Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31987R0678

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 678/87 tas-26 ta' Jannar 1987 fuq l-applikazzjoni tas-sistema taċ-Ċertifikati ta' oriġini provduti taħt il-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè meta l-kwoti jkunu sospiżi

    ĠU L 69, 12.3.1987, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/678/oj

    31987R0678



    Official Journal L 069 , 12/03/1987 P. 0001 - 0023
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0220
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0220


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 678/87

    tas-26 ta' Jannar 1987

    fuq l-applikazzjoni tas-sistema taċ-Ċertifikati ta' oriġini provduti taħt il-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè meta l-kwoti jkunu sospiżi

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 288/82 tal-5 ta' Frar 1982 fuq regoli komuni għall-importazzjonijiet [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 899/83 [2], u partikolarment Artikolu 16(1)(b) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi bis-saħħa tad-Deċiżjoni 83/539/KEE [3] il-Komunità kienet qed tapplika proviżorjament il-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 1983 sa minn meta daħal fis-seħħ proviżorjament fl-1 ta' Ottubru 1983;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 3761/83 [4] introduċa sistema ta' Ċertifikati ta' l-oriġini provduti mill-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 1983 meta l-kwoti huma fis-seħħ;

    Billi l-Bord Eżekuttiv ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè stabbilixxa regoli għall-applikazzjoni ta' sistema ta'Ċertifikati ta' l-oriġini taħt il-Ftehim meta l-kwoti huma sospiżi;

    Billi r-Regoli preskritti fir-Regolament (KEE)

    Nru 2686/76 [5] dwar is-sistema ta'Ċertifikati ta' l-oriġini provduti mill-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 1976 inbidel bir-regoli fuq imsemmija; billi r-Regolament (KEE) Nru 2686/76 għandu, għalhekk, jitħassar;

    Billi għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jimplimentaw is-sistema ġdida ta'Ċertifikati ġewwa l-Komunità u biex jipprovdu li tkun applikata mingħajr diskriminazzjoni bejn l-importaturi tal-Komunità;

    Billi biex tkun żgurata l-amministrazzjoni effiċjenti tas-sistema u biex tkun kjarifikata l-pożizzjoni rigward il-perjodi li matulhom dan ir-Regolament għandu attwalment jgħodd u biex jikkonforma mar-Regola 11 ta' l-Anness ta' dan ir-Regolament u mar-Regola 17 ta' l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3761/83, għandha ssir dispożizzjoni għall-Kummissjoni biex, skond id-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi kompetenti ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè u fi żmien meta l-kwoti huma sospiżi jew re-introdotti, tispeċifika d-data meta l-miżuri in kwistjoni isiru applikabbli jew ma jibqgħu applikabbli,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè, 1983 għandhom japplikaw ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema taċ-ċertifikati ta' l-oriġini meta l-kwoti huma sospiżi, adottati mill-Bord Eżekuttiv ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè u provduti fl-Anness f'dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-importazzjonijiet ġewwa l-Komunità ta' kafè u estratti, essenzi jew konċentrati ta' kafè li jaqgħu taħt is-subintestaturi 09.01 A u 21.02 A tat-Tariffa Komuni Doganali, li joriġinaw minn jew li jiġu minn membri jew li dawk li mhumiex tal-Ftehim, m'għandhomx ikunu soġġetti għas-sottomissjoni taċ-ċertifikati provduti fl-imsemmi Ftehim.

    Artikolu 3

    Esportazzjonijiet mill-Komunità ta' kafè u ta' l-estratti, essenzi jew konċentrati ta' kafè li jaqgħu fis-subintestatura 09.01 A u 21.02 A tat-Tariffa Komuni Doganali m'għandhomx ikunu soġġetti għas-sottomissjoni ta'Ċertifikati provduti f'dan il-Ftehim.

    Artikolu 4

    Il-Kummissjoni għandha tiffissa d-data minn fejn il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament għandhom isiru applikabbli jew ma jibqgħux applikabbli.

    Artikolu 5

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2686/76 qiegħed hawnhekk jiġi mħassar.

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament f'kull Stat Membru.

    Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Jannar 1987.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. Tindemans

    [1] ĠU Nru L 35, 9.2.1982, p. 1.

    [2] ĠU Nru L 103, 21.4.1983, p. 1.

    [3] ĠU Nru L 308, 9.11.1983, p. 1.

    [4] ĠU Nru L 379, 31.12.1983, p. 1.

    [5] ĠU Nru L 309, 10.11.1976, p. 1.

    --------------------------------------------------

    WERREJ

    Regola 1 Tifsiriet

    Regola 2 Tipi ta'Ċertifikati u speċifikazzjonijiet għall-istampa

    Regola 3 Perjodu ta' validità ta'Ċertifikati ta' Oriġini

    Regola 4 Immarkar ta' boroż u kontenituri oħra għall-esportazzjoni

    Regola 5 Esportazzjonijiet ta' kafè lil membri

    Regola 6 Responsabbilitajiet ta' esportaturi f'pajjiżi membri esportaturi

    Regola 7 Esportazzjoni ta' kafè lil dawk li mhumiex membri

    Regola 8 Kafè importat minn membri jew imqiegħed taħt kontroll doganali

    Regola 9 Ir-ritorn ta' timbri ta' esportazzjoni tal-kafè mhux użati

    Regola 10 Ir-ritorn ta' timbri tat-transitu tal-kafè mhux użati (T u NT)

    Regola 11 Applikazzjoni u sospenzjoni

    Regola 12 Arranġamenti transitorji

    Regola 13 Implimentazzjoni

    Regola 14 Emendi

    Regola 15 Konformità

    Anness 1 Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formola O

    Anness 1 A Miżuri ta' Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formula O

    Anness 1B Gwida ċentrali għal kif jimtela iċ-Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formula O

    Anness 2 Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formula X

    Anness 2A Miżuri ta' Ċertifikat ta' Oriġini fil-Formula X

    Anness 2B Gwida ċentrali għal kif jimtela iċ-ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formula X

    Anness 3 Lista ta' membri u n-numri tal-kodiċi tagħhom

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    REGOLI GĦALL-APPLIKAZZJONI TA' SISTEMA TA' ĊERTIFIKATI TA' L-ORIĠINI META L-KWOTI HUMA SOSPIŻI

    Regola 1

    TIFSIRIET

    Għall-finijiet ta' dawn ir-Regoli:

    Ċertifikat validu ta' l-oriġini fil-Formula O għall-esportazzjonijiet lill-pajjiżi membri ifisser Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formula O preskritta f'Anness 1, maħruġ skond dawn ir-Regoli minn aġenzija li tiċċertifika ta' pajjiż membru li qed jipproduċi minn fejn il-kafè hemm deskritt ikun ġie esportat, iżda:

    (a) id-destinazzjoni murija fiċ-Ċertifikat hija pajjiż membru;

    (b) iċ-Ċertifikat huwa immarkat "ORIĠINALI" u jkollu s-siġill tas-servizz tad-dwana tal-pajjiż membru produttur minn fejn il-kafè deskritt fiċ-Ċertifikat kien ġie esportat;

    (ċ) iċ-Ċertifikat għandu jkun validu biex ikopri biss il-kafè deskritt hemmhekk fiż-żmien li nħareġ; u

    (d) iċ-Ċertifikat ma jkunx tlesta qabel fil-Parti B u lanqas dikjarat invalidu mill-Organizzazzjoni.

