This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31987R3522
Commission Regulation (EEC) No 3522/87 of 24 November 1987 on the recording of the mode of transport in the statistics of trade between Member States
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3522/87 ta' l-24 ta' Novembru 1987 dwar ir-reġistrazzjoni tal-mod ta' trasport fl-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3522/87 ta' l-24 ta' Novembru 1987 dwar ir-reġistrazzjoni tal-mod ta' trasport fl-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri
ĠU L 335, 25.11.1987, p. 10–10
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 335 , 25/11/1987 P. 0010 - 0010
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 13 P. 0079
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 13 P. 0079
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3522/87 ta' l-24 ta' Novembru 1987 dwar ir-reġistrazzjoni tal-mod ta' trasport fl-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2954/85 tat-22 ta' Ottubru 1985 li jfassal ċerti miżuri għall-istandardizazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' l-istatistiċi tal-Kummerċ bejn L-Istati Membri [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 10 tiegħu, Billi skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 679/85 [2] ġie introdott kampjun ta' formola ta' dikjarazzjoni għall-użu tal-kummerċ ta' merkanzija fil-Komunità; billi dan il-kampjun jipprovdi rekord ta' data li għandha x'taqsam mal-mod ta' trasport li jħares d-dispożizzjonijiet adottati dwar dan l-aspett mill-Kunsill fir-Regolament (KEE) Nru 2954/85; billi dawk ir-Regolamenti japplikaw mill-1 ta' Jannar 1988; billi għalhekk jidher li jkun aħjar li dik id-data tiġi addottat bħala l-estenzjoni tal-prospett statistiku prospett dwar il-kummerċ bejn l-Istati Membri biex ikopri l-mod ta' trasport; Billi l-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Istatistika tal-Kummerċ Barrani, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Mill-1 ta' Jannar 1988 il-Komunità u l-Istati Membri għandhom iżidu mad-data li huma jiġbru bi qbil ma' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2954/85 l-informazzjoni b'mod ta' trasport' msejħa fl-Artikolu 5(g) ta' dak ir-Regolament. Artikolu 2 Ħlief fil-każ ta' rikors tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1736/75 [3], l-arranġamenti għat-twassil tar-riżultati statistiċi tagħhom mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, mqassmin skond il-mod ta' trasport, jinkludu il-perjodu ta' riferenza, il-perjodiċità, l-intervall ta' twassil u, meta approprjat, il-kondizzjonijiet tal-kompilazzjonijiet tagħhom għar-raġunijiet ta' twassil, għandhom ikunu ibbażati skond il-prattika addottata biex jiġi applikat l-Artikolu 38(2) ta' dak ir-Regolament. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fl-24 ta' Novembru 1987. Għall-Kummissjoni Peter Schmidhuber Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 285, tal-25.10.1985, p. 1 [2] ĠU L 79, tal-21.3.1985, p. 7 [3] ĠU L 183, tal-14.7.1975, p. 3 --------------------------------------------------