EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31987R3691

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3691/87 tad-9 ta' Diċembru 1987 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf sistema Komunitarja għal eżenzjonijiet mid-dazji doganali

ĠU L 347, 11.12.1987, p. 8–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R1186

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/3691/oj

31987R3691



Official Journal L 347 , 11/12/1987 P. 0008 - 0015
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0265
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0265


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3691/87

tad-9 ta' Diċembru 1987

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf sistema Komunitarja

għal eżenzjonijiet mid-dazji doganali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea.

Wara li kkunidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa tad-Dwana Konswetudinarja [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Filwaqt li l-klassifikazzjoni tal-merkanzija mniżżla fl-Annessi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 [2], hi bbażata fuq l-użu tan-Nomenklatura tal-Kunsill dwar l-Operazzjoni tad-Dwana, filwaqt li l-Kunsill dwar l-Operazzjoni tad-Dwana approva l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema ta' Kodifikazzjoni u Deskrizzjoni ta' Komodita’ Armonizzata (hawnhekk iżjed ‘il quddiem magħrufa bħala "HS") fl-14 ta' Ġunju 1983; filwaqt li l-Kunsill approvaha bid-Deċiżjoni 87/369/KEE [3], li tipprovdi għall-applikazzjoni tagħha b'effett mill-1 ta' Jannar 1988; filwaqt li konsegwentement Nomenklatura Magħquda ġiet imfassla bil-għan ta' l-implimentazzjoni ta' l-HS fi ħdan il-Komunità Ekonomika Ewropea; filwaqt li konsegwentement it-termini u l-Annessi mar-Regolament (KEE) Nru 918/83 għandhom ikunu bbażati, b'effett mill-1 ta' Jannar 1988 fuq in-Nomenklatura Magħquda msemmija qabel.

Filwaqt li l-addattazzjonijiet imsemmija fuq tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 għan-Nomenklatura Magħquda konsegwentement ma jikkostitwixxu xejn ħlief addattazzjonijiet tekniċi li ma jinvolvu ebda emenda li tikkonċerna l-iskop ta' eżenzjonijiet tad-dazju mqiegħda fir-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 918/83 hu hawnhekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1(2)(e) hu mibdul bit test li ġej:

"(e) "prodotti alkoħoliċi" ifisser prodotti (birra, nbid, aperittivi b'bażi ta' nbid jew alkoħol, brandi, likuri jew xorb ta' spirtu, eċċ.) li jaqgħu fi ħdan l-intestatura Nri 2203 sa 2208 tan-Nomenklatura Magħquda."

2. L-Annessi huma mibdula bit-test anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1988.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Diċembru 1987.

Għall-Kummissjoni

Cockfield

Viċe-President

[1] Ġu L 256, tas-7-9.1987, p. 1.

[2] Ġu L 105, tat-23.4.1983, p. 1.

[3] Ġu L 198, ta'l-20.7.1987, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

L-ANNESS I

A. Kotba, pubblikazzjonijiet u dokumenti

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

3705 | Pjanċi u films tar-ritratti, esposti u żviluppati ta' xort’ oħra minn film ċinematografiku: |

ex37052000 | — Mikrofilms ta' kotba, ta' kotba ta' l-istampi għat-tfal u kotba għat-tpinġija u l-koloratura, kotba ta' eżerċizzji ta' l-iskola għat-tfal (kotba li jaħdmu fuqhom), kotba ta' tislibiet, gazzetti u perjodiċi li, dokumenti jew rapporti stampati ta' karattru mhux kummerċjali, u ta' illustrazzjonijiet farrada, paġni stampati u proofs ta' riproduzzjoni għall-produzzjoni tal-kotba |

ex37051000 | — Films ta' riproduzzjoni għall-produzzjoni tal-kotba |

ex37059010 | |

ex37059090 | |

49030000 | Kotba ta' koloratura ta' tpinġija jew ta' l-istampi għat-tfal |

4905 | Mapep u charts idrografiċi jew simili ta' kull xorta, inklużi atlases, mapep għall-ħitan, pjanti topografiċi u globi, stampati: |

| — Oħrajn: |

ex49059900 | — — Oħrajn: Mapep, charts u disinji ta' interess f'setturi xjentifiċi, bħall-ġeoloġija, iż-żooloġija, il-botanija, il-mineraloġija, il-paleontoloġija, l-arkeoloġija, l-etnoloġija, il-metereoloġija, il-klimatoloġija u l-ġeofiżika |

ex49060000 | Pjanti u disinji u riproduzzjonijiet tagħhom ta' l-arkitettura, industrijali jew ta' l-inġinerija |

