This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31988L0380
Council Directive 88/380/EEC of 13 June 1988 amending Directives 66/400/EEC, 66/401/EEC, 66/402/EEC, 66/403/EEC, 69/208/EEC, 70/457/EEC and 70/458/EEC on the marketing of beet seed, fodder plant seed, cereal seed, seed potatoes, seed of oil and fibre plants and vegetable seed and on the common catalogue of varieties of agricultural plant species
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 1988 li temenda d-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 66/403/KEE, 69/208/KEE, 70/457/KEE u 70/458/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żrigħ, taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri u taż-żerriegħa tal-ħxejjex u l-katalogu komuni tal-varjetajiet tal-ispeċji ta’ pjanti agrikoli
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 1988 li temenda d-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 66/403/KEE, 69/208/KEE, 70/457/KEE u 70/458/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żrigħ, taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri u taż-żerriegħa tal-ħxejjex u l-katalogu komuni tal-varjetajiet tal-ispeċji ta’ pjanti agrikoli
ĠU L 187, 16.7.1988, pp. 31–48
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
09/08/2002
Official Journal L 187 , 16/07/1988 P. 0031 - 0048
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 26 P. 0251
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 26 P. 0251
Id-direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 1988 li temenda d-Direttivi 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 66/403/KEE, 69/208/KEE, 70/457/KEE u 70/458/KEE dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-patata taż-żrigħ, taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri u taż-żerriegħa tal-ħxejjex u l-katalogu komuni tal-varjetajiet tal-ispeċji ta’ pjanti agrikoli (88/380/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi, għar-raġunijiet miġjuba hawn taħt, għandhom jiġu emendati d-Direttivi li ġejjin dwar il-kummerċ taż-żerriegħa u tal-materjali tal-propoagazzjoni: - id-Direttiva tal-Kunsill 66/400/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/95/KEE [4], - id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/480/KEE [6], - id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/120/KEE [8], - id-Direttiva tal-Kunsill 66/403/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-kummerċ tal-patata taż-żrigħ [9], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/374/KEE [10], - id-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1969 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibra [11], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/480/KEE, - id-Direttiva tal-Kunsill 70/457/KEE tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet tal-ispeċji tal-pjanti agrikoli [12], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 86/155/KEE [13], - id-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE tad-29 ta’ Settembru 1970 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-ħxejjex [14], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/481/KEE [15]; Billi, minħabba ż-żieda fl-importanza tagħhom fil-Komunità, il-ħaxix rescue, il-ħaxix-brome tal-Alaska, il-kampanella tal-Kalifornja, it-triticale, il-kaboċċa Ċiniża u ċ-ċikwejra industrijali għandhom jiġu inklużi fl-iskop tad-Direttivi; billi, għall-istess raġunijiet, il-varjetajiet ibridi ta’ ċerti speċji miżjuda ta’ ċereali u tal-ġirasol għandhom ukoll jiġu inklużi fl-iskop tad-Direttivi; billi l-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-uċuh tar-raba’ u miż-żerriegħa ta’ dawn l-ispeċji u t-tipi ta’ varjetajiet għandhom ikunu skond l-iskemi taċ-ċaqliq taż-żerriegħa fil-kummerċ internazzjonli preskritti mill-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), għajr għall-varjetajiet imdakkra minn xulxin tat-triticale u l-varjetajiet ibridi ta’ ċerti speċji miżjuda taċ-ċereali, fejn l-OECD għadha ma adottatx dawn il-kondizzjonijiet; Billi jidher rakkomandabbli, minn naħa l-waħda, li ċerti disposizzjonijiet jiġu riveduti sabiex jiffaċilitaw ir-riproduzzjoni taż-żerriegħa fl-Istati Membri għajr dawk l-Istati fejn toriġina u, minn naħa l-oħra, sabiex jipprovdu għal miżuri Komunitarji sabiex jassiguraw l-identità ta’ din iż-żeriegħa mibjugħa fis-suq bħala mkabbra għall-ipproċessar; Billi jidher rakkomandabbli li għandhom jiġu konċessi perjodi miżjuda taż-żmien lill-Istati Membri sabiex jippermettu ż-żerriegħa tal-ispeċji taċ-ċereali li jdakkru lilhom infushom li ma kienetx soġġetta għall-ispezzjon fuq il-post sabiex tiġi ċertifikata uffiċjalment taħt ċerti kondizzjonijiet u sabiex jippermettu l-kummerċ ta’ ċerti varjetajiet tas-segala li ma tissodisfax ċerti kondizzjonijiet preskritti f’Anness II tad-Direttiva 66/402/KEE, sabiex tkun tista’ tinkiseb soluzzjoni aktar ġenerali u definittiva, partikolarment rigward s-segala, fid-dawl tat-tagħrif li jrid jiġi fornit mir-Renju Unit; Billi jidher rakkomandabbli li, għall-iskopijiet li jitfittxu soluzzjonijiet alternattivi mtejba għal ċerti elementi fis-sistema taċ-ċertifikazzjoni adottati skond id-Direttivi, għandhom jiġu organizzatti esperimenti temproranji permezz tal-kondizjonijiet speċifiċi; billi, għalhekk, għandu jiddaħħal bażi legali b’dan l-effett; Billi għandhom jiġi mtejba d-disposizzjonijiet dwar it-tagħrif meħtieġ għat-tikketta uffiċjali rigward l-ismijiet tal-ispeċji u tal-varjetajiet bil-għan li jipprovdu tagħrif aħjar għall-utenti taż-żerriegħa u sabiex jiffaċilitaw il-kummerċ intra-Komunitarju; Billi għandu jkun assigurat li t-tikketti tal-fornituri meħtieġa skond id-disposizzjonijiet nazzjonali jiġu mfassla b’tali mod li ma jistgħux jitħawdu mat-tikketti uffiċjali; Billi hija x-xewqa li ssir aktar faċli għall-Istati Membri li jeskludu ż-żerriegħa ta’ speċji taċ-ċereali jew ta’ speċji ta’ pjanti taż-żejt u l-fibri ta’ importanza ekonomika baxxa mill-iskop tad-Direttivi 66/402/KEE u 69/208/KEE; Billi, fil-każ tad-Direttiva 70/458/KEE, ċerti disposizzjonijiet dwar il-varjetajiet ta’ speċji ta’ ħxejjex għandhom jiġu adattati f’manjiera hekk li tippermetti li jitqiesu l-iżviluppi korrenti fil-proċess tat-tiġdid tal-aċċettazzjoni uffiċjali ta’ ċerti varjetajiet; Billi, bħala regola ġenerali, il-kondizzjonijiet rigward il-valur ta’ varjetà għall-kultivazzjoni jew għall-użu ma għandhomx jenħtieġu għall-aċċettazzjoni tal-varjetajiet (linji konġeniti, ibridi) li huma intiżi biss bħala komponenti għall-varjetajiet ibridi; Billi għandu jkun possibbli li tenħtieġ li tiġi murija l-konvenjenza għall-għanijiet ta’ ċerti varjetajiet ta’ ħxejjex mhux intiżi għall-produzzjoni tal-ħaxix tal-għalf; Billi għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-applikazzjonijiet tar-Repubblika Ellenika sabiex tiġi awtoritzzata li tipprojbixxi l-kummerċ, fit-territorju kollu tagħha jew f’parti minnu, taż-żerriegħa jew tal-materjal tal-propagazzjoni ta’ ċerti varjetajiet elenkati fil-Katalogu Komuni tal-Varjetajiet tal-Ispeċji tal-Pjanti Agrikoli jew tal-Katalogu Komuni tal-Varjetajiet tal-Ispeċji tal-Ħxejjex sabiex jippermettu lir-Repubblika Ellenika li ttemm l-adattament tal-produzzjoni tagħha u l-kummerċ taż-żerriegħa u tal-materjal tal-propagazzjoni skond il-ħtiġiet tal-Komunità f’dak li għandhom x’jaqsmu l-katalogi komuni; Billi huwa ta’ ħtieġa li jiġu ċarati ċerti disposizzjonijiet tad-Direttivi msemmija hawn fuq; Billi huwa xieraq li tiġi posposta d-data tal-implimentazzjoni tal-emendi magħmula diġa għad-Direttivi msemmija hawn fuq bid-Direttiva tal-Kunsill 86/155/KEE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 86/320/KEE sabiex id-data tinġieb b’konformità mad-data prinċipali tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA Artikolu 1 Id-Direttiva 66/400/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. f’Artikolu 2 (1) (E), "(bb)" tiġi sostitwita bi "(aa) (a) u (bb)"; 2. il-paragrafu li ġej huwa miżjud f’Artikolu 2: "1a. It-tipi differenti tal-varjetajiet, inklużi l-komponenti, eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jistgħu jiġu speċifikati u definiti b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21."; 3. dak li qabel kien Artikolu 12 isir Artikolu 12 (1); 4. il-paragrafu li ġej huwa miżjud maArtikolu 12: "2. It-tikketta li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha titfassal f’manjiera hekk li ma tkunx tista’ tkun imħawda mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarha f’Artikolu 11 (1)."; 5. Artikolu 13a li ġej għandu jkun miżjud: "Artikolu 13a Bil-għan li jitfittxu alternattivi mtejba għal ċerti elementi tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni adottata skond din id-Direttiva, jista’ jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji permezz ta kondizzjonijiet speċifiċi fil-livell Komunitarju b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti f’Artikolu 21. Fil-qafas ta’ dawn l-esperimenti, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa minn ċerti obbligazzjonijiet preskritti b’din id-Direttiva. Il-firxa ta’ dan ir-rilaxx għandha tiġi definita b’riferenza għad-disposizzjonijiet li għalihom tapplika. It-tul taż-żmien tal-esperiment ma għandux jeċċedi s-seba’ snin."; 6. f’Artikolu 14 (2) (ċ), "(bb)" hija sostitwitabi "(aa) (a) u (bb)"; 7. il-ħames u s-sitt inċiżi ta’ Artikolu 14 (3) (ċ) huma sostitwitia b’dan li ġej: "— l-ispeċje, indikata għall-anqas f’karattri Rumani, skond l-isem botaniku tagħha li jista’ jiġi mogħti f’għamla mqassra u mingħajr l-isem tal-awtoritajiet, jew skond l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn; indikazzjoni ta’ jekk hix pitrati għaz-zokkor jew pitravi tal-għalf, — "il-varjetà, indikata għall-anqas f’karatti Rumani,";"; 8. Artikolu 15 huwa sostitwitb’dan li ġej: "Artikolu 15 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa tal-pitravi - li tkun ġiet prodotta miż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri jew f’pajjiż terz, li jkun ġie mogħti l-ekwivalenza skond Artikolu 16 (1) (b), u - li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor, għandha, fuq talba u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/457/KEE, tiġi ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’kull Stat Membru jekk din iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I (A) għall-kategorija rilevanti u jekk l-eżaminazzjoni nazzjoni uffiċjali tkun uriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I (B) għall-istess kategorija. Meta f’dawn il-każi ż-żerriegħa tkun ġiet prodotta direttament minn żeriegħa ċertifikata uffiċjalment ta’ ġenerazzjonijiet reċedenti taż-żerriegħa bażika, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali bħala żerriegħa bażika, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti għal din il-kategorija. 