    Ċertifikat validu ta' oriġini fil-Formula X għall-esportazzjonijiet lill-pajjiżi mhux membri ifisser Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formula X preskritta f'Anness 2, maħruġ skond dawn ir-Regoli minn aġenzija li tiċċertifika ta' pajjiż membru li qed jipproduċi minn fejn il-kafè hemm deskritt ikun ġie esportat, iżda

    (a) iċ-Ċertifikat huwa immarkat "ORIĠINALI" u jkollu s-siġill tas-servizz tad-dwana tal-pajjiż membru produttur minn fejn il-kafè deskritt fiċ-Ċertifikat kien ġie esportat;

    (b) iċ-Ċertifikat għandu jkun validu biex ikopri biss il-kafè deskritt hemmhekk fiż-żmien li nħareġ;

    Esportazzjoni ta' kafè ifisser kull kafè li jħalli t-territorju tal-pajjiż fejn jitkabbar il-kafè.

    Importazzjoni tal-kafè ifisser kull kafè li jidħol fit-territorju tad-dwana ta' kull pajjiż jew unjoni doganali u huwa rilaxxat mid-dwana, u, jekk meħtieġ, minn awtoritajiet kompetenti oħra biex il-kafè ikun rilaxxat għal kollox għall-ipproċessar u/jew konsum domestiku.

    Kafè taħt il-kontroll tad-dwana ifisser kafè li ma jistax joħroġ ′l barra miż-żona tal-ġurisdizzjoni tas-servizz tad-dwana mingħajr il-kunsens tiegħu.

    Servizz tad-dwana ifisser l-awtorità tad-dwana ta' membru jew ta' l-awtorità maħtura mill-membru għal dak il-għan u aċċettat mid-Direttur Eżekuttiv.

    Is-siġill tas-servizz tad-dwana ifisser timbru tad-dwana, preferibbilment imbuzzat, li huwa akkumpanjat bil-firma jew ekwivalenti ta' l-uffiċjal responsabbli għall-użu tiegħu flimkien mad-data ta' l-użu tiegħu.

    Aġenzija ta' ċertifikazzjoni ifisser aġenzija approvata taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 43(1), (2) u (5) tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 1983 biex ikunu amministrati u jitwettqu l-funzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 ta' dak l-Artikolu.

    Regola 2

    TIPI TA’ĊERTIFIKATI U SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-ISTAMPAR

    Ċertifikati ta' l-oriġini

    1. Ċertifikati ta' l-Oriġini għal-esportazzjonijiet lil Membri għandhom ikunu stampati fil-Formola O preskritta f'Anness 1 u għandhom jimtlew u jinħarġu skond dawn ir-Regoli. Gwida ġenerali fuq kif jimtlew dawn iċ-Ċertifikati tinstab f'Anness 1 B.

    2. Ċertifikati ta' Oriġini għal-esportazzjonijiet lil dawk li mhumiex membri għandhom ikunu stampati fil-Formola X preskritta f'Anness 2 u għandhom jimtlew u jinħarġu skond dawn ir-Regoli. Gwida ġenerali fuq kif jimtlew dawn iċ-Ċertifikati tinstab f'Anness 2 B.

    3. Minkejja id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta' din ir-Regola, kaxxa 10 taċ-Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formula O u l-kaxxa 11 taċ-Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formola X jistgħu jkunu modifikati biex iħallu massimu ta' ħames marki ta' identifikazzjoni ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè biex jiddaħħlu hemmhekk:

    EŻEMPJO

    Ċertifikat tal-Formola

    +++++ TIFF +++++

    Speċifikazzjonijiet biex ikunu stampati ċ-Ċertifikati

    4. Iċ-Ċertifikati għandhom ikunu ta' daqs ISO A4 (210 × 297 mm: 8⅓ × 11⅔ in) b'tolleranza massima ta ± 2mm (1/16 in).

    5. Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu f'oriġinal u ta' l-inqas f'żewġ kopji. Aġenziji taċ-ċertifikazzjoni jistgħu joħorġu kopji addizzjonali għall-użu intern kemm iridu skond il-konvenjenza jew il-ħtieġa.

    6. Għall-oriġinali taċ-Ċertifikati għandha tintuża karta bajda tal-polpa kimika, li tiżen mhux anqas minn 70 g/m2. Kull oriġinal għandu jkun immarkat b'mod ċar "ORIĠINALI".

    7. L-ewwel kopja taċ-Ċertifikati ta' l-Oriġini fil-Formoli O u X għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar "L-EWWEL KOPJA - għall-użu mill-ICO Londra" u għandha tkun stampata fuq karta ħadra.

    8. Kull kopja addizzjonali, li għandha tkun ta' kulur li mhux aħdar, għandha tkun immarkata biċ-ċar "KOPJA - għall-użu intern biss" u għandu jkollha dawk l-istruzzjonijiet addizzjonali li huma kunsidrati mixtieqa mill-aġenzija li toħroġ iċ-Ċertifikat.

    9. Ħlief kif miftiehem mod ieħor bejn membru u d-Direttur Eżekuttiv, kull membru għandu jkun responsabbli għall-istampar taċ-Ċertifikati li juża bil-mod kif preskritt f'Annessi 1 u 2. Biex ikun żgurat li ċ-Ċertifikati kollha huma stampati fi standard uniformi, il-miżuri li għandhom jintużaw mill-istampaturi huma murija f'Annessi 1-A u 2-A.

    10 Fuq l-ewwel u l-kopji sussegwenti taċ-Ċertifikati, l-ispazju allokat għall-Parti B fuq il-formoli taċ-Ċertifikati preskritti f'Annessi 1 u 2 jistgħu jitħallew vojta jew jistgħu jintużaw mill-membru konċernat għall-informazzjoni meħtieġa minnu jew mill-Organizzazzjoni għall-finijiet ta' statistika jew oħrajn.

