EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985D0575

Id-Deċiżjoni Tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1985 li tintroduċi aġġustamenti tekniċi, minħabba l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, għad-Deċiżjonijiet 77/97/KEE, 79/542/KEE u 80/1096/KEE li għandhom x’jaqsmu mal-qasam veterinarju

ĠU L 372, 31.12.1985, p. 28–29 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1985/575/oj

31985D0575



Official Journal L 372 , 31/12/1985 P. 0028 - 0029
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0072
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 40 P. 0109
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0072
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 40 P. 0109


Id-Deċiżjoni Tal-Kunsill

tad-19 ta’ Diċembru 1985

li tintroduċi aġġustamenti tekniċi, minħabba l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, għad-Deċiżjonijiet 77/97/KEE, 79/542/KEE u 80/1096/KEE li għandhom x’jaqsmu mal-qasam veterinarju

(85/575/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, u b’mod partikolari l-Artikolu 396 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi sabiex tkun ikkunsidrata l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, huwa meħtieġ li tiġi ssuplimentata l-lista tal-laboratorji stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/97/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar il-finanzjament mill-Komunità ta’ ċerti miżuri ta’ emerġenza fil-qasam tas-saħħa tal-bhejjem [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 85/212/KEE [2];

Billi għandhom jiġu miġbuda l-konsegwenzi mill-fatt illi Spanja u l-Portugall — b’ta’ l-aħħar jissokta jibbenefika mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 80/877/KEE tal-15 ta’ Settembru 1980 dwar l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għall-eradikazzjoni tal-Marda Afrikana tal-Ħnieżer fil-Portugall [3], kif emendata bid-Deċiżjoni 81/477/KEE [4], għall-perjodu taż-żmien li jifdal li għalih irid jibqa’ għaddej il-pjan ta’ l-eradikazzjoni — mhumiex aktar meqjusa bħala pajjiżi terzi rigward il-Komunità, b’mod partikolari fejn jirrigwarda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1979, li tfassal lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtoriżżaw l-importazzjonijiet tal-bhejjem tal-fart, il-ħnieżer u l-laħam frisk [5] kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/134/KEE [6];

Billi għandha ssir dispożizzjoni għall-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għall-miżuri tal-kontroll li jridu jiġu speċifikati skond il-proċedura tal-Komunità, illi l-Portugall u Spanja jiġu msejħa li jimplimentaw bil-għan li jeradikaw il-marda klassika tal-ħnieżer; Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 80/1096/KEE tal-11 ta’ Novembru 1980 [7] li tintroduċi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 83/254/KEE [8], għandha tiġi emendata kif xieraq;

Billi bis-saħħa ta’ l-Artikolu 2(3) tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, l-istituzzjonijiet Komunitarji jistgħu jadottaw qabel l-adeżjoni l-miżuri riferiti fl-Artikolu 396 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni bla ħsara u fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

L-Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni 77/97/KEE huwa minn hawnhekk issupplimentat b’li ġej:

"Spanja: il-Laboratorio de Sanidad y Producción Animal de Barcelona.

Il-Portugal: Il— Laboratório Nacional de Investigação Veterinária — Lisbona."

L-Artikolu 2

Fl-Anness mad-Deċiżjoni 79/542/KEE, l-intestaturi rigward Spanja u l-Portugall huma hawnhekk imħassra b’effett mill-1 ta’ Marzu 1986.

L-Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 80/1096/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

1. Fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 2, għandha tiġi miżjuda l-frażi li ġejja:

"u 10 miljun ECU għal Spanja u l-Portugall".

2. Fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 5, għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:

"(ċ) għandu jkun il-31 ta’ Diċembru 1986 fil-każ ta’ Spanja u l-Portugall"

L-Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tibda sseħħ fl-1 ta’ Jannar 1986 bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall.

L-Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 1985.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Fischbach

[1] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 78.

[2] ĠU L 96, tat-3.4.1985, p. 32.

[3] ĠU L 250, tat-23.9.1980, p. 12.

[4] ĠU L 186, tat-8.7.1981, p. 22.

[5] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15.

[6] ĠU L 70, tat-13.3.1984, p. 18.

[7] ĠU L 325, ta’ l-1.12.1980, p. 5.

[8] ĠU L 143, tat-2.6.1983, p. 37.

--------------------------------------------------

Top