Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31986R1030

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1030/86 tat-8 ta' April 1986 dwar il-klassifka ta' oġġetti li jaqgħu taħt is-subintestatura 73.40 B tat-Tariffa Doganali Komuni

    ĠU L 95, 10.4.1986, p. 13–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1986/1030/oj

    31986R1030



    Official Journal L 095 , 10/04/1986 P. 0013 - 0013
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0113
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0113


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1030/86

    tat-8 ta' April 1986

    dwar il-klassifka ta' oġġetti li jaqgħu taħt is-subintestatura 73.40 B tat-Tariffa Doganali Komuni

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar miżuri li għandhom jittieħdu għall-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2055/84 [2], u b'mod partikolari Artikolu 3 tiegħu,

    Billi, biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-klassifika ta' ħolqa għaċ-ċwievet li tikkonsisti f'katina zgħira ta' l-azzar ibbanjata bin-nikil ta' bejn wieħed u ieħor 3 cm tul, b’ħolqa, fuq tarf wieħed, ta' l-istess metall li tista’ tinfetaħ u tingħalaq u fuq l-ieħor kopertina protettiva żgħira ta' materjal plastiku (5 × 2,5 cm) li jkun fiha ktieb żgħir ħafna ta' l-indirizzi, li l-kopertina tiegħu jkollha messaġġ promozzjonali;

    Billi t-Tariffa Doganali Komuni annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3679/85 [4], telenka ġo l-intestatura Nru 73.40 oġġetti oħra tal-ħadid jew l-azzar u ġo l-intestatura Nru 48.18, fost affarijiet oħra, reġistri, pitazzi, kotba għal annotazzjonijiet, blokki għal memoranda, kotba ta' l-ordnijiet, kotba ta' l-irċevuti u djarji; billi dawn l-intestaturi jistgħu jitqiesu fil-klassifika ta' l-oġġetti in kwestjoni;

    Billi l-ħolqa taċ-ċwievet hija oġġett kompost; billi l-ktieb ta' l-indirizzi huwa żgħir wisq biex ikollu użu prattiku; billi l-ħolqa u l-katina ż-żgħira, ta' l-azzar ibbanjat bin-nikil, jagħtu lill-oġġett, meta wieħed iqis l-użu normali tiegħu, il-karattru essenzjali tiegħu fis-sens tar-Regoli Ġenerali 3 (b) għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni; billi l-ħolqa taċ-ċwievet għandha għalhekk tiġi kklassifikata fis-subintestatura 73.40 B;

    Billi l-miżuri previsti minn dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ħolqa għaċ-ċwievet li tikkonsisti f'katina zgħira ta' l-azzar ibbanjata bin-nikil ta' bejn wieħed u ieħor 3 cm tul, b’ħolqa, fuq tarf wieħed, ta' l-istess metall li tista’ tinfetaħ u tingħalaq u fuq l-ieħor kopertina żgħira protettiva ta' materjal plastiku (5 × 2,5 cm) li jkun fiha ktieb żgħir ħafna ta' l-indirizzi, li l-kopertina tiegħu jkollha messaġġ promozzjonali, għandha tiġi kklassifikata fit-Tariffa Doganli Komuni fis-subintestatura:

    73.40 Oġġetti oħra tal-ħadid jew ta' l-azzar:

    B. Oħrajn.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' April 1986.

    Għall-Kummissjoni

    Cockfield

    Viċi-President

    [1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.

    [2] ĠU L 191, tad-19.7.1984, p. 1.

    [3] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1.

    [4] ĠU L 351, tat-28.12.1985, p. 2.

    --------------------------------------------------

    Top