali sinifikanti); kontijiet interim jekk ikunu ġew ippubblikati xi ftit minnhom sa mit-tmiem tas-sena finanzjarja preċedenti; l-isem tal-persuna responsabbli għall-verifika tal-kontijiet; jekk dik il-persuna tkun ikkwalifikathom jew irrifjutat rapport ta’ verifika, il-fatt għandu jiġi msemmi u r-raġunijiet mogħtija;

    (f) l-amministrazzjoni, it-tmexxija u s-sorveljanza ta’ min jagħmel il-ħruġ (l-ismijiet, l-indirizzi, l-funzjonijiet; fil-każ ta’ offerta lill-pubbliku ta’ ishma f’kumpannija b’responsabbiltà limitata, ir-remunerazzjoni tal-membri tal-korpi amministrattivi, ta’ tmexxija u ta’ sorveljanza ta’ min jagħmel il-ħruġ);

    (g) sal-limitu li din l-informazzjoni kien ikollha impatt sinifikati fuq kull stima li setgħet issir ta’ min jagħmel il-ħruġ, żviluppi riċenti fin-negozju u l-prospetti tiegħu (it-tendenzi riċenti l-iktar sinifikanti li jikkonċernaw l-iżvilupp tan-negozju ta’ min jagħmel il-ħruġ sa mit-tmiem tas-sena finanzjarja preċedenti, l-informazzjoni dwar il-prospetti ta’ min jagħmel il-ħruġ għal mill-anqas is-sena finanzjarja kurrenti).

    3. Meta offerta pubblika tirrelata għal titoli ta’ dejn garantiti minn persuna ġuridika waħda jew iktar, l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 2 (ċ) sa (g) għandha wkoll tingħata fir-rigward ta’ min jagħti l-garanzija jew dawk li jagħtu l-garanziji.

    4. Meta offerta pubblika tirrigwarda titoli ta’ dejn konvertibbli, titoli ta’ dejn kambjabbli jew titoli ta’ dejn b’mandati jew għall-mandati nfushom, l-informazzjoni għandha wkoll tingħata fir-rigward tan-natura ta’ l-ishma jew tat-titoli ta’ dejn li jagħtu intitolament lilhom u l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-konverżjoni, il-kambju jew is-sottoskrizzjoni. Meta min joħroġ l-ishma jew it-titoli ta’ dejn ma jkunx dak li joħroġ it-titoli ta’ dejn jew il-mandati, l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 2 (ċ) sa (g) għandha wkoll tingħata fir-rigward ta’ min joħroġ l-ishma jew it-titoli ta’ dejn.

    5. Jekk il-perijodu ta’ eżistenza ta’ min jagħmel il-ħruġ ikun anqas minn kull perjodu msemmi fil-paragrafu 2, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta biss għall-perijodu ta’ l-eżistenza ta’ min jagħmel il-ħruġ.

    6. Meta ċerta informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 2 tinstab li tkun inapproprjata għall-isfera ta’ attività ta’ min jagħmel il-ħruġ jew il-forma ġuridika tiegħu jew għat-titoli trasferibbli li jkunu offerti, għandu jitħejja prospectus li jagħti informazzjoni ekwivalenti.

    7. Meta l-ishma jkunu offerti buq bażi pri-emptiva lill-imsieħba ta’ min jagħmel il-ħruġ fl-okkażjoni ta’ l-ammissjoni tagħhom għal trattar fis-suq tal-borża, l-Istati Membri jew il-korpi nnominati minnhom jistgħu jippermettu ftit mill-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 2 (d), (e) u (f) li titħalla barra, sakemm l-investituri jkun diġà fil-pussess ta’ informazzjoni aġġornata dwar min jagħmel il-ħruġ ekwivalenti għal dik meħtieġa mit-Taqsima III bħala riżultat tal-ħtiġiet ta’ żvelar tal-borża.