4911 | Materja stampata oħra, inklużi stampi u ritratti: |

491110 | — Materjal ta' riklamar għan-negozju, katalgi kummerċjali u bħalhom: |

ex49111090 | — — Oħrajn: Katalgi ta' kotba u pubblikazzjonijiet, li jkunu kotba u pubblikazzjonijiet offerti għall-bejgħ minn pubblikanti jew bejjiegħa tal-kotba stabbiliti barra t-territorju tal-Komunitajiet EwropejKatalgi ta' films, ta' rrekordjar jew materjali viżwali u awditorji oħrajn ta' karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturaliPosters għall-promozzjoni tat-turiżmu u pubblikazzjonijiet turistiċi, brochures, kotba ta' gwida, skedi, libretti u pubblikazzjonijiet bħalhom, kemm jekk bl-istampi u kemm jekk le, inklużi dawk ippubblikati minn konċernazzjonijiet privati, ddisinjati biex jinkuraġġixxu l-pubbliku biex jivvjaġġa barra t-territorju tal-Komunitajiet Ewropej, inklużi mikrokopji ta' dawn l-artikoliMaterjal ta' informazzjoni bibliografika għad-distribuzzjoni b'xejn |

| — Oħrajn: |

491199 | — — Oħrajn: |

ex49119990 | — — — Oħrajn: Stampi mfarrda, paġni stampati u proofs ta' riproduzzjoni li għandhom jiġu użati għall-produzzjoni ta' kotba, inklużi mikrokopji ta' dawn l-artikoliMikrokopji ta' kotba, kotba ta' l-istampi għat-tfal u kotba ta' tpinġija jew koloratura, kotba ta' l-eżerċizzji ta' l-iskola (workbooks), kotba ta' tislibiet, gazzetti u perjodiċi li u ta' dokumenti jew rapporti ta' karattru mhux kummerċjaliPubblikazzjonijiet iddisinjati biex jinkuraġġixxu l-pubbliku biex jistudja barra t-territorju tal-Komunitajiet Ewropej, inklużi mikrokopji ta' dawn il-pubblikazzjonijietDizinji Metereoloġiċi u ġeofiżiċi |

902300 | Strumenti, apparat u mudelli, ddisinjati għal skopijiet ta' dimostrazzjoni (per eżempju, fl-edukazzjoni jew eżibizzjonijiet), mhux tajbin għal utilitajiet oħrajn: |

ex90230090 | — Oħrajn: Mapep u charts ibbuzzati ta' interess f'setturi xjentifiċi bħall-ġeoloġija, iż-żooloġija, il-botanija, il-mineraloġija, il-paleontoloġija, l-arkeoloġija, l-etnoloġija, il-metereoloġija, il-klimatoloġija u l-ġeofiżika |

Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Stabbiliment jew organizzazzjoni benefiċċjarja |

370400 | Pjanċi fotografiċi, film, karta, kartun u tessuti, esposti imma mhux żviluppati: | L-organizzazzjonijiet kollha (inklużi organizzazzjonijiet ta' xandir u televiżjoni), istituzzjonijiet jew assoċjazz-jonijiet approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għall-iskop ta' ammissjoni mingħajr dazju ta' din il-merkanzija |

ex37040010 | — Pjanċi u film: Film ċinematografiku, pożittivi, ta' karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali |

ex3705 | Pjanċi u film fotografiku, esposti u żviluppati, ta' xort’ oħra minn film fotografiku: — Ta' karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali |

3706 | Film ċinematografiku, espost u żviluppat, kemm jekk jinkorpora sound track jew le jew jekk jikkonsisti biss f’sound track: |

370610 | — Ta wisa’ ta' 35mm jew iktar: |

| — — Oħrajn: |

ex37061099 | — — — Pożittivi oħrajn: Filmati (bil-ħoss jew mingħajru) li juru ġrajjiet ta' informazzjoni ta' valur kurrenti fil-ħin ta' l-importazzjoni, u importati sa limitu ta' żewġ kopji ta' kull suġġett għal skopijiet ta' kkuppjarMaterjal ta' fil mill-arkivji (bil-ħoss jew mingħajru) maħsub għall-użu f’konnessjoni ma’ film newsreel.Films rekreazzjonali partikolarment adatti għat-tfal u nies żgħarFilms oħrajn ta' karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali |

370690 | — Oħrajn: |

| — — Oħrajn: |

| — — — Pożittivi oħrajn: |

ex37069051ex37069091ex37069099 | Filmati (bil-ħoss jew mingħajru) li juru ġrajjiet ta' informazzjoni ta' valur kurrenti fil-ħin ta' l-importazzjoni, u importati sa limitu ta' żewġ kopji minn kull suġġett għal skopijiet ta' kkuppjarMaterjal ta' film mill-arkivju (bil-ħoss jew mingħajru) maħsub għall-użu f’konnessjioni ma’ films newsreelFilms rekreazzjonali partikolarment adatti għat-tfal u nies żgħarFilms oħrajn ta' karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali |

4911 | Materjal stampat ieħor, inklużi stampi u ritratti stampati: |

| — Oħrajn: |

491199 | — — Oħrajn: |

ex49119990 | — — — Oħrajn: Microcards jew medja oħra ta' rfigħ ta' informazzjoni meħtieġa f'servizzi kompjuterizzati ta' informazzjoni u dokumentazzjoni ta' karattru edukazzjonali xjentifiku jew kulturaliCharts għall-ħitan iddiżinjati biss għal dimostrazzjoni u edukazzjoni |

ex8524 | Rekords, tapes u materjal irrekordjat ieħor għall-ħoss jew fenomeni oħrajn irrekordjati b'mod simili inklużi matriċi u masters għall-produzzjoni ta' rekords, imma esklużi l-prodotti tal-kapitolu 37: |

| — Ta' karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulutrali |

ex902300 | Strumenti, apparat u mudelli, iddisinjati għal skopijiet ta' dimostrazzjoni (per eżempju, fl-edukazzjoni jew f'eżibizzjonijiet), mhux tajbin għal utilitajiet oħrajn: Disinnji, mudelli u charts għall-ħitan ta' karattru edukazzjonali xjentifiku jew kulturali, iddisinjati biss għal dimostrazzjoni u edukazzjoniMock-ups jew viżwalizzazzjonijiet ta' kunċetti astratti bħal strutturi molekulari jew formuli matematiċi |

Varji | Ologrammi għal proġezzjoni bil-laser Kitts ta' multi-media Materjali għal istruzzjonijiet ipprogrammati, inklużi materjali f'forma ta' kitt bil-materjali korrispondenti stampati |

B. Biċċiet għall-kollezzjoni u xogħlijiet ta' l-arti ta' karattru edukazzjonali, xjentifiku jew kulturali

Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Stabbiliment jew organizzazzjoni benefiċċjarja |

Varji | Biċċiet għall-kollezzjoni u xogħlijiet ta' l-arti, mhux maħsuba għall-bejgħ | Galleriji, mużewijiet u istituzzjonijiet oħrajn approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għall-iskop ta' ammissjoni mingħajr dazju ta' dawn il-beni |

ANNESS III

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

4911 | Materjal stampat ieħor, inklużi stampi stampati u ritratti: |

491110 | — Materjal għar-reklamar tan-negozju, katalgi kummerċjali u bħalhom: |

ex49111090 | — — Oħrajn: Ibbuzzati għall-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

491191 | — Oħrajn: |

| — — Stampi, Stampar u ritratti: |

| — — — Oħrajn: |

ex49119191 | — — — — Stampi u diżinji: Ibbuzzati għall-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

ex49119199 | — — — — Ritratti: Ibbuzzati għall-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

491199 | — — Oħrajn: |

ex49119990 | — — — Oħrajn: Ibbuzzati għall-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

ANNESS IV

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

4802 | Karta mhux miksija u kartun ta' tip użat għall-kitba, l-istampar jew skopijiet grafiċi oħrajn, u ħażna ta' kartun għat-titqib u karta għat-titqib, f'rombli jew folji, ta' xort'oħra mill-karta ta' l-intestatura Nru 4801 jew 4803; karta magħmula bl-idejn u kartun: |

— Karta u kartun ieħor. Li ma jikkontjenux fibri minn proċessi mekkaniċi jew li tagħhom mhux iktar minn 10 % mill-piż tal-kontenut tal-fibri totali jikkonsisti f'dawn il-fibri: |

ex48025200 | — — Li jiżnu 40 g/m2 jew iktar imma mhux iktar minn 150 g/m2 Karta Braille |

480253 | — — Li jiżnu iktar minn 150g/m2: |

ex48025390 | — — — Oħrajn: Karta Braille |

480260 | — Karta oħra u kartun li minnhom iktar minn 10 % mill-piż tal-kontenut tal-fibri totali jikkonsisti f'fibri minn proċess mekkaniku: |

ex48026090 | — — Oħrajn: Karta Braille |

4805 | Karta oħra mhux miksija u kartun, f'rombli jew folji: |

480560 | — Karta u kartun ieħor, li jiżnu iktar minn 150b/m2 jew inqas: |

ex48056090 | — Oħrajn: Karta Braille |

480570 | — Karta u kartun ieħor, li jiżnu iktar minn 150g/m2 imma inqas minn 225 g/m2: |

ex48057090 | — — Oħrajn: Karta Braille |

480580 | — Karta u kartun ieħor, li jiżnu 225 g/m2 jew iktar: |

ex48058090 | — — Oħrajn: Karta Braille |

4823 | Karta oħra, kartun, mili taċ-ċellulosa u webs ta' fibri taċ-ċellulosa, maqtugħa għall-qies jew għall-forma; artikoli oħra magħmula mill-polpa tal-karta, mill-karta, mill-mili taċ-ċellulosa jew minn webs ta' fibri taċ-ċellulosa: |