2. Iż-żerriegħa tal-pitravi li tkun inġabret fi Stat Membru ieħor, u li tkun intiża għaċ-ċertifikazzjoni b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 1, għandha: - tiġi pakkjata u tikkettjata b’tikketta uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness IV (A) u (B), b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti f’Artikolu 10 (1), u - tiġi akkumpanjata b’dokument li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness IV (Ċ). 3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa tal-pitravi - li tkun ġiet prodotta direttament miż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie konċess l-ekwivalenza skond Artikolu 16 (1) (b), u - li tkun ġiet miġbura f’pajjiż terz, għandha, fuq talba, tiġi ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri fejn iż-żerriegħa bażika jew kienet prodotta jew ċertifikata uffiċjalment, jekk iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li tissofisfa l-kondizzjonijiet preskitti f’deċiżjoni ta’ ekwivalenza magħmula skond Artikolu 16 (1) (a) tal-kategorija rilevanti, u jekk l-eżaminazzjoni nazzjoni uffiċjali tkun uriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I (B). Stati Membri oħra jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali ta’ din iż-żerriegħa."; 9. Anness III (A) (I) (4) huwa sostitwitb’dan li ġej: "4. L-ispeċje, għall-anqas indikata b’karattri Rumani, skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, jew skond l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn; indikazzjoni jekk hix pitravi taz-zokkor jew pitravi tal-għalf"; 10. dan li ġej jiżdied ma’ Anness III (A) (I) (5): "indikata għall-anqas b’karattri Rumani."; 11. Anness III (B) (6) huwa sostitwitb’dan li ġej: "6. L-ispeċi, indikata għall-anqas b’karattri Rumani; indikazzjoni jekk hix pitravi taz-zokkor jew pitravi tal-għalf,"; 12. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness III (B) (7): "indikata għall-anqas b’karattri Rumani,"; 13. Anness li ġej huwa miżjud: ANNESS IV It-tikketta u d-dokument ipprovvduti fil-każ ta’ żerriegħa mhux iċċertfikata finalment, miġbura fi Stat Membru ieħor A. Il-għamla meħtieġa għat-tikketta - l-awtorità responsabbli mill-ispezzjoni fuq il-post u l-Istati Membru jew l-inizjali tagħhom, - l-ispeċje, indikata għall-anqas b’karattri Rumani, skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqasara u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, jew skond l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn; indikazzjoni jekk hix pitravi taz-zokkor jew pitravi tal-għalf, - il-varjietà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani, - il-kategorija - il-għalqa jew in-numru ta’ riferenza tal-lott, - il-piż nett jew gross iddikjarat, - il-kelmiet "żerriegħa mhux finalment" iċertifikata. B. Il-kulur tat-tikketta It-tikketta għandha tkun griża. Ċ. It-tagħrif meħtieġ għad-dokument - l-awtorità li toħroġ id-dokument, - l-ispeċje, indikata għall-anqas b’karattri Rumani, skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqasara u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, jew skond l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn; indikazzjoni jekk hix pitravi taz-zokkor jew pitravi tal-għalf, - il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani, - il-kategorija, - in-numru ta’ riferenza taż-żerriegħa wżata fiż-żrigħ tal-għalqa u l-isem tal-pajjiż jew tal-pajjiżi li ċċertifikaw lil dik iż-żerriegħa, - il-għalqa jew in-numru ta’ riferenza tal-lott, - il-medda tal-art ikkultivata għall-produzzjoni tal-lott kopert bid-dokument, - il-kwantità taż-żerriegħa miġbura u n-numru ta’ pakketti, - iċ-ċertifikat li l-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti bil-wiċċ tar-raba’ li minnu tiġi ż-żerriegħa jkunu ġew imwettqa, - fejn xieraq, ir-riżultati tal-analiżi preliminarja taż-żerriegħa. Artikolu 2 Id-Direttiva 66/401/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. Artikolu 2 (1) (A) (a), "Bromus catharticus Vahl | Ħaxix rescue | Bromus sitchensis Trin. | ħaxix brome tal-Alaska" | hija mdaħħla wara "Arrhenatherum elatius (L.) P. Beau. ex J. S. u K. B. Presl. | Ħaxix twil tal-ħafur" | u f’Artikolu 2 (1) (A) (ċ), "Phacelia tanacetifolia Benth. | kampanellatal-Kalifornja" | hija mdaħħla wara "Brassica oleracea L. convar. acephala (DC) | | Alef. var. medullosa Thell + var. viridis L. | Felful tal-għalf;" | 2. fil-verżjoni Ingliża ta’ Artikolu 2 (1a), il-kelma "descriptions" (deskrizzjonijiet) hija sostitwitabil-kelma "names" (ismijiet); 3. dak li qabel kien Artikolu 2 (1b) u (1ċ) isiru 2 (1ċ) u (1d) rispettivament; 4. il-paragrafu li ġej huma mdaħħal f’Artikolu 2: "1b. It-tipi differenti tal-varjetajiet, inklużi l-komponenti, eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni skond din id-Direttiva jistgħu jiġu definiti u speċifikati b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21."; 5. dak li qabel kien Artikolu 11 isir Artikolu 11 (1); 6. jiżdied il-paragrafu li ġej f’Artikolu 11: "2. It-tikketta li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha titfassal f’manjiera hekk li ma tistax titħawwad mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 10 (1)."; 7. jiddaħħal Artikolu 13a li ġej: "Artikolu 13a Għall-iskop li jitfittxu alternattivi mtejba għal ċerti elementi tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni adottata skond din id-Direttiva, jista’ jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji permezz ta’ kondizzjoijiet speċifiċi fil-livell Komunitarju b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21 Fil-qafas ta’ dawn l-esperimenti, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa minn ċerti obbligazzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva. Il-firxa ta’ dan ir-rilaxx għandha tiġi definita b’riferenza għad-disposizzjonijiet li għalihom tapplika. It-tul taż-żmien tal-esperiment ma għandux jeċċedi s-seba’ snin."; 8. il-ħames u s-sitt inċiżi ta’ Artikolu 14 (3) (ċ) huma sostitwita b’dan li ġej: "— l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħar l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani, — il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani,"; 9. tiżdied is-sentenza li ġejja ma’ Artikolu 14 (3): "B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward speċje individwali u, fejn xieraq, għal-perjodi limitati taż-żmien fejn jiġi stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa."; 10. Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu 15 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa tal-pitravi tal-għalf - li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata, ċertifikati uffiċjalment jew fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie konċess l-ekwivalenza skond Artikolu 16 (1) (b), jew li tkun ġiet prodotta direttament mit-taħlit tar-razez taż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru maż-żerriegħa uffiċjalment iċertifikata f’dan il-pajjiż terz, u - li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor, għandha, fuq talba u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/457/KEE, tiġi ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’kull Stat Membru jekk iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I għall-kategorija rilevanti u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun wriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II għall-istess kategorija. Meta f’dawn il-każi ż-żerriegħa tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment ta’ ġenerazzjoni ta’ qabel iż-żerriegħa bażika, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali bħala żerriegħa bażika, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti għal din il-kategorija. 2. Iż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor u li tkun intiża għaċ-ċertifikazzjoni b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 1, għandha - tkun ippakkjata u tkun ittikkettjata b’tikketta uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness V (A) u (B), b’mod konformi mad-disposizzjonijiet elenkati fArtikolu 9 (1), u - tkun akkumpanjata b’dokument uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness V (Ċ). 