    8. Meta klassi ta’ isma tkun ġiet ammessa għal trattar f’ suq tal-borża, l-Istati Membri jew il-korpi innominati minnhom jistgħu jippermettu eżenzjoni parzjali jew kompleta mill-obbligu ta’ pubblikazzjoni ta’ prospectus jekk in-numru jew il-valur stmat tas-suq jew il-valur nominali jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-valur tal-kont par ta’ l-ishma offerti jammonta għal anqas minn 10 % tan-numru jew tal-valur korrispondenti ta’ l-ishma ta’ l-istess klassi diġà ammessi għal trattar, sakemm investituri diġà jippossjedu informazzjoni aġġortanta dwar min jagħmel il-ħruġ ekwivalenti għal dik meħtieġa mit-Taqsima III bħala riżultat tal-ħtiġiet ta’ żvelar tal-borża.

    L-Artikolu 12

    1. Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-persuna li tagħmel offerta pubblika għandu jkollha l-possibiltà li tħejji prospectus li l-kontenut tiegħu għandu, soġġett għall-adattamenti approprjati għaċ-ċirkostanzi ta’ offerta pubblika, jiġu determinati skond id-Direttiva 80/390/KEE.

    2. L-iskrutinju preċedenti tal-prospectus imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq mill-korpi innominati mill-Istati Membri anke fin-nuqqas ta’ talba għal ammissjoni għall-elenkar uffiċjali tal-borża.

    L-Artikolu 13

    1. L-Istati Membri jew il-korpi nominati minnhom jistgħu jawtorizzaw li titħalla barra mill-prospectus imsemmi fl-Artikolu 11 ċerta informazzjoni preskritta b’din id-Direttiva:

    (a) jekk dik l-informazzjoni tkun biss ta’ importanza minuri u x’aktarx ma tinfluwenzax l-istima ta’ l-attiv u l-passiv, il-posizjoni finanzjarja, il-qligħ u t-telf u l-prospetti, ta’ min jagħmel il-ħruġ; jew

    (b) jekk l-iżvelar ta’ dik l-informazzjoni jkun kuntrarju għal interess pubbliku jew serjament detrminali għal min jagħmel il-ħruġ, sakemm, f’dan il-każ ta’ l-aħħar, it-tħollija barra majkollhiex il-probabbiltà li tfixkel lill-pubbliku fir-rigward ta’ fatti u ċirkostanzi essenzjali għall-istima tat-titoli trasferibbli.

    2. Meta l-inizjatur ta’ offerta ma jkun la l-persuna li tagħmel il-ħruġ u lanqas parti terza li taġixxi f’isem min jagħmel il-ħruġ, l-Istati Membri jew il-korpi innominati minnhom, jistgħu jawtorizzaw l-ommisjoni mill-prospectus ta’ ċerta informazzjoni li normalment ma tkunx fil-pussess ta’ l-inizjatur.

    3. L-Istati Membri jew il-korpi nnominati minnhom jistgħu jipprovdu għall-eżenzjoni parzjali jew kompleta mill-obbligu li jiġi ppubblikat prospectus meta l-informazzjoni li dawk li jagħmlu l-offerta jkunu meħtieġa li jfornu bil-liġi, b’regolament jew b’regoli magħmula minn korpi li jistgħu jagħmlu dan permezz tal-liġijiet nazzjonali disponibbli għal investituri sa mhux aktar tard miżżmien meta il-prospectus għandu jiġi jew suppost li jkun ġie ippubblikat jew magħmul disponibbli għall-pubbliku, skond din id-Direttiva, fil-forma ta’ dokumenti li jagħti informazzjoni mill-anqas ekwivalenti għal dik meħtieġa mit-Taqsima III.

    L-Artikolu 14

    Prospectus għandu jiġi kkomunikat, qabel l-applikazzjoni tiegħu, lill-korpi nnominati għal dak l-iskop f’kull Stat Membru li fih it-titoli trasferibbli jkunu offerti lill-pubbliku għall-ewwel darba.

    L-Artikolu 15

    Prospectus għandu jiġi ppubblikat jew ikun magħmul disponibbli lill-pubbliku fl-Istat Membru li fih l-offerta lill-pubbliku ssir skond il-proċeduri stabbiliti minn dak l-Istat Membru.

    L-Artikolu 16

    Prospe ctus għandu jiġi ppubblikat jew ikun magħmul disponibbli għall-pubbliku sa mhux aktar tard miż-żmien meta l-offerta ssir lill-pubbliku.

