Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985D0434

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 1985 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv dwar it-taħriġ farmaċewtiku

ĠU L 253, 24.9.1985, p. 43–44 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1985/434/oj

31985D0434



Official Journal L 253 , 24/09/1985 P. 0043 - 0044
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 2 P. 0114
Spanish special edition: Chapter 06 Volume 3 P. 0034
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 2 P. 0114
Portuguese special edition Chapter 06 Volume 3 P. 0034


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-16 ta' Settembru 1985

li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv dwar it-taħriġ farmaċewtiku

(85/434/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra l-abbozz tad-Deċiżjoni sottomessa mill-Kummissjoni [1],

Billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Ġunju 1974 li tirrigwarda r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, iċ-ċertifikati u xhieda oħra ta' kwalifiki formali [2], il-Kunsill iddikjara lilu nnifsu favur li jiġu stabbiliti kumitati konsultattivi;

Billi, fil-kuntest tar-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, iċ-ċertifikati u x-xhieda l-oħra ta' kwalifiki formali fil-farmaċija, huwa importanti li jiġi żgurat livell komparattivament għoli ta' taħriġ;

Billi, sabiex jikkontribwixxi għall-kisba ta' dan il-għan, huwa mixtieq li jiġi stabbilit Kumitat Konsultattiv biex jagħti pariri lill-Kummissjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għandu jiġi stabbilit Kumitat Konsultattiv dwar it-Taħriġ Farmaċewtiku, minn issa ’l quddiem imsejjaħ il-"Kumitat", fi ħdan il-Kummissjoni.

Artikolu 2

1. Il-kompitu tal-Kumitat għandu jkun li jgħin li jiġi żgurat livell stabbilit komparattivament għoli ta' taħriġ fil-farmaċija fil-Komunita.

2. Għandu jwettaq dan il-kompitu partikolarment bil-mezzi li ġejjin:

- l-iskambju ta' tagħrif komprensiv dwar il-metodi tat-taħriġ u l-kontenut, il-livell u l-istruttura tal-korsijiet teoretiċi u prattiċi provvduti fl-Istati Membri,

- id-diskussjoni u l-konsultazzjoni bil-għan li jiġi żviluppat approċċ komuni għall-istandard li għandu jinkiseb fit-taħriġ ta' l-ispiżjara u, kif xieraq, fl-istruttura u l-kontenut ta' dan it-taħriġ,

- issir reviżjoni kontinwa ta' l-adattament tat-taħriġ farmaċewtiku ma’ l-iżviluppi tax-xjenza farmaċewtika u tal-metodi tat-tagħlim.

3. Il-Kumitat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu inklużi, fejn jikkunsidra xieraq, suġġerimenti għall-emendi li għandhom isiru lill-Artikoli li għandhom x'jaqsmu mat-taħriġ farmaċewtiku fid-Direttivi tal-Kunsill 85/432/KEE [3] u 85/433/KEE [4].

4. Il-Kumitat għandu wkoll jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kull kwistjoni li l-Kummissjoni tista’ tirreferilu rigward it-taħriġ farmaċewtiku.

Artikolu 3

1. Il-Kumitat għandu jikkonsisti fi tlett esperti minn kull Stat Membru, kif ġej:

- espert mill-professjoni prattikanti ta' l-ispiżjara (farmaċisti),

- espert mill-istituzzjonijiet tat-tagħlim tax-xjenza tal-farmaċija,

- espert mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru.

2. Kull membru għandu jkollu sostitut. Is-sostituti jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Kumitat.

3. Il-membri u s-sostituti, deskritti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu nominati mill-Istati Membri. Il-membri msemmija fl-ewwel u t-tieni inċiżi tal-paragrafu 1 u s-sostituti tagħhom għandhom jiġu nominati fuq il-proposta tal-professjoni prattikanti tal-farmaċija u ta' l-istituzzjonijiet tat-tagħlim tax-xjenza farmaċewtika. Il-membri u s-sostituti hekk nominati għandhom ikunu maħtura mill-Kunsill.

Artikolu 4

1. Iż-żmien tal-kariga ta' membru tal-Kumitat għandu jkun ta' tliet snin. Wara t-tmiem ta' dak il-perjodu taż-żmien il-membri tal-Kumitat għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm ikun hemm persuni sabiex jibdluhom jew sakemm tiġġedded il-ħatra tagħhom.

2. Iż-żmien tal-kariga ta' membru tista’ tintemm qabel it-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta' tliet snin fil-każ tar-riżenja jew il-mewt tal-membru, jew jekk jiġi mibdul b'persuna oħra, b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3. Il-ħatra ta' membru ġdid għandha tkun għall-bqija taż-żmien tal-kariga.

Artikolu 5

Il-Kumitat għandu jaħtar President u żewġ Viċi-Presidenti minn fost il-membri tiegħu. Għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. L-aġenda għal-laqgħat għandha titfassal mill-President tal-Kumitat f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

Artikolu 6

Il-Kumitat jista’ jistabbilixxi gruppi ta' ħidma u jsejjaħ u jħalli osservaturi jew esperti biex jgħinuh fuq l-aspetti speċjali kollha tax-xogħol tiegħu.

Artikolu 7

Is-segretarjat tal-Kumitat għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-16 ta' Settembru 1985.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Fischbach

[1] ĠU C 92, tat-23.4.1981, pġ. 2.

[2] ĠU C 98, tal-20.8.1974, pġ. 1.

[3] Ara l-paġna 34 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[4] Ara l-paġna 37 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

Top