This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31986R3886
Commission Regulation (EEC) No 3886/86 of 19 December 1986 amending Regulation (EEC) No 1119/79 laying down special provisions for the implementation of the system of import licences for seeds
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3886/86 tad-19 ta’ Diċembru 1986 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1119/79 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni taż-żrieragħ
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3886/86 tad-19 ta’ Diċembru 1986 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1119/79 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni taż-żrieragħ
ĠU L 361, 20.12.1986, p. 18–18
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0514
Official Journal L 361 , 20/12/1986 P. 0018 - 0018
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0099
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0099
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3886/86 tad-19 ta’ Diċembru 1986 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1119/79 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni taż-żrieragħ IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta’ Ottubru 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1355/86 [2], u b’ mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu, Billi l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 jipprovdi li liċenzji ta’ importazzjoni huma meħtieġa għal ċerti prodotti fis-settur taż-żrieragħ; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2811/86 [3] jemenda, inter alia, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1117/79 li jispeċifika l-prodotti fis-settur taż-żrieragħ li huma soġġetti għas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni [4] biex isir hybrid sorghum għaż-żriegħ soġġett għas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni; billi r-Regolament (KEE) Nru 1119/79 [5] għandu jiġi emendat kif xieraq; Billi l-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għaż-Żrieragħ, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1119/79, il-kliem "għal qamħirrun hybrid għaż-żriegħ" għandu jitħassar. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 1986. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Viċi President [1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1. [2] ĠU L 118, tas-7.5.1986, p. 1. [3] ĠU L 260, tat-12.9.1986, p. 8. [4] ĠU L 139, tas-7.6.1979, p. 11. [5] ĠU L 139, tas-7.6.1979, p. 13. --------------------------------------------------