    L-Artikolu 17

    1. Meta prospectus li jkun konformi ma’ l-Artikolu 11 jew 12 ikun, jew għandu jiġi ppubblikat, ir-reklami, in-notifiki, it-tabelli u d-dokumenti li jannunzjaw l-offerta pubblika distribwita jew magħmula disponibbli lill-membri tal-pubbliku mill-persuna li tagħmel l-offerta pubblika, għandhom jiġu kkomunikati bil-quddiem lill-korpi innominati skond l-Artikolu 14, jekk dawn il-korpi jwettqu skrutinju bil-quddiem ta’ prospectuses ta’ offerta pubblika. F’dan il-każ, dan ta’ l-aħħar għandu jiddetermina jekk id-dokumenti kkonċernati għandhomx jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni. Dawn id-dokumenti għandhom jiddikjaraw li prospectus ikun jeżisti u jindikaw fejn ikun ippubblikat.

    2. Jekk Stat Membru jawtorizza d-disseminazzjoni tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 qabel ma jkun disponibbli l-prospectus, dawk id-dokumenti għandhom isemmu li prospectus ikun ippubblikat u jindikaw meta l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jakkwistawh.

    L-Artikolu 18

    Kull fattur ġdid sinifikanti jew ineżattezza sinifikanti f’prospectus li kapaċi taffettwa l-istima tat-titoli trasferibbli li toriġina jew li tkun osservata bejn il-pubblikazzjoni tal-prospectus u l-għeluq definittiv ta’ offerta pubblika għandu jiġi msemmi jew rettifikat f’suppliment għall-prospectus, li għandu jiġi ppubblikat jew magħmul disponibbli għall-pubbliku skond almenu l-istess arranġamenti li kienu applikati meta l-prospectus orġinali kien disseminat jew skond il-proċeduri stabbiliti mill-Istati Membri jew mill-korpi innominati minnhom.

    IT-TAQSIMA IV

    Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri

    L-Artikolu 19

    L-Istati Membri għandhom jinnominaw il-korpi li jistgħu ikunu l-istess bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 14, li għandhom jikkooperaw ma’ xulxin għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni addattata ta’ din id-Direttiva u għandhom jużaw l-aħjar sforzi tagħhom, fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom, biex jiskambjaw l-informazzjoni kollha neċessarja għal dak l-iskop. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lil-korpi hekk innominati. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħrajn.

    L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-korpi innominati jkollhom il-poteri meħtieġa għat-twettiq tax-xogħol tagħhom.

    L-Artikolu 20

    1. Meta, għall-istess titoli trasferibbli, offerti pubbliċi jsiru simultanjament jew inkella b’intervall qasir bejniethom f’żewġ Stati Membri, jew aktar, u meta prospectus ta’ offerta pubblika jkun imħejji skond l-Artikolu 7, 8 u 12, l-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tal-prospectus għandha tkun dik ta’ dak l-Istat Membru li fih min jagħmel il-ħruġ ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jekk l-offerta pubblika jew kull applikazzjoni għal ammissjoni għall-elenkar uffiċjali f’borża jkun magħmul f’dak l-Istat Membru.

    2. Madanakollu, jekk l-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 ma jipprovdix b’mod ġenerali għal skrutinju minn qabel tal-prospectuses ta’ offerta pubblika u jekk biss l-offerta pubblika jew applikazzjoni għal ammissjoni għall-elenkar uffiċjali ssir f’dak l-Istat Membru, kif ukoll fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-persuna li tagħmel l-offerta pubblika għandha tagħżel l-awtorità ta’ sorveljanza minn dawk fl-Istati Membri li fihom issir l-offerta pubblika u li jipprovdu ġeneralment għal skrutinju bil-quddiem ta’prospectuses ta’ offerta pubblika.