— Karta oħra u kartun, ta' tip użat għall-kitba, l-istampar jew skopijiet grafiċi oħra: |

482359 | — — Oħrajn: |

ex48235990 | — — Oħrajn: Karta Braille |

ex66020000 | Bsaten għall-mixi, bsaten għal bilqiegħda, frosti, frosta għall-irkib taż-żwiemel u bħalhom: |

— Il-bsaten bojod għall-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

ex8469 | Typewriters u magni tal-word processing: |

— Addattati għall-użu mill-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

ex8471 | Magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data w unitajiet tagħhom; qarrejja manjetiċi jew ottiċi, magni għat-traskrizzjoni tad-data fuq medja ta' data f'forma kkodifikata u magni għall-ipproċessar ta' din id-data, mhux speċifikati jew inklużi mkien ieħor: |

— Tagħmir għall-produzzjoni mekkanika tal-Braille u materjal irrekordjat għall-għomja |

ex8519 | Turntables (decks għar-rekords), rekord-players, cassette players u apparat ieħor li jirriproduċi l-ħoss, li ma jinkorporax strument li jirrekordja l-ħoss: |

— Rekord-players u cassette players speċjalment iddisinjati u addattati għall-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

ex8524 | Rekords, tapes u media rrekordjat ieħor għall-ħoss jew fenomeni simili rrekordjati, inklużi matriċi u masters għall-produzzjoni ta' rekords, imma esklużi l-prodotti tal-Kapitolu 37: Kotba li jitkellmuTapes manjetiċi u cassettes għall-produzzjoni tal-Braille u ta' kotba li jitkellmu |

9013 | Strumenti tal-kristall likwidu li ma jikkostitwixxux artikoli li hemm ipprovdut dwarhom iktar speċifikament f'intestaturi oħrajn, lasers, ta' xort'oħra minn laser diodes; apparat ottiku u strumenti oħrajn, mhux speċifikati jew inklużi mkien ieħor f'dan il-kapitolu: |

ex90138000 | — Strumenti oħrajn, apparat u strumenti: Kabbara tat-televiżjoni għall-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

9021 | Apparat ortopediku, inklużi l-krozzi, ċ-ċinturini tal-kirurġija u ħemliet; qasab u apparat ieħor għall-fratturi; partijiet artifiċjali tal-ġisem; għajnuniet għas-smigħ u apparat oħrajn li jintlibsu jew merfugħa, jew impjantati fil-ġisem, biex jikkumpensaw għal difett jew diżabilità: |

902190 | — Oħrajn: |

ex90219090 | — — Oħrajn: Apparat ta' orjentaturi elettroniċi u li jintraċċaw l-ostakoli għall-għomja u għal dawk b'vista parzjaliKabbara tat-televiżjoni għall-għomja ugħal dawk b'vista parzjaliMagni elettroniċi għall-qari għall-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

902300 | Strumenti, apparat u mudelli, iddidinjati għal skopijiet ta' dimostrazzjoni (per eżempju, fl-edukazzjoni jew l-esibizzjonijiet), li mhumiex xierqa għal utilitajiet oħrajn: |

ex90230090 | — Oħrajn: Għajnuniet għat-tagħlim u apparat speċifikament iddisinjat għall-użu ta' l-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

ex9102 | Arloġġi tal-polz, arloġġi tal-but u arloġġi oħrajn, inklużi stop-watches, ta' xort'oħra minn dawk ta' l-intestatura Nru 9101: Arloġġi Braille b'kaxxi ta' xort'oħra minn dawk ta' metalli prezzjużi |

9504 | Artikoli għall-fieri, jew logħob tal-mejda jew tad-dar, inklużi pintables, billiards, imwejjed speċjali għal logħob tal-casino u tagħmir awtomatiku tal-bowling |

950490 | — Oħrajn: |

ex95049090 | — — Oħrajn: Logħob ta' l-imwejjed u aċċessorji speċjalment addattati għall-użu ta' l-għomja u għal dawk b'vista parzjali |

Varji | L-artikoli l-oħrajn kollha speċjalment iddisinjati għall-edukazzjoni jew l-avvanz xjentifiku jew kulturali ta' l-għomja u ta' dawk b'vista parzjali |

"

--------------------------------------------------

Top