3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf - li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata, ċertifikarti uffiċjalament jew fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie konċess l-ekwivalenza skond Artikolu 16 (1) (b), jew li tkun ġiet prodotta direttament mit-taħlit tar-razza taż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru ma’ żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment f’dan il-pajjiż terz, u - li tkun ġiet miġbura f’pajjiż terz, għandha, fuq talba, tiġi ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’kull wieħed minn dawn l-Istati Membri fejn iż-żerriegħa bażika jew iż-żerriegħa ċertifikata li hemm referenza dwarha hawn fuq kienu jew prodotti jew iċċertifikati uffiċjalment, jekk iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’deċiżjoni dwar l-ekwivalenza magħmula skond Artikolu 16 (1) (a) għall-kategorija rilevanti, u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun wriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II. L-Istati Membri oħra jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali ta’ din iż-żerriegħa." 11. f’Anness I (2), fl-ewwel kolonna tat-tabella, "Phacelia tanacetifolia" hija miżjuda kull darba wara "Brassica spp."; 12. fit-tieni sentenza tal-verzjoni Franċiża ta’ Anness I (3), "la variété" (il-varjetà) hija sostitwita bi "l’espèce" (l-ispeċje); 13. fl-intestatura tal-kolonna 4 tal-verżjoni Franċiża ta’Anness II (I) (2) (A), "animale" (l-annimal) hija sostitwita bi "minimale" (l-anqas); 14. f’Anness II (I) (2) (A) dawn li ġejjin huma miżjuda wara "Arrhenatherum elatius" u "Brassica oleracea convar. acephala", rispettivament: 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 | 14 | 15 | 'Bromus catharticus | 75(a) | | 97 | 1,5 | 1,0 | 0,5 | 0,3 | | | | 0(g) | 0(j) (k)' | 10(n) | | Bromus sitchensis | 75(a) | | 97 | 1,5 | 1,0 | 0,5 | 0,3 | | | | 0(g) | 0(j)(k),' | 10(n) | | u | 'Phacelia tanacetifolia | 80(a) | | 96 | 1,0 | 0,5 | | | | | | 0 | 0(j) (k)' | | | 15. f’Anness II (II) (2) (A) dawn li ġejjin huma miżjuda wara "Arrhenatherum elatius" u "Brassica oleracea convar. acephala", rispettivament: 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 'Bromus catharticus | 0,4 | 20 | 5 | 5 | 5 | | (j) | Bromus sitchensis | 0,4 | 20 | 5 | 5 | 5 | | (j)' | u | 'Phacelia tanacetifolia | 0,3 | 20' | | | | | | 16. f’Anness III dawn li ġejjin huma miżjuda wara "Arrhenatherum elatius" u "Brassica oleracea convar. acephala", rispettivament: 1 | 2 | 3 | 4 | 'Bromus catharticus | 10 | 200 | 200 | Bromus sitchensis | 10 | 200 | 200' | u | 'Phacelia tanacetifolia | 10 | 300 | 40' | 17. dan li ġej huma miżjud ma’ Anness IV (A) (I) (a) (4): "indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani,"; 18. is-sentanza li ġejja għandha tiżdied ma’ Anness IV (A) (I) (a): "B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward speċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien, meta jkun ġie stabbiliti li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa."; 19. dan li ġej huma miżjud ma’ Anness IV (A) (I) (a) (5): "indikata għall-anqas b’karattri Rumani,"; 20. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (I) (b) (5): "indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’jingħataf’għamla mqassara u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani"; 21. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (I) (b): "B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21, l-Istati Membri meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward speċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien meta jkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistenniji mill-kummerċ taż-żerriegħa.;" 22. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (I) (ċ) (4) wara "mhuri skond l-ispeċje u, fejn xieraq, skond il-varjetà": "it-tnejn indikati għall-anqas b" karattri Rumani; 23. fl-aħħar sentenza tal-verżjoni Taljana taAnness IV (A) (I) (ċ) (4), "al fornitore" (dak li jissupplixxi) tiġi sostitwita bi "all’acquirente" (dak li jakkwista); 24. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (B) (a) (6): "indikata għall-anqas b’kartattri Rumani,"; 25. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (B) (a) (7): "indikata għall-anqas b’karattri Rumani,"; 26. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (B) (b) (6): "indikata għall-anqas b’karattri Rumani,"; 27. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (B) (ċ) (11) wara "muri skond l-ispeċje u, fejn xiereaq, skond il-varjetà" : "it-tnejn indikati għall-anqas b’karattri Rumani,"; 28. Anness li ġej huwa miżjud: ANNESS V It-tikketta u d-dokument ipprovvduti fil-każ ta' żerriegħa mhux finament iċertifikata, miġbura fi Stat Membru ieħor A. Il-għamla meħtieġa tat-tikketta - l-awtorità responsabbli mill-ispezzjoni fuq il-post u l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom, - l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jiġi mogħti f'għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b'karattri Rumani, - il-varjetà, indikata għall-anqas b'karattri Rumani, - il-kategorija, - il-għalqa jew in-numru tar-riferenza tal-lott, - il-piż nett jew gross iddikjarat, - il-kliem "żerriegħa mhux finalment iċertifikata". B'mod konformi mal-proċedura preskritta fArtikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward speċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodu limitat taż-żmien meta jkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistenniji mill-kummerċ taż-żerriegħa. B. Il-kulur tat-tikketta Il-kulur tat-tikketta għandu jkun griż. Ċ. It-tagħrif meħtieġ għad-dokument - l-awtorità li toħroġ id-dokument, - l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f'għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b'karattri Rumani, - il-varjetà, indikata għall-anqas b'karattri Rumani, - il-kategorija, - in-numru tar-riferenza taż-żerriegħa wżata għaż-żrigħ fil-għalqa u l-isem tal-pajjiża jew tal-pajjiżi li jkunu ċċertifikaw din iż-żerriegħa, - il-għalqa jew in-numru tar-riferenza tal-lott, - il-medda tal-art ikkultivata għall-produzzjoni tal-lott kopert bid-dokument, - il-kwantità taż-żerriegħa miġbura u n-numru ta' pakketti, - in-numru ta' ġenerazzjonijiet ta' wara ż-żerriegħa bażika, fil-każ taż-żerriegħa ċertifikata, - ċertifikat li jkunu ġew imwettqa l-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-wiċċ tar-raba’ minn fejn tiġi ż-żerriegħa, - fejn xieraq, ir-riżultati ta' analiżi preliminarji taż-żerriegħa. Artikolu 3 Id-Direttiva 66/402/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. f’Artikolu 2 (1) (A), "X Triticosecale Wittm. | Triticale" | huma mdaħħla wara "Sorghum sudanense (Piper) Stapf | ħaxix tas-Sudan;" | 2. f’Artikolu 2 (1) (A) tal-verżjoni Ġermaniża, fil-vers "Phalaris canariensis L", "Kanariensaat" hija sostitwitabi "Kanariengras": 3. f’Artikolu 2 (1) (Ċ) il-kliem tad-dħul jiġi sostitwit bi: "Ċ. Żerriegħa bażika (ħafur, xgħir, ross, skalora, segala triticale, qamħ, qamħ duru u qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt), għajr l-ibridi tagħhom f’kull każ): żerriegħa"; 4. dan li ġej huwa miżjud f’Artikolu 2 (1): "Ċ a. Żerriegħa bażika (ibridi tal-ħafur, tax-xgħir, tar-ross, tal-qamħ, tal-qamh duru u tal-qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt): (a) li hija ntiża għall-produzzjoni tal-ibridi; (b) li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ Artikolu 4, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika; u (ċ) li tkun ġiet misjuba b’eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq."; 5. f’Artikolu 2 (1) (E) l-kliem tad-dħul huwa sostitwit b’dan li ġej: "E. Żerriegħa ċertifikata (l-iskalora u is-segala, għajr l-ibridi f’kull każ, is-sorgu, il-ħaxix tas-Sudan, il-qamħ-ir-rum u ibridi tal-ħafur, tax-xgħir, tar-ross, tal-qamħ, tal-qamħ duru u l-qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt): żerriegħa;" 6. f’Artikolu 2 (1) (F), il-kliem tad-dħul huwa sostitwit b’dan li ġej: "F. Iż-żerriegħa ċertifikata tal-ewwel ġenerazzjoni (ħafur, xgħir, ross, triticale, qamħ, qamħ duru u qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt), għajr l-ibridi f’kull każ): żerriegħa"; 7. f’Artikolu 2 (1) (Ġ), il-kliem tad-dħul huwa sostitwit b’dan li ġej: "Ġ. Iż-żerriegħa ċertifikata tat-tieni ġenerazzjoni (ħafur, xgħir, ross, triticale, qamħ, qamħ duru u qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt), għajr l-ibridi f’kull każ): żerriegħa"; 8. f’Artikolu 2 (1a) tal-verżjoni Ingliża, il-kelma "descriptions" tiġi sostitwita bil-kelma "name"; 9. dak li qabel kien Artikolu 2 (1b) u (1c) isiru Artikolu 2 (1d) u (1e) rispettivament; 10. il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu f’Artikolu 2: "1b. L-emendi li jridu jsiru għall-paragrafu 1 (Ċ) (Ċa), (E), (F) u (Ġ) bil-għan li jinkludu l-ibridi tal-iskalora, is-segala u t-triticale fl-iskop ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21. 