    IT-TAQSIMA V

    Rikonoxximent reċiproku

    L-Artikolu 21

    1. Jekk approvat skond l-Artikolu 20, prospectus għandu, soġġett għal traduzzjoni jekk meħtieġa, ikun rikonoxxut bħala li jikkonforma jew jitqies li jikkonforma mal-liġijiet ta’ l-Istati Membri l-oħrajn li fihom l-istess titoli trasferibbli jkunu offerti simultanjament lill-pubbliku jew bi żmien qasir bejniethom, mingħajr ma jkunu suġġetti għal xi forma ta’ approvazzjoni hemmhekk u mingħajr ma’ dawk l-Istati jkunu jistgħu jeħtieġu li dik l-informazzjoni addizzjonali tiġi inkluża fil-prospectus. Dawk l-Istati Membri jistgħu, madanakollu, jeħtieġu li l-prospectus ikun jinkludi informazzjoni speċifika għas-suq tal-pajjiż li fih issir l-offerta pubblika li tikkonċerna b’mod partikolari s-sistema tat-taxxa tad-dħul, l-organizzazzjonijiet finanzjarji mistennija li jaġixxu bħala aġenti li jħallsu għal min jagħmel il-ħruġ f’dak il-pajjiż, u l-metodu li bih in-notifiki lill-investituri huma ppubblikati.

    2. Prospectus approvat mill-awtoritajiet kompetenti fis-sens ta’ l-Artikolu 24a tad-Direttiva 80/390/KEE għandu jkun rikonoxxut bħala li jikkonforma jew jitqies li jkun jikkonforma mal-liġijiet ta’ Stat Membru ieħor li fih issir l-offerta pubblika, anki jekk eżenzjoni parzjali jew deroga parzjali tkun ġiet mogħtija skond din id-Direttiva, sakemm, madanakollu:

    (a) l-eżenzjoni parzjali jew id-deroga parzjali inkwistjoni tkun ta’ tip li huwa rikonoxxut fir-regoli ta’ l-Istat Membru l-ieħor ikkonċernat; u

    (b) ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-eżenzjoni parzjali jew id-deroga parzjali jeżistu wkoll fl-Istat Membru l-ieħor ikkonċernat.

    Anki jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti f’(a) u (b) ta’ l-ewwel sub-paragrafu ma jkunux issodisfati, l-Istat Membru kkonċernat jista jqis li prospectus ikun approvat mill-awtoritajiet kompetenti fis-sens ta’ l-Artikolu 20 biex jikkonforma mal-liġijiet tiegħu.

    3. Il-persuna li tagħmel l-offerta pubblika għandha tikkomunika mal-korpi innominati mill-Istati Membri l-oħrajn li fihom tkun sejra ssir l-offerta pubblika, il-prospectus li hi jkollha l-intenzjoni li tuża f’dak l-Istat. Dak il-prospectus għandu jkun l-istess bħall-prospectus approvat mill-awtorità msemmija fl-Artikolu 20.

    4. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-applikazjoni ta’ dan l-Artikolu għal prospectuses li jikkonċernaw titoli trasferibbli ta’ dawk li jagħmlu l-ħruġ li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru.

    IT-TAQSIMA VI

    Kooperazzjoni

    L-Artikolu 22

    1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw kull meta neċessarju bl-iskop li jitwettqu d-doveri tagħhom u għandhom jiskambjaw kull informazzjoni meħtieġa għal dak l-iskop.

    2. Meta offerta pubblika li tikkonċerna titoli trasferibbli li jagħtu d-dritt għal parteċipazzjoni fil-kapital ta’ kumpannija, jew immedjetament inkella fit-tmien ta’ perjodu ta’ maturità, issir fi Stat Membu wieħed jew iktar barra minn dak li fih ikun jinstab l-uffiċju rreġistrat ta’ min jagħmel il-ħruġ ta’ ishma li jagħtu intitolament għalihom it-titoli, waqt li l-ishma ta’ min jagħmel il-ħruġ ikunu diġà ġew ammessi għal elenkar uffiċjali f’dak l-Istat Membru, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-offerta jistgħu jaġixxu biss wara li jkunu kkonsultaw l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih ikun jinstab l-uffiċju rreġistrat ta’ min jagħmel il-ħruġ ta’ l-ishma inkwistjoni, f’każijiet meta l-prospectus ta’ offerta pubblika huwa skrutinizzat.