    11. Iċ-Ċertifikati jistgħu ikunu stampati f'żewġ lingwi, li waħda minnhom, ħlief kif miftiehem mod ieħor bejn membru u d-Direttur Eżekuttiv, għandha tkun l-Ingliż. Meta aktar minn lingwa waħda hija wżata, it-tieni lingwa għandha tkun stampata jekk possibbli bil-korsiv.

    Regola 3

    PERJODU TA’ VALIDITÀ TAĊ-ĊERTIFIKATI TA’ L-ORIĠINI

    Iċ-Ċertifikati ta' l-Oriġini fil-Formula O u l-Formula X m'għandhomx ikollhom perjodu speċifikat ta' validità.

    Regola 4

    IMMARKAR TA’ BOROŻ U KONTENITURI OĦRA GĦALL-ESPORTAZZJONI

    Kull esportazzjoni tal-kafè għandha tkun allokata marka ta' identifikazzjoni ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè li għandha tkun unika għall-pakkett tal-kafè partikolari. Il-marka ta' identifikazzjoni għandha tkun stampata ġewwa kaxxa fuq il-boroż kollha jew kontenituri oħra jew stampati fuq strixxa tal-metall imwaħħla mal-boroż je kontenituri oħra, u għandha tidher fuq iċ-Ċertifikat ta' l-Oriġini rilevanti. Għandha tkun komposta min-numru tal-kodiċi tal-pajjiż membru (sa tliet ċifri li għandhom ikunu allokati mill-Organizzazzjoni [1]), in-numru tal-kodiċi ta' min kabbru jew ta' l-esportatur (sa erba "ċifri għandhom ikunu allokati mill-membru lil kull min ikabbar jew l-esportatur) u n-numru f'serje tal-pakkett tal-kafè (sa erba" ċifri għandhom ikunu provduti minn min ikabbar jew l-esportatur għal kull pakkett li jesporta, jibda bin-numru "1" għall-ewwel pakkett esportat fi jew wara l-1 ta' Ottubru kull sena u jipproċedi f'sekwenza sat-30 ta' Settembru s-sena ta' wara).

    EŻEMPJU:

    27 (Kodiċi tal-pajjiż) | 1 (Kodiċi ta' l-esportatur jew ta' min ikabbar) | 17 (Numru tal-pakkett) |

    Biex tippermetti proċessar mekkaniku mill-Organizzazzjoni huwa meħtieġ li l-marka ta' identifikazzjoni m'għandiex f'kull ċirkostanza tkun komposta minn iżjed minn ħdax-il ċifra.

    Regola 5

    ESPORTAZZJONIJIET TAL-KAFÈ LILL-MEMBRI

    1. Bla ħsara għall-eċċezzjonijiet deskritti fil-paragrafu 10 ta' din ir-Regola, kull esportazzjoni tal-kafè minn kull membru lil kull membri ieħor għandha tkun koperta b'Ċertifikat validu ta' l-Oriġini fil-Formula O mimlija u maħruġa skond dawn ir-Regoli.

    2. Il-boroż jew il-kontenituri l-oħra għandu jkollhom marka ta' identifikazzjoni ICO skond id-dispożizzjonijiet tar-Regola 4.

    3. L-oriġinal u l-ewwel kopja ta' kull Ċertifikat ta' Oriġini fil-Formula O għandha jkollha s-siġill tas-servizz tad-dwana tal-membru li qed joħroġhom. Dan għandu jkun applikat mis-servizz tad-dwana meta jkun sodisfatt li ser isseħħ l-esportazzjoni.

    4. L-oriġinal ta' kull Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formula O għadu jingħata lill-esportatur jew l-aġent tiegħu biex jakkumanjaw id-dokumenti tat-trasport. Il-marka ta' identifikazzjoni ICO u n-numru ta' riferenza taċ-Ċertifikat ta' Oriġini (kompost mill-kodiċi tal-pajjiż, kodiċi tal-port u n-numru f'serje) għandu, ħlief jekk ma jkunx miftiehem xort'oħra bejn membru u d-Direttur Eżekuttiv, ikun inkluż fil-fattura u/jew il-polza (poloz).

    5. L-ewwel kopja ta' kull Ċertifikat ta' Oriġini fil-Formula O flimkien ma’ kopja tal-polza rilevanti għandhom jintbagħtu bl-aktar mezz sigur u mgħaġġel lill-Organizzazzjoni mill-membru li joħroġhom kemm jista’ jkun malajr u f'kull każ fi żmien 21 jum mid-data tat-trasport. Jekk pakkett tal-kafè jimxi fuq l-art sad-destinazzjoni tiegħu, minflok polza kopja tal-way-bill rilevanti jew xi dokument ekwivalenti għandha takkumpanja l-ewwel kopja taċ-Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formula O mibgħuta lill-Organizzazzjoni.

    6. L-ewwel kopji taċ-Ċertifikati ta' l-Oriġini fil-Formula O u l-poloz jew dokumenti ekwivalenti mibgħuta lill-Organizzazzjoni taħt id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5 ta' din ir-Regola għandhom jintbagħtu f'gruppi ingeżwra tajjeb f'mhux iżjed minn 50 set [2]. Kull grupp għandu jkollu biss dokumenti maħruġa biex ikopru esportazzjonijiet magħmula fl-istess xahar.

    7. Kull grupp ta'Ċertifikati u poloz jew dokumenti ekwivalenti għandhom ikunu akkumpanjati b'nota li telenka n-numru ta' referenza ta' kull dokument anness hemmhekk u l-kwantità ta' kafè netta koperta b'kull dokument. Kull grupp ta' dokumenti u n-nota li takkumpanjah għandu jkollu numru f'serje. Kopja tan-nota għandha tintbagħat simultanjament lill-Organizzazzjoni taħt kopertura separata.

    8. Ħlief kif miftiehem xort'oħra bejn membru u d-Direttur Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrikonoxxi l-irċevuta ta' kull grupp ta' dokumenti bit-timbri u għandha tintbagħat lura n-nota.

    9. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 ta' din ir-Regola, jekk il-port marittimu tat-trasport mhux fil-pajjiż ta' oriġini tal-kafè u l-membru isib li mhux prattiku li jinħarġu Ċertifikati ta' l-Oriġini mimlija fil-Formula O qabel l-esportazzjoni mill-oriġini, il-membru jista’ jagħmel arranġamenti għall-ħruġ taċ-Ċertifikati ta' l-Oriġini fil-Formula O, jew parzjalment jew f'kollox, minn aġenzija li tinstab fil-port marittimu tat-trasport u għall-ewwel kopji ta' Ċertifikati mimlija u l-poloz rilevanti li għandhom jintbagħtu lill-Organizzazzjoni. Dawn l-arranġamenti kollha għandhom ikunu miftehma bejn il-membru u d-Direttur Eżekuttiv.

