Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989D0545

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Ġunju 1989 dwar il-konklużjoni ta' Protokoll Supplimentari tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda li tikkonċerna l-eliminazzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi eżistenti u l-prevenzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi ġodda li jaffettwaw esportazzjonijiet jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti

    ĠU L 295, 13.10.1989, p. 8–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1989/545/oj

    Related international agreement

    31989D0545



    Official Journal L 295 , 13/10/1989 P. 0008 - 0008
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0088
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0088


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tal-21 ta' Ġunju 1989

    dwar il-konklużjoni ta' Protokoll Supplimentari tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda li tikkonċerna l-eliminazzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi eżistenti u l-prevenzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi ġodda li jaffettwaw esportazzjonijiet jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti

    (89/545/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda [1], iffirmat fi Brussell fit-22 ta' Lulju 1972, ma jipprovdix għall-projbizzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi li jaffettwaw esportazzjonijiet u miżuri li għandhom effett ekwivalenti;

    Billi huwa fl-interess tal-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda li jippromwovu ċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' materji primi u merkanzija billi jneħħu xi restrizzjonijiet u miżuri bħal dawn u billi jipprevienu l-ħolqien ta' restrizzjonijiet jew miżuri ġodda li jaffettwaw il-kummerċ tagħhom bejn xulxin;

    Billi huwa meħtieġ kemm li jsiru arranġamenti għal tneħħija f'fażijiet ta' restrizzjonijiet korrenti li jaffettwaw ċerti prodotti jew miżuri billi jkollhom effett ekwivalenti u kif ukoll li jiġi pprovdut għal miżuri ta' salvagward fil-każ jew ta' esportazzjoni mill-ġdid lejn pajjiżi terzi kontra liema l-Parti fil-Kuntratt li qed jesporta iżomm restrizzjonijiet jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti jew fil-każ ta' nuqqas serju ta' prodott partikolari;

    Billi taħt l-Artikolu 33(1) tal-Ftehim, il-Partijiet fil-Kuntratt jistgħu, fl-interess ta' l-ekonomiji tagħhom, jiżviluppaw ir-relazzjonijiet stabbiliti mill-Ftehim billi jestenduh għal oqsma mhux koperti minnu;

    Billi l-Kummissjoni żammet negozjati mar-Repubblika ta' l-Iżlanda, li rrisultaw fi Protokoll,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    L-Artikolu 1

    Is-Supplimentari tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda li jikkonċerna l-eliminazzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi eżistenti u l-prevenzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi ġodda li jaffettwaw esportazzjonijiet jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

    It-test tal-Protokoll huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

    L-Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jibgħat n-notifika pprovduta fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Supplimentari.

    L-Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fil-21 ta' Ġunju 1989.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. Aranzadi

    [1] ĠU L 301, tal-31.12.1972, p. 2.

    --------------------------------------------------

    Top