1ċ. It-tipi differenti tal-varjetajiet, inklużi l-komponenti, eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jistgħu jiġu speċifikati u definiti b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21. B’mod konformi ma’ l-istess proċedura, id-definizzjonijiet fil-paragradi I (B) għandhom jiġu adattati kif xierqa."; 11. f’Artikolu 2 (1) (ċ), id-data "30 ta’ Ġunju 1982" hija sostitwita bid-data "30 ta’ Ġunju 1987" u t-tieni inċiż huwa mħassar; 12. f’Artikolu 2 (2) (d), id-data "31 ta’ Diċembru 1982" hija sostitwita bid-data "30 ta’ Ġunju 1989"; 13. il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 4: "3. Fil-każ taż-żerriegħa tat-triticale, intiża għall-kummerċ fit-territorju tagħhom stess, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu għal 80 % il-ġerminazzjoni minima meħtieġa skond Anness II. Jekk, f’dawn il-każi, iż-żerriegħa tat-triticale, ma tissodifax il-kondizjonijiet preskritti f’Anness II rigward il-ġerminzzjoni, dan il-fatt, u l-fatt li ż-żerriegħa tkun għall-bejgħ biss fis-suq fit-territorju tal-Istat Membru interessat, għandhom jiġu dikjarati fuq it-tikketta."; 14. dak li qabel kien Artikolu 11 isir Artikolu 11 (1); 15. il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 11: "2. It-tikketta li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha titfassal f’maniera hekk li ma tkunx tista’ titħawwad mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarha f’Artikolu 10 (1)."; 16. Artikolu 13a li ġej huwa miżjud: "Artikolu 13a Għall-iskopijiet li jitfittxu alternattivi mtejba dwar ċerti elementi tas-sistema taċ-ċertifkazzjoni adottata skond din id-Direttiva, jista’ jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji permezz tal-kondizzjonijiet speċifiċi fil-livell Komunitarju b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21. Fil-qafas ta’ dawn l-esperimenti, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa minn ċerti obbligazzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva. Il-firxa ta’ dan ir-rilaxx għandha tiġi definita b’riferenza għad-disposizzjonijiet li għaliha tapplika.. It-tul taż-żmien tal-esperiment ma għandux jeċċedi s-seba’ snin."; 17. f’Artikolu 14 (2) (a), il-fraż,i "triticale" hija miżjuda wara l-kelma "ross"; 18. il-ħames u s-sitt inċiżi ta’ Artikolu 14 (3) (ċ) huma sostitwita b’dan li ġej: "— l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jiġi mogħti fil-għamla mnaqqsa u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani, — il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani,"; 19. dan li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 14 (3): "B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jiġi indikat l-isem botaniku rigwardspeċje individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien meta jiġi stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa."; 20. Artikolu 15 huwa sostitwitb’dan li ġej: "Artikolu 15 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa taċ-ċereali - li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata tal-ewwel ġenerazzjoni ċertifikata uffiċjalment jew fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie mogħtija l-ekwivalenza skond Artikolu 16 (1) (b), jew li jkun ġiet prodotta direttament mit-taħlit tar-razez taż-żerriegħa bażika ċċertfikata uffiċjalment f’dan il-pajjiż terz, u - li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor, għandha, fuq talba u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/457/KEE, tiġi ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’kull Stat Membru jekk din iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I għall-kategorija rilevanti u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun uriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II għall-istess kategorija. Meta, f’dawn il-każi ż-żerriegħa tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment minn ġenerazzjoniet ta’ qabel iż-żerriegħa bażika, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali bħala żerriegħa bażika, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti għal din il-kategorija. 2. Iż-żerriegħa taċ-ċereali li tkun ġiet migbura fi Stat Membru ieħor, u li tkun intiża għaċ-ċertifikazzjoni b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 1, għandha - tiġi ppakkjata u tikkettjata b’tikketta uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness V (A) u (B), b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti f’Artikolu 9 (1), u - tiġi akkumpanjata b’dokument uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness V (Ċ). 3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa taċ-ċereali - li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata tal-ewwel ġenerazzjoni, ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie mogħti l-ekwivalenza skond Artikolu 16 (1) (b), jew li tkun ġiet prodotta direttament mit-taħlit tar-razez taż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru maż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment f’dan il-pajjiż terz, u - li tkun ġiet miġbura f’pajjiż terz, għandha, fuq talba, tiġi ċertifikata uffiċjalmenrt bħala żerriegħa ċertifikata f’kull Stat Membru minn dawn meta ż-żerriegħa bażikatkun ġiet jew prodotta jew uffiċjalment ċertifikata, jekk iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjonii fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’deċiżjoni ta’ ekwivaenza magħmula skond Artikolu 16 (1) (a) għall-kategorija rilevanti, u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun uriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II għall-istess kategorija. L-Istati Membri l-oħrajn jistgħu wkoll jawtorizzaw iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali ta’ din iż-żerriegħa."; 21. Artikolu 21b li ġej huwa miżjud: "Artikolu 21b L-emendi li jridu jsiru għall-kontenut taAnnessi sabiex jiġu stabbiliti l-kondizjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-wiċċ tar-raba’ u miż-żerriegħa tal-ibridi tal-ħafur, tax-xgħir, tar-ross, tal-qamħ, tal-qamħ duru, tal-qamħ tat-tqiq Ġermaniż (spelt) u tal-ispeċji oħra li l-ibridi tagħhom huma inklużi fl-iskop ta’ din id-Direttiva skond Artikolu 2 (1b) u l-kondizzjonjiet li jridu jiġu sodisfatti mill-wiċċ tar-raba’ u miż-żerriegħa tal-varjetajiet ta’ triticale mnissla b’dakkir minn taħlit tar-razez għandhom jiġu adottati skond il-proċedura preskritta f’Artikolu 21."; 22. f’Artikolu 22, il-frażi "Anness II (2)" hija sostitwitabil-frażi "Anness II (3)"; 23. Artikolu 23a huwa sostitwitbArtikolu li ġej: "Artikolu 23a Ma’ l-Applikazzjoni minn Stat Membru, li trid tiġi trattata kif hemm ipprovvdut fArtikolu 21, dan l-Istat jista’ jiġi meħlus totalment jew parzjalment mill-obbligu li japplika d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għajr Artikolu 14 (1): (a) rigward l-ispeċji li ġejjin: - l-iskalora, - is-sorgu, - il-ħaxix tas-Sudan; (b) rigward l-ispeċji l-oħra li ma jkunux normalment riprodotti jew mibjugħa fis-suq fit-territorju tiegħu."; 24. fit-tabella f’Anness I (2) dan li ġej għandu jiddaħħal qabel "Zea mays" : "Triticosecale, varjetajiet li jdakkru lilhom infushom | | —għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika | 50 m | —għall-produzzjon taż-żerriegħa ċertifikata | 20 m"; | 25. f’Anness I (5) (B) (a), "Triticosecale" għandha tiddaħħal wara "Phalaris canariensis"; 26. fil-verżjoni Franċiża ta’ Anness I (5) (B) (b), in-numru "3" huwa sostitwitbin-numru "1" u n-numru "1" bin-numru "3"; 27. f’Anness II (1) (A) "apparti minn ibridi f’kull każ" hija miżjuda wara "Triticum spelta,"; 28. dan li ġej jiddaħħal wara Anness II (1) (A): "Aa Varjetajiet li jdakkru lilhom infushom ta’ Triticosecale Kategorija | Purità minima ta’ varjetà magħmula minn razza waħda (%) | — Żerriegħa bażika | 99,7 | Żerriegħa ċertifikata, tal-ewwel ġenerazzjoni | 99,0 | Żerriegħa ċertifikata, tat-tieni ġenerazzjoni | 98,0 | Il-purità minima ta’ varjetà magħmula minn razza waħda għandha tiġi eżaminata prinċipalment bi spezzjoni fuq il-post imwettaqa b’mod konfrmi mal-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I."; 29. f’Anness II (2) (A), dan li ġej għandu jiddaħħal wara "Sorghum spp." : "1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | Triticosecale | | | | | | | | | | —żerriegħa bażika | 85 | 98 | 4 | | 1(b) | 3 | 0(ċ) | 1 | | —żerriegħa ċertifikata tal-ewwel u t-tieni ġenerazzjoni | 85 | 98 | 10 | | 7 | 7 | 0(ċ) | 3" | | 30. F’Anness III, "Triticosecale" hija miżjudha wara "Secale cereale", 31. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (a) (4): "indikat għall-anqas bl-isem botaniku tiegħu, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani"; 32. is-sentenza li ġejja hija miżjuda ma’ Anness IV (A) (a): "B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward l-ispeċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien meta jkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa."; 33. Anness IV (A) (a) (5) huwa sostitwitb’dan li ġej: "Il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani"; 34. Anness IV (A) (a) (9) huwa sostitwitb’dan li ġej: "9. Fil-każ ta’ varjetajiet li huma ibridi jew linji konġeniti: - għaż-żerriegħa bażika meta l-ibridu jew il-linja konġenita li għalihom tappartjieni ż-żerriegħa jkunu ġew aċċettati uffiċjalment skond id-Direttiva 70/457/KEE: l-isem ta’ dan il-komponent, li taħtu tkun ġiet uffiċjalment aċċettata, b’riferenza għall-varjetà aħħarija jew mingħajrha, akkumpanjata, fil-każ tal-ibridi jew tal-linji konġeniti li huma intiżi biss bħala komponenti għall-varjietajiet aħħarija, bil-kelma "komponent";, - għaż-żerriega bażika fil-każi l-oħrajn: l-isem tal-komponent li għalih tappartjieni ż-żerriegħa bażika, li jista’ jingħata fil-għamla ta’ kodiċi, akkumpanjat b’riferenza għall-varjetà aħħarija, briferenza għall-funzjoni tiegħu (maskil jew femminil) jew mingħajrha, u akkumpanjat bil-kelma "komponent";, - għaż-żerriegħa ċertifikata: l-isem tal-varjetà li għaliha tappartjieni ż-żerriegħa, akkumpanjat bil-kelma "ibrida";."; 35. f’Anness IV (A) (b) (1), i "jew varjetajiet" hija miżjudha wara l-kelma "speċje"; 36. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (b) (4):"l-ismijiet tal-ipeċji u tal-varjetajiet għandhom jiġu għall-anqas indikati b’karattri Rumani."; 37. Anness li ġej huwa miżjud: ANNESS V It-tikketta u d-dokument ipprovvduti fil-każ ta’ żerriegħa mhix finalment iċertifikata, miġbura fi Stat Membru ieħor A. It-tagħrif meħtieġ għat-tikketta - l-awtorità responsabbli mill-ispezzjoni fuq il-post u l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom, - l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani, - il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani; fil-każ tal-varjetajiet (linji konġeniti, ibridi), li huma intiżi biss bħala komponenti għall-varjetajiet ibridi, għandha tiżdied il-kelma "komponent", - il-kategorija, - fil-każ ta’ varjetajiet ibridi l-kelma "ibrida": - il-piż nett jew gross iddikjarat, - il-kelmiet "żerriegħa mhux finalment iċċertfikata". B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward l-ispeċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien meta jkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi ta’ din l-implimentazzjoni jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa. B. Il-kulur tat-tikketta It-tikketta għandha tkun griża. Ċ. It-tagħrif meħtieġ għad-dokument - l-awtorità li toħroġ id-dokument, - l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani, - il-kategorija, - in-numru ta’ riferenza taż-żerriegħa wżata għaż-żrigħ tal-għalqa u l-isem tal-pajjiż jew tal-pajjiżi li jkunu ċċertifikaw din iż-żerriegħa, - il-għalqa jew in-numru ta’ riferenza tal-lott, - il-medda tal-art kultivata għall-produzzjoni tal-lott kopert bid-dokument, - il-kwantità taż-żerriegħa miġbura u n-numri tal-pakketti, - in-numru ta’ ġenerazzjonijiet ta’ wara ż-żerriegħa bażika, fil-każ taż-żerriegħa ċertifikata, - ċertifikat li jkunu ġew imwettqa l-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-wiċċ tar-raba’ li minnu tiġi ż-żerriegħa, - fejn xieraq, ir-riżultat tal-analiżi preliminarja taż-żerriegħa. Artikolu 4 Id-Direttiva 66/403/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. dak li qabel kien Artikolu 11 isir Artikolu 11 (1); 2. jiżdied il-paragrafu li ġej ma’ Artikolu 11: "2. It-tikketta li hemm riferenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha titfassal f’manjiera hekk li ma tistax titħawwad mat-tabella uffiċjali riferita f’Artikolu 10 (1)."; 3. ir-raba’ u l-ħames inċiżi ta’ Artikolu 13 (4) (ċ) huma sostitwita b’dan li ġej: "— l-ispeċje, indikata għall-anqas b’karattri Rumani, skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, jew bl-isem komuni tagħha jew bit-tnejn, — il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani."; 4. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness III (A) (4): "indikata għall-anqas b’karattri Rumani". Artikolu 5 Id-Direttiva 69/208/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. f’Artikolu 2 (1) (B), "(varjetajiet oħra għajr ibridi tal-ġirasol)" hija miżjudha wara "Żerriegħa bażika"; 2. dan li ġej huwa miżjud wara Artikolu 2 (1) (B): "Ba. Iż-żerriegħa bażika (ibridi tal-ġirasol) 1. Iż-żerriegħa bażika tal-linji konġeniti: żerriegħa (a) li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ Artikolu 4, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika; u (b) li tkun instabet b’eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq. 2. Iż-żerriegħa bażika tal-ibridi sempliċi żerriegħa (a) li hija ntiża għall-produzzjoni tal-ibridi mħallta fir-razza għal tliet darbiet ("three-way-cross hybrids";) jew ibridi mħallta fir-razza għal darbtejn ("double cross — hybrids";);; (b) li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ Artikolu 4, tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Annessi I u II għaż-żerriegħa bażika; u (ċ) li tkun instabet b’eżaminazzjoni uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq."; 3. f’Artikolu 2 (1a) tal-verżjoni Ingliża, il-kelma "descriptions" trid tiġi sostitwita bil-kelma "names"; 4. dak li qabel kien Artikolu 2 (1b) isir 2 (1ċ); 5. il-paragrafu li ġej huwa miżjud f’Artikolu 2: "1b. It-tipi differenti tal-varjetajiet, inklużi l-komponenti, eliġibbli għaċ-ċertifikazzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jistgħu jiġu speċifikati u definiti b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 20."; 6. f’Artikolu 2 (2) (b) fil-verżjoni Ingliża, il-frażi "or linseed" tiddaħħal wara l-kelma "flax"; 7. dak li qabel kien Artikolu 11 isir Artikolu 11 (1); 8. il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 11: "2. It-tikketta li hemm riferenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha titfassal f’manjiera hekk li ma tistax titħawwad mat-tikketta uffiċjali riferita f’Artikolu 10 (1)."; 9. is-segwenti Artikolu 12a huwa miżjud: "Artikolu 12a Bil-għan li jitfittxu alternattivi mtejba għal ċerti elementi tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni adottata skond din id-Direttiva, jista’ jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanzji skond il-kondizzjonijiet speċifikati fil-livell Komunitarju b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 21. Fil-qafas ta’ dawn l-esperimenti, l-Istati Membri jistgħu jiġu eżentati minn ċerti obbligazzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva. Il-firxa ta’ dan ir-rilaxx għandha tiġi definita b’riferenza għad-disposizzjonijiet li tapplika għaliha. It-tul taż-żmien tal-esperiment ma għandux jeċċedi s-seba’ snin’."; 10. il-ħames u s-sitt inċiżi ta’ Artikolu 13 (3) (ċ) huma sostitwita b’dan li ġej: "— l-ispeċje, indikata għall-anqas bl-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani, — il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani,"; 11. is-sentenza li ġejja hija miżjuda ma’ Artikolu 13 (3): "B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 20, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward speċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien, meta jkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa."; 12. Artikolu 14 huwa sostitwitb’dan li ġej: "Artikolu 14 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibra - li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata tal-ewwel ġenerazzjoni, ċertifikata uffiċjalment jew fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie konċess l-ekwivalenza skond Artikolu 15 (1) (b), jew li tkun ġiet prodotta direttament mit-taħlit tar-razez taż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru maż-żerriegħa bażika ta’ dan il-pajjiż terz, u - li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor, għandha, fuq talba u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 70/457/KEE, tiġi uffiċjalment iċertifikata bħala żerriegħa ċertifikata f’kull Stat Membru jekk din iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I għall-kategorija rilevanti u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun uriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II għall-istess kategorija. Meta f’dawn il-każi ż-żerriegħa tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment ta’ ġenerazzjonijiet ta’ qabel iż-żerriegħa bażika, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali bħala żerriegħa bażika, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti għal din il-kategorija. 2. Iż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibri li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor, u li tkun intiża għaċ-ċertifikazzjoni b’mod konformi mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, għandha - tkun ippakkjata u ttikettajata b’tikketta uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preksritti f’Anness V (A) u (B), b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti f’Artikolu 9 (1), u - tkun akkumpanjata b’dokument uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness V (ċ). 3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibra - li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata tal-ewwel enerazzjoni, ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie konċess l-ekwivalenza skond Artikolu 15 (1) (b), jew li tkun ġiet prodotta direttament mit-taħlit tar-razez taż-żerriegħa bażika, ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru ma’ żerriegħa bażika, ċertifikata uffiċjalment minn dan il-pajjiż terz, u - li tkun ġiet miġbura f’pajjiż terz, għandha, fuq talba, tiġi uffiċjalment iċertifikata bħala żerriegħa ċertifikata f’kull wieħed minn dawn l-Istati Membri fejn iż-żerriegħa bażika kienet jew prodotta jew iċertifikata uffiċjalment, jekk iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li tissodisfa l-kondizjonijiet preskritti f’deċiżjoni dwar l-ekwivalenza magħmula skond Artikolu 15 (1) (a) għall-kategorija rilevanti u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun uriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II għall-istess kategorija. L-Istati Membri l-oħra jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali għal din iż-żerriegħa."; 13. Artikolu 22 huwa sostitwitb’dan li ġej: "Artikolu 22 Fuq l-applikazzjoni minn Stat Membru, li tiġi trattata skond kif hemm ipprovvdut fArtikolu 20, dan l-Istat jista’ jiġi rilaxxat totalment jew parzjalment mill-obbligi li japplika d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għajr Artikolu 13 (1): (a) fir-rigward tal-ispeċji li ġejjin: - il-Għosfor; (b) fir-rigward tal-ispeċji l-oħrajn li ma jiġux normalment riprodotti jew mibjugħa fis-suq fit-territorju tiegħu."; 14. fl-ewwel paragrafu tat-tabella f’Anness 1 (2), "Helianthus annuus" hija mħassra; 15. fit-tabella f’Anness I (2) dan li ġej huwa miżjud: "1 | 2 | Helianthus annuus —għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika tal-ibridi | 1500 m | —għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika ta’ varjetajiet l-oħrajn għajr l-ibridi | 750 m | —għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċertifikata | 500 m" | 16. Anness I (3) huwa sostitwitb’dan li ġej: "3. Il-wiċċ (tar-raba’) għandu jkollu identità tal-varjetà u l-purità tal-varjetà jew, fil-każ ta’ wiċċ (tar-raba’) ta’ linja konġenita tal-Helianthus annuus, identità u purità biżżejjed rigward il-karatteristiċi tagħha. Għall-produzzjoni taż-żerriegħa ta’ varjietajiet ibridi tal-Helianthus annuus, id-disposizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom japplikaw ukoll għall-karatteristiċi tal-komponenti, inkluż il-għoti lura tal-isterilità jew il-fertilità maskili. B’mod partikolari, l-uċuh (tar-raba’) tal-Brassica juncea, Brassica