    10. Ċertifikati ta' l-Oriġini fil-Formula O m'għandhomx għalfejn jinħarġu biex ikopru:

    (a) kwantitajiet żgħar ta' kafè għall-konsum dirett bħala proviżjonijiet fuq vapuri, inġenji ta' l-ajru u carriers oħra kummerċjali internazzjonali; u

    (b) kampjuni u pakketti sa piż massimu nett ta' 60 kilogramma ta' kafè aħdar jew l-ekwivalenti tiegħu, jiġiferi:

    (i) 120 kilogramma ta' dried coffee cherry; jew

    (ii) 75 kilogramma ta' parchment coffee; jew

    (iii) 50,4 kilogramma ta' kafè inkaljat; jew

    (iv) 23 kilogramma ta' kafè li jinħall jew likwidu.

    11. Aġenziji ta' ċertifikazzjoni għandhom iżommu rekords taċ-Ċertifikati ta' l-Oriġini fil-Formula O li huma joħorġu għall- perjodu ta' mhux iżjed minn erba’ snin. Dawn ir-rekords għandhom ikunu disponibbli għad-Direttur Eżekuttiv fuq talba.

    12. Kull membu esportatur għandu jagħti lid-Direttur Eżekuttiv kull informazzjoni li jista’ jitlob fir-rigward ta' esportazzjonijiet tal-kafè koperti biċ-Ċertifikati ta' l-Oriġini fil-formula O inkluż rekords tal-port u tad-dwana. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jistabbilixxi proċedura għall-ispezzjoni ta' din l-informazzjoni.

    Regola 6

    RESPONSABBILITAJIET TA’ L-ESPORTATURI FIL-PAJJIŻI MEMBRI LI JESPORTAW

    1. Ir-responsabbilità biex ikun żgurat l-użu xieraq taċ-Ċertifikati ta' l-Oriġini taqa’ fuq il-membri esportaturi.

    2. Kull membru esportatur għandu jkun responsabbli biex jeżiġi mill-esportaturi li ifittxu l-kooperazzjoni tax-xerrejja biex jiżguraw li l-oriġinal ta' kull Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formula O li jkopri pakkett ta' kafè importat f'pajjiż membru huwa preżentat lis-servizz tad-dwana tal-pajjiż importatur u l-oriġinal ta' kull Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formula O li jkopri pakkett ta' kafè li d-destinazzjoni tiegħu nbidlet għall-pajjiż mhux membru jintbagħat minnufih lill-Organizzazzjoni min-negozjant li qed ibiegħ il-kafè lill-pajjiż mhux membru immarkat "irtirat, destinazzjoni mibdula għal… (isem tal-pajjiż mhux membru)".

    Regola 7

    ESPORTAZZJONIJIET TA’ KAFÈ LIL DAWK LI MHUMIEX MEMBRI

    1. Bla ħsara għall-eċċezzjonijiet deskritti fil-paragrafu 10 ta' din ir-Regola, kull esportazzjoni ta' kafè minn kull membru lil dak li mhux membru għandu jkun kopert b'Ċertifikat ta' l-Oriġini validu fil-Formula X mimlija u maħruġa skond dawn ir-Regoli.

    2. Il-boroż kollha jew il-kontenituri l-oħra għandhom ikollhom marka ta' identifikazzjoni ICO skond id-dispożizzjonijiet tar-Regola 4.

    3. Membri li qed jipproduċu għandhom jiżguraw li l-boroż kollha jew kontenituri oħra f'kunsinni destinati direttament jew indirettament lil dawk li mhumiex membri huma immarkati ċar "MHUX MEMBRU" f'ittri ħoxnin ħomor.

    4. L-oriġinal u l-ewwel kopja ta' kull Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formula X għandu jkollha s-siġill tas-servizz tad-dwana tal-membru li ħariġhom. Dan għandu jkun applikat mis-servizz doganali meta jkun sodisfatt ser issir l-esportazzjoni. Oriġinali taċ-Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formula X għandhom ikunu irtirati u, flimkien ma’ l-ewwel kopja ta' kull Ċertifikat u kopja tal-polza rilevanti, għandhom jintbagħtu bl-aktar mezz sigur u mgħaġġel lill-Organizzazzjoni mill-membru li joħroġhom kemm jista’ jkun malajr u f'kull każ fi żmien 21 jum mid-data tat-trasport. Jekk pakkett tal-kafè jimxi fuq l-art sad-destinazzjoni tiegħu, minflok polza kopja tal-way-bill rilevanti jew xi dokument ekwivalenti għandha takkumpanja l-oriġinal u l-ewwel kopja taċ-Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formula X mibgħuta lill-Organizzazzjoni.

    5. L-oriġinali u l-ewwel kopji taċ-Ċertifikati ta' l-Oriġini fil-Formula X u l-poloz jew dokumenti ekwivalenti mibgħuta lill-Organizzazzjoni taħt id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 ta' din ir-Regola għandhom jintbagħtu f'gruppi ingeżwra tajjeb f'mhux iżjed minn 50 set [3]. Kull grupp għandu jkollu biss dokumenti maħruġa biex ikopru esportazzjonijiet magħmula fl-istess xahar.

    6. Kull grupp ta'Ċertifikati u poloz jew dokumenti ekwivalenti għandhom ikunu akkumpanjati b'nota li telenka n-numru ta' referenza ta' kull dokument anness hemmhekk u l-kwantità ta' kafè netta koperta b'kull dokument. Kull grupp ta' dokumenti u n-nota li takkumpanjah għandu jkollu numru f'serje. Kopja tan-nota għandha tintbagħat simultanjament lill-Organizzazzjoni taħt kopertura separata.

    7. Ħlief kif miftiehem xort'oħra bejn membru u d-Direttur Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrikonoxxi l-irċevuta ta' kull grupp ta' dokumenti bit-timbri u għandha tintbagħat lura n-nota.

