Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989D0579

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Ottubru 1989 li temenda l-bażi legali tad- Deċiżjonijiet Nru 87/593/KEE, 87/594/KEE u 87/595/KEE

    ĠU L 322, 7.11.1989, p. 23–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1989/579/oj

    31989D0579



    Official Journal L 322 , 07/11/1989 P. 0023 - 0023
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0096
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0096


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-30 ta' Ottubru 1989

    li temenda l-bażi legali tad- Deċiżjonijiet Nru 87/593/KEE, 87/594/KEE u 87/595/KEE

    (89/579/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 fih,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi jidher, fid-dawl tad-deċiżjoni reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-iskop ta' l-Artikolu 113 tat-Trattat huwa wiesgħa ħafna; billi d-Deċiżjonijiet 87/593/KEE [1] u 87/594/KEE [2] li jaċċettaw, għan-nom tsl-Komunità, l-Anness E.5 u l-Anness F.3 rispettivament għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' proċeduri tad-dwana, u wkoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/595/KEE tat-30 ta' Novembru 1987 li taċċetta, għan-nom tal-Komunità, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tad-Dwana tat-22 ta' May 1984 li tikkonċerna l-użu ta' kodiċi għar-rappreżentanza ta' elementi ta' data u erba mill-Annessi tagħha [3] għandhom ikunu adattati biex jieħdu in konsiderazzjoni id-deċiżjoni tal-Qorti, minħabba li bażijiet legali oħra kienu adottati għal dawk it-tlett Deċiżjonijiet mill-Kunsill;

    Billi d-Deċiżjonijiet 87/593/KEE, 87/594/KEE u 87/595/KEE għandhom jiġu adottati fuq il-bażi legali uniku ta' l-Artikolu 113; billi l-Artikolu 113 għandu għalhekk jiddaħħal bħala l-bażi legali ta' Deċiżjoni 87/593/KEE; billi l-Artikoli 28 u 235 għandhom jitneħħew bħala bażijiet legali tat-tlett Deċiżjonijiet, billi l-Artikolu 43 għandu jitneħħa bħala bażi legali ta' Deċiżjonijiet 87/593/KEE u 87/594/KEE,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Fid-Deċiżjonijiet 87/593/KEE, 87/595/KEE u 87/595/EEC, l-ewwel ċitazzjoni hija sostitwita minn dan li ġej:

    "Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 tiegħu"

    Artikolu 2

    Din id-Direttiva għandu jkollha effett mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandha tapplika b'effett mit-30 ta' Novembru 1987.

    Magħmul fi Brussell, 30 ta' Ottubru 1989.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-P. Soisson

    [1] ĠU L 362, tat-22.12.1987, p. 1.

    [2] ĠU L 362, tat-22.12.1987, p. 8.

    [3] ĠU L 362, tat-22.12.1987, p. 22.

    --------------------------------------------------

    Top