nigra, Cannabis sativa, Carthamus tinctorius, Carum carvi, Gossypium spp. u l-ibridi tal-Helianthus annuus għandhom ikunu konformi mal-livelli stabbiliti jew mal- kondizzjonijiet l-oħrajn li ġejjin: A. Il-Brassica juncea, il-Brassica nigra, il-Cannabis sativa, il-Carthamus tinctorius, il-Carum carvi u l-Gossypium spp.: In-numru ta’ pjanti tal-ispeċje tal-wiċċ (tar-raba’) li jingħarfu bħala li ovvjament ma jkunux tal-varjetà vera ma għandhomx jeċċedu: - il-waħda kull 30 m2 għall-prodotti taż-żerriegħa bażika, - il-waħda għal kull 10 m2 għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċertifikata. B. L-ibridi tal-Helianthus annuus: (a) il-persentaġġ skond in-numru ta’ pjanti li jiġu magħrufa bħala ovvjament tal-linja vera ta’ konġeniti jew tal-komponent veru ma għandux jeċċedu: (aa) għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika: "(i)il-linji konġeniti | 0,2" | "(ii)l-ibridi sempliċi" | "—il-ġenitur maskili, pjanti li jkunu farfru t-trab dakkari mal-waqt li 2 % jew aktar mill-pjanti femminili jkollhom fjuri lesti għall-ilqugħ | 0,2" | "—il-ġenitur femminili | 0,5" | (bb) għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċertifikata: "—il-komponent maskili, pjanti li jkunu farfru t-trab dakkari mal-waqt li 5 % jew aktar mill-pjanti femminili jkollhom fjuri lesti għal-ilqugħ | 0,5" | "—il-komponent femminili | 1,0" | (b) il-livelli stabbiliti jew il-kondizzjonijiet l-oħrajn li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti għall-produzzjoni taż-żerriegħa tal-varjetajiet ibridi: (aa) għandu jitfarfar biżżejjed trab dakkari mill-pjanti tal-komponent maskili mal-waqt li l-pjanti tal-komponent femminili jkunu jwarrdu; (bb) meta l-pjanti tal-komponent femminili jkollhom stigmati riċevituri, il-persentaġġ skond in-numru tal-pjanti tal-komponent femminili li jkunu farfu t-trab dakkari jew li qegħdin ifarfruh ma għandux jeċċedi il-0,5: (ċċ) għall-produzzjoni taż-żerriegħa bażika, il-persentaġġ tan-numru ta’ pjanti tal-komponent femminili li jiġu magħrufa bħala ovvjament ma’ jkunux tal-komponent veru u li jkunu farfru t-trab dakkari jew li qiegħdin ifarfruh ma għandux jeċċedi il-0,5; (dd) meta l-kondizzjoni preskritta f’Anness II (I) (1a) ma tistax tkun sodisfatta, għandha tiġi sodisfatta l-kondizzjoni li ġejja: għandu jiġi wżat komponent maskili sterili sabiex jipproduċi żerriegħa ċertifikata bl-użu ta’ komponent maskili li jkun fih linja jew linji speċifiċi ta’ treġġigħ lura (restorazzjoni) sabiex terz mill-pjanti mill-ibridu li jirriżultaw jrid jipproduċi trab dakkari li f’kull rispett jidher normali." 17. Anness I (5) (B) huwa sostitwitb’dan li ġej: "B. Fil-każi l-oħrajn għajr l-uċuh (tar-raba’) tal-ibridi tal-ġirasol għandu jkun hemm mill-anqas spezzjoni waħda fuq il-post. Fil-każital-ibridi tal-ġirasol għandu jkun hemm mill-anqas żewġ spezzjoniijiet fuq il-post.;" 18. dan li ġej huwa miżjud wara Anness II (1): "1a. Meta l-kondizzjoni preskritta f’Anness I (3) (B) (b) (dd) ma tistax tkun sodisfatta, għandhom jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:meta għall-produzzjoni taż-żerriegħa ċertifikata tal-ibridi tal-ġirasol ikun ġie wżat komponent femminili maskilment-sterili u, l-komponent maskili li ma jreġġax lura l-fertilità maskili, iż-żerriegħa prodotta mill-ġenitur maskilment-sterili għandha tiġi mgħaqqda f’taħlita ma’ żerriegħa prodotta mill-ġenitur taż-żerriegħa kompletament fertili. Il-proprozjon tal-ġenitur maskilment-sterili mal-ġenitur maskilment-fertili ma għandux jeċċedi t-tnejn għal kull wieħed."; 19. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (a) (5): "indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet b’karattri Rumani." 20. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (a): "B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 20, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-ismijiet botaniċi rigward speċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi limitati taż-żmien meta jkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mstennija mill-kummerċ."; 21. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (a) (6): "indikata għall-anqas b’karattri Rumani"; 22. dan li ġej huwa miżjud wara Anness IV (A) (a) (10): "10a. Fil-każ tal-varjetajiet li huma ibridi jew linji konġeniti: - għaż-żerriegħa bażika meta l-ibridu jew il-linja konġenita li għalihom tappartjieni ż-żerriegħa kienu aċċettati uffiċjalment skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/457/KEE: l-isem ta’ dan il-komponent, li permezz tiegħu (ż-żerriegħa) tkun ġiet aċċettata, b’riferenza jew mingħajrha għall-varjetà aħħarija, akkumpanjata, fil-każ tal-ibridi jew tal-linji konġeniti li jkunu ntiżi biss bħala komponenti tal-varjetajiet aħħarija, bil-kelma "komponent";, - għaż-żerriegħa bażika fil-każi l-oħra: l-isem tal-komponent li għalih tappartjieni ż-żerriegħa bażika, li jista’ jingħata fil-għamla ta’ kodiċi, akkumpanjat b’riferenza għall-varjetà aħħarija, bir-riferenza jew mingħajrha għall-funzjoni tagħha (maskili jew femminili), u akkompanjat bil-kelma "komponent";, - għaż-żerriegħa ċertifikata: l-isem tal-varjetà li għaliha tappartjieni ż-żerriegħa, akkumpanjat bil-kelma "ibrida";."; 23. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (b) (6): "indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani."; 24. is-sentenza li ġejja hija miżjuda ma’ Anness IV (A) (b): "B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 20, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa mill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward l-ispeċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi llimitati taż-żmien meta jkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mistennija mill-kummerċ taż-żerriegħa."; 25. Anness li ġej huwa miżjud: ANNESS V It-tikketta u d-dokument ipprovvduti fil-każ taż-żerriegħa li ma tkunx finalment ċċerifikata, miġbura fi Stat Membru ieħor A. It-tagħrif meħtieġ għat-tikketta - l-awtorità responsabbli mill-ispezzjoni fuq il-post u l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom, - l-ispeċje, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani, - il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani; fil-każ ta’ varjetajiet (linji konġeniti, ibridi), li jkunu intiżi biss bħala komponenti għall-varjetajiet ibridi, għandha tiżdied il-kelma "komponent", - il-kategorija, - fil-każ tal-varjetajiet ibridi, il-kema "ibrida", - il-għalqa jew in-numru tar-riferenza tal-lott, - il-piż nett jew gross iddikjarat, - il-frażi "żerriegħa mhix finalment iċertifikata". B’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 20, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusamill-ħtieġa li jindikaw l-isem botaniku rigward l-ispeċji individwali u, fejn xieraq, għal perjodi llimitati taż-żmien metajkun ġie stabbilit li l-iżvantaġġi tal-implimentazzjoni tagħha jegħilbu l-vantaġġi mill-kummerċ taż-żerriegħa. B. Il-kulur tat-tikketta It-tikketta għandha tkun griża. Ċ. It-tagħrif meħtieġ għad-dokument - l-awtorità li toħroġ id-dokument - l-ispeċji, indikata għall-anqas skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-aworitajiet, b’karattri Rumani, - il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani, - il-kategorija, - in-numru tar-riferenza taż-żerriegħa wżata għaż-żrigħ tal-għalqa u l-isem tal-pajjiż li jkun iċċertifika din iż-żerriegħa, - il-għalqa jew in-numru tar-riferenza tal-lott, - il-medda tal-art ikkultivata għall-produzzjoni tal-lott kopert bid-dokument, - il-kwantità taż-żerriegħa miġbura u n-numru tal-pakketti, - in-numru tal-ġenerazzjonijiet ta’ wara ż-żerriegħa bażika, fil-każ taż-żerriegħa ċertifikata, - ċertifikat li jkunu twettqu l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu u sodisfatti mill-wiċċ (tar-raba’) li minnu tiġi ż-żerriegħa, - fejn xieraq, ir-riżultati tal-analiżi preliminari taż-żerriegħa. Artikolu 6 Id-Direttiva 70/457/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. il-paragrafu li ġej huwa miżjud fArtikolu 3: "1. Fil-każ tal-varjetajiet (linji konġeniti, ibridi) li jkunu intiżi biss għall-komponenti tal-varjetajiet aħħarija, id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 japplikaw biss għall-firxa li ż-żerriegħa li tappartjieni għalihom għandha tkun mibjugħa fis-suq skond ismijiethom.. Wara l-1 ta’ Lulju 1992, jistgħu jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom għandhom japplikaw ukoll għal varjetajiet l-oħrajn tal-komponenti b’mod konformi mal-proċedura preskritta fArtikolu 23. Sadattant, fil-każ taċ-ċerali, għajr il-qamħ-ir-rum, l-Istati Membri jistgħu japplikaw dawn id-disposizzjonijiet huma nfushom għal varjetajiet l-oħrajn ta’ komponenti rigward iż-żerriegħa ntiża għaċ-ċertifikazzjoni fit-territorji tagħhom. Il-varjetajiet tal-komponenti għandhom jiġu indikati bħala tali."; 2. dan li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 4 (2): "(ċ) għall-aċċettazzjoni tal-varjetajiet (linji konġeniti, ibridi) li jkunu ntiżi biss bħala komponenti għall-varjetajiet ibridi li jissodisfaw il-ħtiġiet tal-paragrafu 1." 