    8. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 4 ta' din ir-Regola, jekk il-port marittimu tat-trasport mhux fil-pajjiż ta' oriġini tal-kafè u l-membru isib li mhux prattiku li jinħarġu Ċertifikati ta' l-Oriġini mimlija fil-Formula X qabel l-esportazzjoni mill-oriġini, il-membru jista’ jagħmel arranġamenti għall-ħruġ taċ-Ċertifikati ta' l-Oriġini fil-Formula X, jew parzjalment jew f'kollox, minn aġenzija li tinstab fil-port marittimu tat-trasport u għall-ewwel kopji ta' Ċertifikati mimlija u l-poloz rilevanti li għandhom jintbagħtu lill-Organizzazzjoni. Dawn l-arranġamenti kollha għandhom ikunu miftehma bejn il-membru u d-Direttur Eżekuttiv.

    9. Il-marka ta' identifikazzjoni ICO u n-numru ta' riferenza taċ-Ċertifikat ta' l-Oriġini (kompost mill-kodiċi tal-pajjiż, kodiċi tal-port u n-numru f'serje) għandu, ħlief jekk ma jkunx miftiehem xort'oħra bejn membru u d-Direttur Eżekuttiv, ikun inkluż fil-fattura u/jew il-polza (poloz).

    10. Ċertifikati ta' l-Oriġini fil-Formula X m'għandhomx għalfejn jinħarġu biex ikopru:

    (a) kwantitajiet żgħar ta' kafè għall-konsum dirett bħala proviżjonijiet fuq vapuri, inġenji ta' l-ajru u carriers oħra kummerċjali internazzjonali; u

    (b) kampjuni u pakketti sa piż massimu nett ta' 60 kilogramma ta' kafè aħdar jew l-ekwivalenti tiegħu, jiġifieri:

    (i) 120 kilogramma ta' dried coffee cherry; jew

    (ii) 75 kilogramma ta' parchment coffee; jew

    (iii) 50,4 kilogramma ta' kafè inkaljat; jew

    (iv) 23 kilogramma ta' kafè li jinħall jew likwidu.

    11. Aġenziji ta' ċertifikazzjoni għandhom iżommu records taċ-Ċertifikati ta' l-Oriġini fil-Formula O li huma joħorġu għall-perjodu ta' mhux iżjed minn erba’ snin. Dawn ir-rekords għandhom ikunu disponibbli lid-Direttur Eżekuttiv wara talba.

    12. Kull membru esportatur għandu jagħti lid-Direttur Eżekuttiv kull informazzjoni li jista’ jitlob fir-rigward ta' esportazzjonijiet tal-kafè koperti biċ-Ċertifikati ta' l-Oriġini fil-formula X inkluż rekords tal-port u tad-dwana. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jistabbilixxi proċedura għall-ispezzjoni ta' din l-informazzjoni.

    Regola 8

    KAFÈ IMPORTAT MILL-MEMBRI JEW MPOĠĠIJA TAĦT IL-KONTROLL TAD-DWANA

    1. Kif provdut f’Artikolu 2(5) tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 1983, membri li jimportaw, waqt li mhuma taħt l-ebda obbligu li jeżiġu li Ċertifikati jakkumpanjaw il-kunsinni meta l-kwoti mhumiex fis-seħħ, għandhom jikkooperaw bi sħiħ ma’ l-Organizzazzjoni fil-ġbir u l-verifika taċ-Ċertifikati rigward kunsinni rċevuti minn pajjiżi membri esportaturi biex jiżguraw li l-aktar informazzjoni hija disponibbli għall-membri kollha.

    2. Skond il-paragrafu 1 ta' din ir-Regola, kull meta l-kafè huwa importat ġewwa pajjiż membru jew impoġġi taħt kontroll tad-dwana u Ċertifikat ta' l-Oriġini oriġinali fil-Formula O huwa preżentat lis-servizz tad-dwana, dan ta' l-aħħar għandu jivverifika l-kwantità tal-kafè importat u għandu jimla t-taqsima tax-xellug tal-Parti B taċ-Ċertifikat skond l-istruzzjonijiet li jinsabu fil-paragrafu 18 ta' Anness 1-B. Kull meta ssir il-verifika tal-piż is-servizz tad-dwana għandu jdaħħal il-piż attwali nett importat taħt "Osservazzjonijiet" fil-kaxxa 18 fil-Parti B taċ-Ċertifikat.

    3. Oriġinali taċ-Ċertifikati ta' l-Oriġini miġbura skond il-paragrafi 1 u 2 ta' din ir-Regola għandhom jintbagħtu lill-Organizzazzjoni bl-aktar mezz sigur u mgħaġġel lill-Organizzazzjoni mill-membru li joħroġhom kemm jista’ jkun malajr u f'kull każ fi żmien 30 jum mill-għeluq tax-xahar tal-ġabra.

    4. Oriġinali ta'Ċertifikati ta' oriġini mibgħuta lill-Organizzazzjoni taħt id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta' din ir-Regola għandhom jintbagħtu f'gruppi imgeżwra tajjeb ta' mhux aktar minn 100.

    5. Ħlief kif miftiehem mod ieħor bejn membru u d-Direttur Eżekuttiv, kull grupp ta'Ċertifikati għandu jkun akkumpanjat b'nota li telenka n-numri ta' riferenza taċ-Ċertifikati ta' l-Oriġini hemm misjuba. Il-lista għandha turi wkoll il-kwantità netta tal-kafè koperta b'kull dokument. Kull grupp tad-dokumenti u n-nota li takkumpanjhom għandu jkollu numru fis-serje. Kopja tan-nota għandha tintbagħat simultanjament lill-Organizzazzjoni taħt kopertura separata.

    6. Ħlief kif miftiehem xort'oħra bejn membru u d-Direttur Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrikonoxxi l-irċevuta ta' kull grupp ta' dokumenti billi tkun ttimbrata u tintbagħat lura n-nota.

    7. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 6 ta' din ir-Regola, kull membru li jixtieq jikkoopera iżjed u biex jipprovdi l-informazzjoni fir-rigward ta' kafè importat mingħajr il-preżentazzjoni ta' Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-formula O għandu jaqbad lid-Direttur Eżekuttiv biex jistabbilixxi l-proċeduri xierqa li għandhom ikunu segwiti.