    L-Artikolu 23

    1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni kollha impjegati jew li qabel kienu impjegati mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 20 għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali. Dan ifisser li ma jistgħux jiżvelaw informazzjoni konfidenzjali riċevuta tul id-doveri tagħhom lil xi persuna jew awtorità tkun liema tkun, ħlief permezz ta’ dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi.

    2. Il-paragrafu 1 m’għandux jipprevieni lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri varji msemmija fl-Artikolu 20 milli jwasslu informazzjoni kif prevista f’din id-Direttiva. L-informazzjoni hekk skambjata għandha tkun koperta bl-obbligu ta’ segretezza professjonali li japplika għal persuni impjegati jew li qabel kienu impjegati mill-awtorità li tirċievi din l-informazzjoni.

    3. Mingħajr preġudizzju għal każijiet koperti b’liġi kriminali, l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 20, li jirċievu informazzjoni skond l-Artikolu 21, jistgħu jagħmlu użu minnha biss biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom jew fil-kuntest ta’ appell amministrattiv jew fi proċeduri fil-qorti li jirrelataw mat-twettiq ta’ dawk il-funzjonijiet.

    IT-TAQSIMA VII

    Negozjati ma’ pajjiżi li mhumiex membri

    L-Artikolu 24

    Il-Komunità tista, permezz ta’ ftehim ma’ pajjiż mhux membru wieħed jew iktar konklużi skond it-Trattat, jirrikonoxxu prospectuses ta’ offerta pubblika mħejjija u skrutinizzati skond ir-regoli tal-pajjiż jew il-pajjiżi mhux membri kkonċernati bħala li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, soġġett għal reċiproċità, sakemm ir-regoli kkonċernati jagħtu lill-investituri protezzjonijiet ekwivalenti għal dawk mogħtija b’din id-Direttiva, anke jekk dawk ir-regoli jvarjaw mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

    IT-TAQSIMA VIII

    Kumitat ta’ kuntatt

    L-Artikolu 25

    1. Il-Kumitat ta’ Kuntatt stabbilit bl-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/279/KEE tal-5 ta’ Marzu 1979 li tikkoordina l-kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta’ titoli trasferibbli għall-elenkar uffiċjali fil-borża [8], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 82/148/KEE [9], għandu jkollu bħala l-funzjoni tiegħu:

    (a) li jiffaċilita, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 169 u 170 tat-Trattat, l-implimentazzjoni armonizzata ta’ din id-Direttiva permezz ta’ konsultazzjonijiet regolari dwar problemi prattiċi li joriġinaw mill-applikazzjoni tagħha li skambji ta’ opinjonijiet dwarha jitqiesu utili;

    (b) biex jiffaċilita konsultazzjoni bejn l-Istati Membru dwar is-supplimenti u t-titjib fil-prospectuses li huma intitolati li jeħtieġu jew jirrakkomandaw f’livell nazzjonali;

    (ċ) li jagħtu parir lill-Kummissjoni, jekk neċessarju, dwar xi żidiet jew emendi li għandhom isiru lil din id-Direttiva.

    2. M’għandhiex tkun il-funzjoni tal-Kumitat ta’ Kuntatt li japprezza l-meriti ta’ deċiżjonijiet meħuda f’każijiet individwali.

    IT-TAQSIMA IX

    Dispożizzjonijiet finali

    L-Artikolu 26

    1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sas-17 ta’ April 1989. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.

    L-Artikolu 27

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fis-17 ta’ April 1989.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. Solchaga Catalan

    [1] ĠU C 226, tal-31.8.1982, p. 4.

    [2] ĠU C 125, tas-17.5.1982, p. 176 u ĠU C 69, ta’ l-20.3.1989.

    [3] ĠU C 310, tat-30.11.1981, p. 50.

    [4] ĠU L 100, tas-17.4.1980, p. 1.

    [5] ĠU L 185, ta’ l-4.7.1987, p. 81.

    [6] ĠU L 322, tas-17.12.1977, p. 30.

    [7] ĠU L 309, ta’ l-4. 11.1986, p. 15.

    [8] ĠU L 66, tas-16.3.1979, p. 1.

    [9] ĠU L 62, tal-5.3.1982, p. 22.

    --------------------------------------------------

    Top