3. il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 4: "3. Fil-każ tal-varjetajiet li għalihom japplika l-paragrafu 2 (a), jista’ jiġi deċiż, b’mod konformi mal-proċedura preskritta fArtikolu 23, u safejn u sakemm dan ikun iġġustifikat fl-interess taċ-ċirkolazzjoni ħielsa taż-żerriegħa ġewwa l-Komunità, li l-varjietajiet ikollhom jiġu mhurija permezz tal-eżaminazzjoni xierqa li (l-varjetajiet) huma xierqa għall-iskop li għalih jiġu dikjarati li huma ntiżi. F’dawn il-każi, għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet għall-eżaminazzjoni."; 4. is-sentenza li ġejja hija miżjuda wara l-ewwel sentenza ta’ Artikolu 10 (2):"Din id-disposizzjoni ma għandhiex tapplika fil-każ tal-varjetajiet (linji konġeniti, ibridi) li jkunu intiżi biss bħala komponenti tal-varjetajiet aħħarija."; 5. dan li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 15 (2): "Fir-rigward tal-Greċja u fir-rigward tal-varjetajiet li ġew aċċettati qabel l-1 ta’ Jannar 1986 fi Stat Membru wieħed jew aktar u li qatt ma ġew imħollija li jkunu mibjugħa fis-suq fil-Greċja qabel din id-data, għandhom jitqiesu l-applikazzjonijiet ippreżentati minn dan l-Istat Membru mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1986, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 1, basta iżda li l-applikazzjonijiet isiru għar-raġunijiet preskriti fl-ewwel alternattiva tal-paragrafu 3 (ċ)."; 6. dan li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 15 (7): "Fir-rigward tal-Greċja u fir-rigward tal-applikazzjonijiet ippreżentati minn dan l-Istat Membru mhux aktar tard mill-31 Diċembru 1985 u magħmula għar- raġunijiet li hemm referenza dwarhom fit-tieni alternattiva tal-paragrafu 3 (ċ), il-perjodu ta’ żmien provdut fil-paragrafu 1 jista’ jiġi mtawwal sat-30 ta’ Ġunju 1989." Artikolu 7 Id-Direttiva 70/458/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: 1. F’Artikolu 2 (1) (A), "Brassica pekinensi | | (Lour.) Rupr. | Kaboċċa Ċiniża | hija mdaħħla wara | | Brassica oleracea L. | Kolorabi (ġidra) | convar. acephala (DC) | Alef var. gongylodes | "iċ-ċikwejra" tiġi sostitwita bi "Iċ-Ċikwejra Witloof, iċ-ċikwejra tal-werqa wiesgħa (iċ-ċikwejra Taljana)", | | u | | Cichorium intybus L. | | (partim) | Ċikwejra industrijali | hija mdaħħla wara | Cichorium intybus L. | Iċ-Ċikwejra Witloof, ċikwejra | (partim) | tal-werqa wiesgħa | | (iċ-ċikwejra Taljana)" | 2. f’Artikolu 2 (1a) tal-verżjoni Ingliża, il-kelma "descriptions" tiġi sostitwita bil-kelma "names"; 3. dak li qabel kien Artikolu 2 (1b) isir Artikolu 2 (1ċ); 4. il-paragrafu li ġej huwa miżjud f’Artikolu 2: "1b. It-tipi differenti tal-varjetajiet, inklużi l-komponenti, jistgħu jiġu speċifikati u definiti b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 40."; 5. il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 4: "Fil-każ taċ-ċikwejra industrijali, il-varjetà trid tkun ta’ valur sodisfaċenti għall-kultivazzjoni u l-użu."; 6. is-sentenza li ġejja hija miżjuda wara l-ewwel sentenza ta’ Artikolu 9 (3):"Fir-rigward tal-Greċja, id-dati tat-30 ta’ Ġunju 1975 u l-1 ta’ Lulju 1972 li hemm riferenza dwarhom hawn fuq għandhom jiġu sostitwita bid-dati il-31 ta’ Diċembru 1988 u l-1 ta’ Jannar 1986 rispettivament."; 7. dan li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 10 (2): "Fil-każ tal-varjetajiet li jkunu mnissla minn varjetajiet li l-aċċettazzjoni uffiċjali tagħhom ġiet stabbilita skond it-tieni u r-raba’ sentenza ta’ Artikolu 13 (3), u li kienu ġew aċċettati fi Stat Membru wieħed jew aktar bħala riżultat tal-miżuri uffiċjali li hemm riferenza dwarhom f’din id-disposizzjoni, jista’ jiġi deċiż b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 40, li l-Istati Membri kollha tal-aċċettazzjoni għandhom jassiguraw li l-varjetajiet iġorru l-ismijiet stabbiliti skond l-istess proċedura u li jkunu konformi mal-prinċipji ta’ hawn fuq."; 8. dan li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 13 (2): "Fil-każ tal-varjetajiet imsemmija fit-tieni sentenza ta’ Artikolu 12 (1) l-aċċettazzjoni tista’ tiġi mġedda meta, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ Artikolu 37, l-isem tal-persuna jew tal-persuni responsabbli miż-żamma jkunu ġew irreġistrati uffiċjalment u ppubblikati b’mod konformi mad-disposizzjonijiet ta’ Artikolu 10 (1)."; 9. dan li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 13 (3): "Fil-każ tal-varjetajiet li l-aċċettazzjoni tagħhom tkun ġiet konċessa qabel l-1 ta’ Lulju 1972, il-perjodu taż-żmien imsemmi fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1 jista’ jiġi mtawwal, b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 40, l-aktar tard sat-30 Ġunju 1990 għall-varjetajiet individwali, meta jkunu ttieħdu miżuri uffiċjali organizzati fuq il-bażi Komunitarju qabel l-1 ta’ Lulju 1982 sabiex ikun assigurat li jintlaħqu l-kondizzjonijiet għat-tiġdid tal-aċċettazzjoni tagħhom jew għall-aċċettazzjoni tal-varjetajiet imnissla minnhom. Fir-rigward tad-Danimarka, tal-Irlanda u tr-Renju Unit, id-data tal-1 ta’ Lulju 1972 li hemm riferenza dwarha hawn fuq għandha tiġi sostitwita bid-data tal-1 ta’ Jannar 1973. Fir-rigward tal-Greċja, ta’ Spanja u tal-Portugall, it-tmiem tal-perjodu taż-żmien tal-aċċettazzjoni għal ċerti varjetajiet li għalihom kienet ġiet konċessa l-aċċettazzjoni f’dawn l-Istati Membri qabel l-1 ta’ Jannar 1986 jista’ wkoll jiġi fissat fuq it-talba ta’ dawn l-Istati Membri, għat-30 ta’ Ġunju 1990, b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 40, u jistgħu jiġu inklużi l-varjetajiet interessati fil-miżuri uffiċjali msemmija hawn fuq organizzati fuq il-bażi Komunitarju.;" 10. dan li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 16: "5. Fir-rigward tal-Greċja u fir-rigward tal-varjetajiet li ġew aċċettati qabel l-1 ta’ Jannar 1986 f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri l-oħrjna u li qatt ma kienu tħallew li jkun mibjugħa fis-suq fil-Greċja qabel din id-data, il-perjodu taż-żmien provvdut fil-paragrafu 2 għandu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1988."; 11. Artikolu 20 (1) huwa sostitwitb’dan li ġej: "1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa taċ-ċikwejra industrijali tista’ ma’ tinħariġx fis-suq għajr jekk tkun ġiet iċertifikata uffiċjalment bħala "żerriegħa bażika"; jew "żerriegħa ċertifikata"; u għajr jekk tissodisfa l-kondizjonijiet preskritti f’Annes II. 1a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa tal-ispeċji tal-ħxejjex jistgħu ma jinħarġux fis-suq għajr jekk ikunu ċċertifikati uffiċjalment bħala "żerriegħa bażika"; jew "żerriegħa ċertifikata";, jew li jkun żerriegħa tal-livell stabbilit, u għajr jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II."; 12. Artikolu 26 (2) huwa sostitwitb’dan li ġej: "2. Fil-każ tal-varjetajiet li jkunu magħrufa sewwa fl-1 ta’ 1970, tista tintgħamel riferenza fuq it-tikketta dwar kull żamma tal-varjetà li tkun ġiet iddikjarata jew li għad trid tiġi dikjarata b’mod konformi mad-disposizzjonijiet ta’ Artikolu 37 (2). Għandu jkun projbit li tirreferi għal xi proprjetà speċjali li tista’ tkun konnessa ma’ din iż-żamma. Fir-rigward tad-Danimarka, tal-Irlanda u tar-Renju Unit, id-data tal-1 ta’ Lulju 1970 li hemm riferenza dwarha hawn fuq għandha tiġi sostitwita bid-data tal-1 ta’ Jannar 1973. Fir-rigward ta’ Spanja, għandha tiġi sostitwita bl-1 ta’ Marzu 1986. Din ir-riferenza għandha tiġi wara l-isem tal-varjetà magħmula minn razza waħda, li minnha għandha tkun mifruda biċ-ċar, preferibbilment permezz ta’ sing (-). Ma għandhiex tingħata aktar prominenza mill-isem tal-varjetà magħmula minn razza waħda. Wara data li trid tkun iddeterminata qabel l-1 ta’ Lulju 1992 b’mod konformi mal-proċedura preskritta f’Artikolu 40, iż-żamma tista tkun iddikjarata biss fuq it-tikketta qabel id-data hekk stabbilita."; 13. f’Artikolu 26, il-paragrafu 3 jsir il-Paragrafu 1b u dan li ġej huwa miżjud: "Għajr fil-każ ta’ pakketti żgħar taż-żerriegħa tal-livell stabbilit sa piż massimu ta’ 100 gramma netta, it-tagħrif preskritt jew awtorizzat skond din id-disposizzjoni għandu jinżamm mifrud biċ-ċar minn kull tagħrif ieħor mogħti fuq it-tikketta jew il-pakkett, inkluż dak li hemm provvediment dwaru f’Artikolu 28. Wara t-30 ta’ Ġunju 1992 jista’ jiġi deċiż, b’mod konformi mal-proċedura preskritta fArtikolu 40, li pakketti żgħar taż-żerriegħa tal-livell stabbilit sa piż massimu ta’ 100 gramma netta għandhom ikunu suġġetti għall din il-ħtieġa jew li t-tagħrif preskritt jew awtorizzat ikun distint b’xi mod ieħor minn kull tagħrif ieħor jekk il-karatteristika distintiva tiġi dikjarata espressament bħala tali fuq it-tikketta jew fuq il-pakkett."; 14. dak li qabel kien Artikolu 28 isir Artikolu 28 (1); 15. il-paragrafu li ġej huwa miżjud ma’ Artikolu 28: "2. Fil-każ taż-żerriegħa bażika u dik iċertifikata, it-tikketta jew il-kitba stampata li hmm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu f’manjiera hekk li ma jistgħux jitħawdu mat-tikketta uffiċjali li hemm referenza dwarha f’Artikolu 26 (1)."; 16. Artikolu 29a li ġej huwa miżjud: "Artikolu 29a Għall-iskop li jitfittxu alternattivi mtejba għal ċerti elementi tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni adottata skond din id-Direttiva, jista’ jiġi deċiż li jiġu organizzati esperimenti temporanji skond il-kondizzjonjiet speċifikati fil-livell tal-Komunità b’mod konformi mal-proċeduri preskritti f’Artikolu 40. Fil-qafas ta’ dawn l-esperimenti, l-Istati Membri jistgħu jiġu meħlusa minn ċerti obbligazzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva. Il-firxa ta’ dan ir-rilaxx għandu jiġi definit b’riferenza għad-disposizzjonjiet li għalihom japplika. It-tul taż-żmien tal-esperiment ma għandux jeċċedi s-seba’ snin’."; 17. il-ħames u s-sitt inċiżi ta’ Artikolu 30 (3) (ċ) huma sostitwita b’dan li ġej: "— l-ispeċje, indikata għall-anqas b’karattri Rumani, skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħataf’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, jew skond l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn, — il-varjetà, indikata għall-anqas b’karattri Rumani,"; 18. Artikolu 31 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu 31 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li ż-żerriegħa tal-ħxejjex: - li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment jew fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie konċess l-ekwivalenza skond Artikolu 32 (1) (d), jew li tkun ġiet prodotta direttament mit-taħlit tar-razez taż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru ma’ żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment f’dan il-pajjiż terz, - li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor, għandha, fuq talba u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva, tkun żerriegħa ċertifikata uffiċjalment jekk din iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness I għall-kategorija rilevanti u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun uriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjnijiet preskritti f’Anness II għall-istess kategorija. Meta f’dawn il-każi ż-żerriegħa tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment ta’ ġenerazzjonijiet ta’ qabel iż-żerriegħa bażika, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali bħala żerriegħa bażika, jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonjiet preskritti għal din il-kategorija. 