    Regola 9

    RITORN TA’ TIMBRI TAL-KAFÈ TA’ L-ESPORTAZZJONI MHUX UŻATI

    Fil-jum meta l-kwoti huma sospiżi l-membri esportaturi għandhom jieqfu milli jivvalidaw iċ-Ċertifikati ta' l-Oriġini fil-Formola O bit-timbri ta' l-esportazzjoni tal-kafè. Fi żmien 30 jum mid-data tas-sospenzjoni tal-kwoti aġenziji li jiċċertifikaw għandhom jibagħtu lura timbri mhux użati ta' kafè għall-esportazzjoni lill-aġent appuntat mid-Direttur Eżekuttiv li jżomm dawn it-timbri u għandhom jagħtu parir lid-Direttur Eżekuttiv bil-valur u d-denominazzjonijiet tat-timbri mibgħuta lura lill-aġent. Jekk l-ebda aġent ma kien appuntat l-aġenzija taċ-Ċertifikazzjoni għandha tibgħat lura t-timbri mhux użati direttament lid-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien 45 jum mid-data tas-sospenzjoni tal-kwoti l-aġent għandu jibgħat lid-Direttur Eżekuttiv kont finali fuq it-timbri riċevuti u maħruġa matul is-sena tal-kafè. L-aġent għandu jżomm it-timbri kollha mhux użati fil-pendenza li jirċievi struzzjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv fuq id-disponiment tagħhom.

    Regola 10

    RITORN TA’ TIMBRI TAL-KAFÈ TAT-TRANSITU MHUX UŻATI(T U NT)

    Fi żmien tletin ġurnata mis-sospenzjoni tal-kwoti aġenziji li jiċċertifikaw għandhom jibagħtu lura timbri mhux użati tat-transitu kollha (T u NT) lill-aġent appuntat biex jirċievi dawn it-timbri. Fi żmien 45 jum mid-data tas-sospenzjoni tal-kwoti l-aġent għandu jirrapporta lid-Direttur Eżekuttiv fuq it-timbri tat-transitu (T u NT) riċevuti u maħruġa matul is-sena tal-kafè. L-aġent għandu jżomm it-timbri kollha tat-transitu mhux użati fil-pendenza li jirċievi struzzjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv fuq id-disponiment tagħhom.

    Regola 11

    APPLIKAZZJONI U SOSPENZJONI

    Ħlief kif provdut jew altrimenti differit bir-resoluzzjoni tal-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè, dawn ir-Regoli għandhom ikunu applikati fid-data ta' meta l-kwoti ikunu sospiżi u għandhom ma jibqgħux jgħoddu fid-data meta l-kwoti huma introdotti. Minn hemm ′il quddiem, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidiex xort'oħra, għandhom jerġgħu jgħoddu fid-data meta l-kwoti huma sospiżi u għandhom ma jgħoddux aktar fid-data meta l-kwoti huma introdotti mill-ġdid.

    Regola 12

    ARRANĠAMENTI TRANSITORJI

    1. Kull meta l-kwoti ikunu sospiżi, kull membru li jimporta għandu jibqa’ jiġbor u jivverifika ċ-Ċertifikati kollha maħruġa skond ir-Regoli għall-Applikazzjoni ta' Sistema ta' Ċertifikati ta' l-Oriġini meta hemm fis-seħħ kwoti biex ikopru kafè esportat qabel id-data ta' sospenzjoni.

    2. Ċertifikati miġbura taħt id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' din ir-Regola għandhom ikunu trattati skond dak li hemm imfisser fir-Regola 8.

    Regola 13

    IMPLIMENTAZZJONI

    Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkolu r-responsabbilità li jieħu dik l-azzjoni li jikkonsidra xierqa biex jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri dwar iċ-Ċertifikati ta' l-Oriġini provduti f'dan il-Ftehim u f'dawn ir-Regoli.

    Regola 14

    EMENDI

    Il-Bord Eżekuttiv għandu jżomm dawn ir-Regoli taħt stħarriġ u jista’ jagħmel dawk l-emendi kif jikkunsidra mixtieqa.

    Regola 15

    KONFORMITÀ

    Jekk wara d-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-regoli membru li jesporta joħroġ Ċertifikati ta' l-Oriġini fil-Formola O fejn jingħad li qed ikunu koperti esportazzjonijiet lill-pajjiżi membri li jimportaw u jkun stabbilit li ċ-Ċertifikati jkopru kafè mhux prodott minn dak il-membru, il-Kunsill jista’ jnaqqas ammont korrispondenti mill-ewwel kwota annwali stabbilità għal dak il-membru.

    [1] Ara Anness 3.

    [2] Set ikun jikkonsisti mill-ewwel kopja taċ-Ċertifikat ta' Oriġini fil-Formola O u kopja tal-polza relevanti jew dokument ekwivalenti jew l-oriġinal u l-ewwel kopja taċ-Ċertifikat ta' Oriġini fil-Formola X u kopja tal-polza relevanti jew dokument ekwivalenti.

    [3] Set ikun jikkonsisti mill-ewwel kopja taċ-Ċertifikat ta' Oriġini fil-Formola X u kopja tal-polza relevanti jew dokument ekwivalenti jew l-oriġinal u l-ewwel kopja taċ-Ċertifikat ta' Oriġini fil-Formola O u kopja tal-polza relevanti jew dokument ekwivalenti.

    --------------------------------------------------

    ANNESS 1

    ĊERTIFIKAT TA' L-ORIĠINI FIL-FORMULA O

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS 1A

    ĊERTIFIKAT TA’ L-ORIĠINI FIL-FORMULA O GĦALL-ESPORTAZZJONI LIL MEMBRI

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Anness 1 B

    Gwida ġenerali għall-mili taċ-Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formula O

    ĊERTIFIKAT TA' L-ORIĠINI GĦALL-ESPORTAZZJONIIET LILL-MEMBRI

    PARTI A

    Għandu jimtela mill-aġenzija li tiċċertifika u s-servizz tad-dawna tal-membru li joħorġu

    1. Ħalli vojt.

    2. In-numru ta' riferenza għandu jinkludi n-numru tal-kodiċi tal-membru li joħroġ iċ-Ċertifikat (ara Anness 3 ma "dawn ir-Regoli) u n-numru tal-kodiċi tal-port jew punt ġewwa l-art ta' l-esportazzjoni (żewġ ċifri għandhom jingħataw mill-membru). Dan il-prefiss sa ħames ċifri għandu jkun segwit bin-numru fis-serje taċ-Ċertifikat (kull aġenzija li tiċċertifika għandha tiżgura li n-numru taċ-Ċertifikati ta' l-Oriġini fil-Formula O li toħroġ għandu jibda b""1" fl-1 ta' Ottubru kull sena u għandu jipproċedi konsekuttivament sat-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara).

    3. Niżżel l-isem tal-pajjiż fejn il-kafè kien prodott.

    4. Niżżel l-isem tal-pajjiż tad-destinazzjoni.

    5. Niżżel l-isem tal-bastiment li fuqu ser ikun ikkunsinnat il-kafè. Jekk il-kafè mhux ser jintbagħat bil-baħar, niżżel l-informazzjoni xierqa dwar il-forma tat-trasport, per eżempju, trakk, barkun, ferrovija.

