Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31988D0235

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Marzu 1998 li tagħti deroga lid-Danimarka u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ekwivalenti li għandhom jiġu rispettati fil-każ tat-tqattigħ tal-laħam frisk

    ĠU L 105, 26.4.1988, p. 20–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/01/2006; Imħassar b' 32006D0765

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1988/235/oj

    31988D0235



    Official Journal L 105 , 26/04/1988 P. 0020 - 0021
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 26 P. 0142
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 26 P. 0142


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-7 ta' Marzu 1998

    li tagħti deroga lid-Danimarka u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ekwivalenti li għandhom jiġu rispettati fil-każ tat-tqattigħ tal-laħam frisk

    (88/235/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw in-negozju tal-laħam frisk ġewwa l-Komunità [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 86/587/KEE [2], u b'mod partikolari Artikolu 13 tagħha,

    Billi, skond Artikolu 13 tad-Direttiva 64/433/KEE b'konformità mal-proċedura taħt Artikolu 16, id-derogi mill-paragrafu 45(ċ) ta' Anness I jistgħu jiġu mogħtija, fuq it-talba tiegħu, lil kull Stat Membru li jipprovdi garanziji simili; billi dawn id-derogi għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tas-saħħa li huma għall-inqas ekwivalenti għal dawk tal-Anness imsemmi hawn fuq;

    Billi l-awtoritajiet tad-Danimarka, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ottubru 1987, ippreżentaw lill-Kummissjoni talba għal deroga mill-paragrafu 45(ċ) ta' Anness I għad-Direttiva 64/433/KEE għall-qtugħ taċ-ċanga friska, tal-vitella u tal-porku; billi din it-talba tipproponi kondizzjonijiet tas-saħħa; billi hemm bżonn li l-kondizzjonijiet stabbiliti bħala alternattivi fid-deroga mitluba fuq it-tqattigħ tal-laħam frisk għandhom ikunu għall-inqas ekwivalenti għal dawk tal-paragrafu 45(ċ) t'Anness I għad-Direttiva 64/433/KEE;

    Billi l-kondizzjonijiet tas-saħħa proposti mid-Danimarka huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-paragrafu 45(ċ) ta' Anness I għad-Direttiva 64/433/KEE;

    Billi l-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma b'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Minkejja paragrafu 45(ċ) ta' Anness I għad-Direttiva 64/433/KEE, id-Danimarka tista' tawtorizza l-qtugħ taċ-ċanga friska, tal-vitella u tal-porku taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Marzu 1988.

    Għall-Kummissjoni

    Frans Andriessen

    Viċi-President

    [1] ĠU Ċ 121, tad- 29.7.1964, p. 2012/64.

    [2] ĠU L 339, tat-2.12.1986, p. 26.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    IL-Kondizzjonijiet speċjali għat-tqattigħ tal-karkassi tal-annimali bovini u tal-majjali

    1. Il-karkassi, li joriġinaw mill-biċċerija, wara li jitkessħu fil-kmamar tat-tkessiħ fejn it-temperatura tal-arja li fl-iżbokk tal-evaporaturi tkun hekk illi l-karkassi jistgħu jitkessħu għat-temperatura interna ta’ + 7 °C fi 48 siegħa fil-każ ta’ karkassi bovini u f’20 siegħa fil-każ tal-karkassi tal-majjali, jiġu trasportati lejn il-fond tat-tqattigħ, illi t-temperatura tiegħu ma tkunx tiskorri it- +12 °C, u li jkun fl-istess grupp ta’ bini tal-kmamar tat-tkessiħ.

    2. Il-laħam jiġi trasferit f’operazzjoni waħda.

    3. Il-karkassi jiddaħħlu fil-kamra tat-tqattigħ u jiġu ddissossati qabel mat-temperatura interna tkun laħqet + 7 °C jekk it-tqattigħ isir fi żmien 48 siegħa mill-aħħar operazzjonijiet tal-biċċerija fil-każ tal-karkassi bovini u fi żmien 20 siegħa fil-każ tal-karkassi tal-majjali.

    4. Il-ħin li matulu l-laħam jiddaħħal fil-kamra tat-tqattigħ u mbagħad jerġa’ jitkessaħ ma jiskorrix is-60 minuta.

    5. Hekk kif jiġi mqatta’ u ppakkettjat, il-laħam jiġi ttrasportat lejn kmamar tat-tkessiħ adattati.

    --------------------------------------------------

    Top