2. Iż-żerriegħa tal-ħxejjex li tkun ġiet miġbura fi Stat Membru ieħor, u li tkun intiża għaċ-ċertifikazzjoni b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 1, għandha: - tkun ippakkjata u ttikkettajata b’tikketta uffiċjali li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness V (A) u (B), b’mod konformi mad-disposizzjonijiet preskritti f’Artikolu 25 (1), u - tkun akkumpnjata b’dokument uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonjiet preskritti f’Anness V (Ċ). 3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li ż-żerriegħa tal-ħxejjex: - li tkun ġiet prodotta direttament minn żerriegħa bażika jew minn żerriegħa ċertifikata uffiċjalment jew fi Stat Membru wieħed jew aktar jew f’pajjiż terz li jkun ġie konċessa l-ekwivalenza skond Artikolu 32 (1) (d) jew li tkun ġiet prodotta direttament bit-taħlit tar-razez taż-żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment fi Stat Membru ma’ żerriegħa bażika ċertifikata uffiċjalment f’dan il-pajjiż terz, u - li tkun ġiet miġbura f’pajjiż terz, għandha, fuq talba, tiġi ċertifikata uffiċjalment bħala żerriegħa ċertifikata f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri fejn iż-żerriegħa bażika: jew kienet prodotta jew iċertifikata uffiċjalment, jekk iż-żerriegħa tkun għaddiet minn spezzjoni fuq il-post li jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti f’deċiżjoni dwar l-ekwivalenza magħmula skond Artikolu 32 (1) (a) għall-kategorija rilevanti, u jekk l-eżaminazzjoni uffiċjali tkun uriet li jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet preskritti f’Anness II. L-Istati Membri l-oħra jistgħu jawtorizzaw ukoll iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali ta’ din iż-żerriegħa."; 19. f’Artikolu 37 (2) tal-verżjoni Ingliża, il-frażi "to methods for the maintenance" tiġi sostitwita bil-frażi "to a given maintenance"; 20. f’Artikolu 42 (a), jiddaħħlu l-kelmiet "kaboċċa Ċiniża" wara l-kelma "Pastarda" u l-kelma "Ċikwejra" tiġi sostitwita bil-kliem: "Ċikwejra Witloof, ċikwejra tal-weraq wiesgħa (ċikwejra Taljana), ċikwejra industrijali"; 21. dan li ġej huwa miżjud wara Anness I (4) (A): "Aa Ċikwejra industrijali "1.Minn speċji oħra tal-istess ġenera jew subspeċji | 1000 m | 2.Minn varjetà oħra ta’ ċikwejra industrijali:—għaż-żerriegħa bażika | 600 m | —għaż-żerriegħa ċertifikata | 300m"" | 22. f’Anness II (3) (a), "Beta vulgaris (varjetà ta’ pitravi ta’ Cheltenham)" tiġi sostitwita bi "Beta vulgaris (pitravi ta’ Cheltenham) u""Beta vulgaris (l-ispeċji kollha)" tiġi sostitwita bi "Beta vulgaris (għajr il-pitravi ta’ Cheltenham)" rispettivament; 23. f’Anness II (3) (a), jiżdied il-kliem "(partim) (ċikwejra Witloof, ċikwejra tal-weraq wiesgħa (ċikwejra Taljana))" wara "Cichorium intybus" u jiddaħħal dan li ġej wara "Brassica oleracea (l-speċji l-oħrajn)" u "Cichorium intybus (partim) (ċikwejra Witloof, ċikwejra tal-weraq wiesgħa (ċikwejra Taljana))" rispettivament: "Brassica pekinensis | 97 | 1 | 75" | u "Cichorium intybus (partim) (ċikwejra industrijali) | 97 | 1 | 80" | 24. f’Anness III (2), jiddaħħal il-kliem "(partim) (ċikwejra Witloof, ċikwejra tal-weraq wiesgħa (ċikwejra Taljana))" wara "Cichorium intybus" u jiddaħħal dan li ġej wara "Brassica oleracea" u "Cichorium intybus" "(partim) (ċikwejra Witloof, ċikwejra tal-weraq wiesgħa (ċikwejra Taljana))" ’rispettivament: "Brassica pekinensis | 20" | U "Cichorium intybus (partim) (ċikwejra industrijali) | 50"; | 25. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (a) (5): "indikata għall-anqas b’karattri Rumani, skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, jew l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn."; 26. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (A) (a) (6): "indikata għall-anqas b’karattri Rumani."; 27. dan li ġej huwa miżjud wara Anness IV (A) (a) (10): "10a. Fil-każ ta’ varjetajiet li huma ibridi jew linji konġeniti: - għaż-żerriegħa bażika meta l-ibridu jew il-linja konġenita li għaliha tappartjieni ż-żerriegħa jkunu ġew aċċettati uffiċjalment skond din id-Direttiva: l-isem ta’ dan il-komponent, li fuqu tkun ġiet aċċettata uffiċjalment, b’riferenza għall-varjetà aħħarija jew mingħajrha, akkumpanjat, fil-każ tal-ibridi jew tal-linji konġeniti, li jkunu maħsuba biss bħala komponenti għall-varjetajiet aħħarija, bil-kelma "komponent";, - għaż-żerriegħa bażika fil-każi l-oħrajn: l-isem tal-komponent li għalih tappartjieni ż-żerriegħa bażika, li jista’ jingħata fil-għamla ta’ kodiċi, akkumpanjat b’riferenza għall-varjetà aħħarija, b’riferenza jew mingħajra għall-funzjoni tiegħu (maskili jew femminili), u akkumpanjat bil-kelma "komponent";, - għaż-żerriegħa ċertifikata: l-isem tal-varjetà li għaliha tapparjieni ż-żerriegħa, akkumpajat bil-kelma "ibridu";."; 28. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (B) (a) (4): "indikata għall-anqas b’karattri Rumani."; 29. dan li ġej huwa miżjud ma’ Anness IV (B) (a) (5): "indikata għall-anqas b’karattri Rumani."; 30. Anness li ġej huwa miżjud: ANNESS V It-tikketta u d-dokument ipprovvduti fil-każ ta' żerriegħa mhux finalment iċertifikata, miġbura fi Stat Membru ieħor A. It-tagħrif meħtieġ għat-tikketta - l-awtorità responsabbli mill-ispezzjoni fuq il-post u l-Istat Membru jew l-inizjali tagħhom, - l-ispeċje, indikata għall-anqas b'karattri Rumani, skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f'għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, b’karattri Rumani, - il-varjetà, indikata għall-anqas b'karattri Rumani, - il-kategorija - il-għalqa jew in-numru tar-riferenza tal-lott, - il-piż nett jew gross iddikjarat, - il-kliem "żerriegħa mhix finalment iċertifikata". B. il-kulur tat-tikketta It-tikketta għandha tkun griża. Ċ. It-tagħrif meħtieġ għad-dokument - l-awtorità li toħroġ id-dokument, - l-ispeċje, indikata għall-anqas b’karattri Rumani, skond l-isem botaniku tagħha, li jista’ jingħata f’għamla mqassra u mingħajr l-ismijiet tal-awtoritajiet, jew skond l-isem komuni tagħha, jew it-tnejn - il-varjetà, indikata għall-anqas b'karattri Rumani, - il-kategorija, - in-numru tar-riferenza taż-żerriegħa wżata fiż-żrigħ tal-għalqa u l-isem tal-pajjiż jew tal-pajjiżi li jkunu ċċertifikaw din iż-żerriegħa, - il-għalqa jew in-numru tar-riferenza tal-lott, - il-medda tal-art ikkultivata għall-produzzjoni tal-lott kopert bid-dokument, - il-kwantità taż-żerriegħa miġbura u n-numru tal-pakketti, - ċertifikat li kienu ġew imwettqa l-kondizzjnjiet li jridu jiġu sodisfatti mill-wiċċ tar-raba’ li minnu tkun ġiet iż-żerriegħa, - fejn xieraq, ir-riżultati tal-analiżi preliminari taż-żerriegħa. Artikolu 8 Id-Direttiva 86/155/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: fit-tieni inċiż ta’ Artikolu 7, id-data l- "1 ta’ Lulju 1987" tiġi sostitwita bid-data tal- "31 ta’ Diċembru 1988". Artikolu 9 Id-Direttiva 86/320/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej: F’Artikolu 2, id-data l- "1 ta’ Lulju 1987" tiġi sostitwita bid-data tal- "31 ta’ Diċembru 1988". Artikolu 10 L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi: - ma’ Artikolu 3 (11) u Artikolu 7 (9), b’effett mill-1 ta’ Lulju 1982, - ma’ Artikolu 3 (12), b’effett mill-1 ta’ Jannar 1983, - ma’ Artikolu 6 (5) u (6) u ma Artikolu 7 (6) u (10), b’effett mill-1 ta’ Jannar 1986, - ma’ Artikolu 2 (8), (17), (20) u (28), ma’ Artikolu 3 (18), (31) u (37) u ma’ Artikolu 5 (10), (19), (23) u (25) safejn u sakemm dawn id-disposizzjoniet jeħtieġu l-isem botaniku tal-ispeċje li għandu jkun indikat fuq it-tikketta taż-żerriegħa, u wkoll ma’ l-Artikoli 1 (8), 2 (10), 3 (20), 5 (12) u 7 (18), mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1992, - mad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva, mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1990. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu fil-pront lill-Kummissjoni b’dan. Artikolu 11 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, 13 ta’ Ġunju 1988. Għall-Kunsill Il-President I. Kiechle [1] ĠU Nru Ċ 356, 31. 12. 1985, p. 37. [2] ĠU Nru Ċ 68, 24. 3. 1986, p. 155. [3] ĠU Nru 125, 11. 7. 1966, p. 2290/66. [4] ĠU Nru L 56, 2. 3. 1988, p. 42. [5] ĠU Nru 125, 11. 7. 1966, p. 2298/66. [6] ĠU Nru L 273, 26. 9. 1987, p. 43. [7] ĠU Nru 125, 11. 7. 1966, p. 2309/66. [8] ĠU Nru L 49, 18. 2. 1987, p. 39. [9] ĠU Nru 125, 11. 7. 1966, p. 2320/66. [10] ĠU Nru L 197, 18. 7. 1987, p. 36. [11] ĠU Nru L 169, 10. 7. 1969, p. 3. [12] ĠU Nru L 225, 12. 10. 1970, p. 1. [13] ĠU Nru L 118, 7. 5. 1986, p. 23. [14] ĠU Nru L 225, 12. 10. 1970, p. 7. [15] ĠU Nru L 273, 26. 9. 1987, p. 45. --------------------------------------------------