    6. Niżżel l-isem tal-port jew post ieħor fejn il-kafè għandu jitgħabba u l-isem ta' kull port jew punt ta' transitu fejn il-kafè ser jinħatt qabel ma jerġa "jintbagħat fid-destinazzjoni murija fiċ-Ċertifikat. Jekk il-kafè qed jipproċedi direttament lejn id-destinazzjoni tiegħu niżżel il-kelma" dirett.

    7. Niżżel id-data meta l-kafè għandu jkun konsenjat.

    8. Ħalli vojt (għall-użu mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè).

    9. Niżżel l-isem tal-port jew post ieħor fejn il-kafè huma destinat.

    10. Il-boroż jew kontenituri f'kull pakkett tal-kafè kopert b'Ċertifikat ta' l-Oriġini waħdieni għandhom ikollhom marka ta' identifikazzjoni ICO unika, stampata ġewwa kaxxa jew ittimbrata fuq strixxa tal-metall mwaħħla mal-boroż jew kontenituri oħra. Niżżel l-marka ta' l-identifikazzjoni ICO u kull marka addizzjonali tal-kunsinna jew identifikazzjoni oħra fl-ispazji provduti.

    Nota:

    Jekk il-membru għażel Ċertifikat ta' l-Oriġini fejn il-kaxxa nru 10 kienet modifikata biex tħalli aktar minn marka ICO waħda li titniżżel kif provdut fil-paragrafu 3 tar-Regola 2 ta' dawn ir-Regoli u mhemmx spazju fejn jitniżżlu marki tal-konsenji addizzjonali f'din il-kaxxa, il-marki adizzjonali tal-konsenja għandhom, safejn possibbli, jintwerew kollha fil-kaxxa 15.

    11. Niżżel in-numru tal-boroż jew kontenituri oħra.

    12. Immarka "x" fil-kaxxa xierqa. Jekk qed ikun esportat kafè li mhux aħdar, inkaljat jew li jinħall, speċifika l-forma ta' dan il-kafè fil-kaxxa 15 (ara d-definizzjonijiet f'Artikolu 3 tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 1983). Jekk esportazzjoni tal-kafè tinkludi iktar minn forma waħda ta' kafè, jenħtieġuĊertifikati separati għal kull forma ta' kafè inkluż fil-kunsinna.

    13. Niżżel il-piż nett, arrotondit sa l-eqreb unità sħiħa (libbra tekwivali 0,4536 kilogramma).

    14. Speċifika l-unità tal-piż bl-immarkar ta' "x" fil-kaxxa xierqa.

    15. Niżżel kull informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-pakkett tal-kafè deskritt fiċ-Ċertifikat.

    16. Is-servizz tad-dwana fil-port jew post ieħor minn fejn il-kafè huwa esportat għandu jittimbra ċ-Ċertifikat bħala konferma li l-esportazzjoni ser isseħħ. L-uffiċjal tad-dwana awtorizzat li japplika t-timbru għandu jiffirma u jiddata ċ-Ċertifikat fl-ispazji provduti.

    17. L-uffiċjal li jiċċertifika għandu jittimbra ċ-Ċertifikat bit-timbru ta' l-aġenżija li tiċċertifika u għandu jiffirma u jiddata ċ-Ċertifikat fl-ispazji provduti.

    IMPORTANTI

    L-ewwel kopja ta' kull Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formula O għandha tintbagħat lill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè flimkien ma kopja tal-polza rilevanti jew dokument ekwivalenti fi żmien 21 jum mid-data tal-kunsinna.

    PARTI B

    Għandha timtela mis-servizz tad-dwana li jirtira ċ-Ċertifikat

    18. Is-servizz tad-dwana tal-pajjiż ta' importazzjoni jew fejn jitpoġġa l-kafè taħt kontroll tad-dwana għandu:

    (i) jirtira ċ-Ċertifikat;

    (ii) iniżżel n-numru tal-formula tad-dwana jekk il-kafè kien importat u kull osservazjoni rilevanti.

    (iii) iniżżel il-post, id-data ta' l-importazzjoni jew fejn jinsab il-kafè u d-data meta tpoġġa taħt il-kustodja tiegħu; u

    (iv) jagħmel is-siġill bħala konferma li l-kafè kien importat jew mpoġġi taħt il-kontroll tiegħu.

    IMPORTANTI

    Kull Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formula O oriġinali irtirat mis-servizz tad-dwana għandu jintbagħat lill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè fi żmien 30 jum mill-għeluq tax-xahar tal-ġabra.

    --------------------------------------------------

    ANNESS 2

    ĊERTIFIKAT TA' L-ORIĠINI FIL-FORMULA X

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS 2

    ĊERTIFIKAT TA' L-ORIĠINI FIL-FORMULA X

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS 2 B

    Gwida ġenerali għall-mili taċ-Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formula X

    ĊERTIFIKAT TA' L-ORIĠINI GĦALL-ESPORTAZZJONIIET LIL DAWK MHUX MEMBRI

    PARTI A

    Għandu jimtela mill-aġenzija li tiċċertifika u s-servizz tad-dwana tal-membru li joħorġu

    1. Niżżel l-isem u l-indirizz ta' l-esportatur.

    2. Niżżel l-isem u l-indirizz ta' l-importatur, jew jekk mhux disponibbli, l-isem u l-indirizz tax-xerrej.

    3. In-numru ta' riferenza għandu jinkludi n-numru tal-kodiċi tal-membru li joħroġ iċ-Ċertifikat (ara Anness 3 ma' dawn ir-Regoli) u n-numru tal-kodiċi tal-port jew punt ġewwa l-art ta' l-esportazzjoni (żewġ ċifri għandhom jingħataw mill-membru). Dan il-prefiss sa ħames ċifri għandu jkun segwit bin-numru fis-serje taċ-Ċertifikat (kull aġenzija li tiċċertifika għandha tiżgura li n-numru taċ-Ċertifikati ta' l-Oriġini fil-Formula O li toħroġ għandu jibda b' "1" fl-1 ta' Ottubru kull sena u għandu jipproċedi konsekuttivament sat-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara).

    4. Niżżel l-isem tal-pajjiż fejn il-kafè kien prodott.

    5. Niżżel l-isem tal-pajjiż tad-destinazzjoni.

    6. Niżżel l-isem tal-bastiment li fuqu ser ikun ikkunsinnat il-kafè. Jekk il-kafè mhux ser jintbagħat bil-baħar, niżżel l-informazzjoni xierqa dwar il-forma tat-trasport, per eżempju, trakk, barkun, ferrovija.

    7. Niżżel l-isem tal-port jew post ieħor fejn il-kafè għandu jitgħabba u l-isem ta' kull port jew punt ta' transitu fejn il-kafè ser jinħatt qabel ma jerġa' jintbagħat fid-destinazzjoni murija fiċ-Ċertifikat. Jekk il-kafè qed jipproċedi direttament lejn id-destinazzjoni tiegħu niżżel il-kelma' dirett.

    8. Niżżel id-data meta l-kafè għandu jkun konsenjat.

    9. Ħalli vojt (għall-użu mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè).

    10. Niżżel l-isem tal-port jew post ieħor fejn il-kafè huwa destinat.

    11. Il-boroż jew kontenituri f'kull pakkett tal-kafè kopert b'Ċertifikat ta' l-Oriġini waħdieni għandhom ikollhom marka ta' identifikazzjoni ICO unika, stampata ġewwa kaxxa jew ittimbrata fuq strixxa tal-metall mwaħħla mal-boroż jew kontenituri oħra. Niżżel l-marka ta' l-ientifikazzjoni ICO u kull marka addizzjonali tal-kunsinna jew identifikazzjoni oħra fl-ispazji provduti.

    Nota:

    Jekk il-membru għażel Ċertifikat ta' l-Oriġini fejn il-kaxxa 11 kienet modifikata biex tħalli aktar minn marka ICO waħda li titniżżel kif provdut fil-paragrafu 3 tar-Regola 2 ta' dawn ir-Regoli u mhemmx spazju fejn jitniżżlu marki tal-konsenji addizzjonali f'din il-kaxxa, il-marki adizzjonali tal-konsenja għandhom, safejn possibbli, jintwerew kollha fil-kaxxa 16.

    12. Niżżel in-numru tal-boroż jew kontenituri oħra.

    13. Immarka "x" fil-kaxxa xierqa. Jekk qed ikun esportat kafè li mhux aħdar, inkaljat jew li jinħall, speċifika l-forma ta' dan il-kafè fil-kaxxa 16 (ara d-definizzjonijiet f'Artikolu 3 tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 1983). Jekk esportazzjoni tal-kafè tinkludi iktar minn forma waħda ta' kafè, jenħtieġuĊertifikati separati għal kull forma ta' kafè inkluż fil-kunsinna.

    14. Niżżel il-piż nett, arrotondit sa l-eqreb unità sħiħa (libbra tekwivali 0,4536 kilogramma).

    15. Speċifika l-unità tal-piż bl-immarkar ta' "x" fil-kaxxa xierqa.

    16. Niżżel kull informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-pakkett tal-kafè deskritt fiċ-Ċertifikat.

    17. Is-servizz tad-dwana fil-port jew post ieħor minn fejn il-kafè huwa esportat għandu jittimbra ċ-Ċertifikat bħala konferma li l-esportazzjoni ser isseħħ. L-uffiċjal tad-dwana awtorizzat li japplika t-timbru għandu jiffirma u jiddata ċ-Ċertifikat fl-ispazji provduti.

    18. L-uffiċjal li jiċċertifika għandu jittimbra ċ-Ċertifikat bit-timbru ta' l-aġenżija li tiċċertifika u għandu jiffirma u jiddata ċ-Ċertifikat fl-ispazji provduti.

    IMPORTANTI

    L-ewwel kopja ta' kull Ċertifikat ta' l-Oriġini fil-Formula O għandha tintbagħat lill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè flimkien ma' kopja tal-polza rilevanti jew dokument ekwivalenti fi żmien 21 jum mid-data tal-kunsinna.

    PARTI B

    (Għall-użu mill-aġent tad-Direttur Esekuttiv jekk miżuri għall-verifika ta' l-esportazzjonijiet lil dawk li mhumiex membri huma introdotti mill-ġdid)

    --------------------------------------------------

    ANNESS 3

    LISTA TA' MEMBRI U N-NUMRI TAL-KODIĊI TAGĦHOM

    Membri li jesportaw | Membri li jimportaw |

    Angola | 158 | Awstralja | 51 |

    Benin | 22 | Austria | 52 |

    Bolivia | 1 | Belġju/Lussemburgu | 53 |

    Brażil | 2 | Kanada | 54 |

    Burundi | 27 | Ċipru | 86 |

    Cameroon | 19 | Danimarka | 56 |

    Repubblika Afrikana Ċentrali | 20 | Fiji | 236 |

    Kolumbja | 3 | Filandja | 71 |

    Congo | 21 | Franza | 58 |

    Costa Rica | 5 | Repubblika Federali tal–Ġermanja | 57 |

    Costa ta' l-Avorju | 24 | Greċja | 91 |

    Cuba | 6 | Irlanda | 98 |

    Repubblika Dominikana | 7 | Italja | 59 |

    Ecuador | 8 | Ġappun | 60 |

    El Salvador | 9 | Olanda | 61 |

    Ginea Ekwatorjali | 167 | New Zealand | 70 |

    Etjopja | 10 | Norveġja | 62 |

    Gabon | 23 | Portugall | 31 |

    Ghana | 38 | Singapore | 132 |

    Guatemala | 11 | Spanja | 63 |

    Ginea | 92 | Svezja | 64 |

    Haiti | 12 | Svizzera | 65 |

    Honduras | 13 | Renju Unit | 68 |

    Indja | 14 | Stati Uniti ta' l-Amerika | 69 |

    Indonesja | 15 | Jugoslavja | 148 |

    Ġamajka | 100 | | |

    Kenya | 37 | | |

    Liberia | 107 | | |

    Madagascar | 25 | | |

    Malawi | 109 | | |

    Messiku | 16 | | |

    Nicaragwa | 17 | | |

    Niġerja | 18 | | |

    Panama | 29 | | |

    Papua New Guinea | 166 | | |

    Paraguay | 122 | | |

    Peru | 30 | | |

    Filippini | 123 | | |

    Rwanda | 28 | | |

    Sierra Leone | 32 | | |

    Sri Lanka | 83 | | |

    Tanzanija | 33 | | |

    Tajlandja | 140 | | |

    Togo | 26 | | |

    Trinidad and Tobago | 34 | | |

    Uganda | 35 | | |

    Venezuela | 36 | | |

    Zaire | 4 | | |

    Zambia | 149 | | |

    Zimbabwe | 39 | | |

    Nota:

    Membri ta' l-OAMCAF huma fil-korsiv

    --------------------------------------------------

    Top