EUR-Lex De toegang tot het recht van de Europese Unie

Terug naar de EUR-Lex homepage

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Document 31984R2262

Regolament tal-kunsill (KEE) nru 2262/84 tas-17 ta’ Lulju 1984 li jipprovdi miżuri speċjali dwar iż-żejt taż-żebbuġ

ĠU L 208, 3.8.1984, blz. 11–13 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Juridische status van het document Niet meer van kracht, Datum einde geldigheid: 31/10/2005; Imħassar b' 32004R0865

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1984/2262/oj

31984R2262



Official Journal L 208 , 03/08/1984 P. 0011 - 0013
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0260
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0260
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 31 P. 0240
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 31 P. 0240


Regolament tal-kunsill (KEE) Nru 2262/84

tas-17 ta’ Lulju 1984

li jipprovdi miżuri speċjali dwar iż-żejt taż-żebbuġ

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra it-Trattat li waqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku [3],

Billi Artikolu 5 tar-Regolament Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni fis-suq taż-żjut u x-xaħmijiet [4], kif l-aħħar emendat bir Regolament (KE) Nru 2260/84 [5] li introduċa sistema għall-għajnuna għall-produzzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa; billi din l-għajnuna lil erji għat-tkabbir taż-żebbuġ f’ċerta data tingħata lill-produtturi li huma membri ta’ l- organizzazzjonijiet ta’ produzzjoni speċifikati f’Artikolu 20ċ (1) tar-Regolament Nru 136/66/KEE u li l-produzzjoni medja tagħhom hija ta’ l-anqas 100 kilogramm ta’ żejt għal kull sena tas-suq u lil produtturi oħra fuq il-bażi ta’ l-għadd u potenzjal ta’ produzzjoni ta’ siġar taż-żebbuġ u l-produzzjoni minn dawk is-siġar, kif stabbilit skond metodu standard, u sakemm iż-żebbuġ prodott ikun ġie attwalment maqtugħ;

Billi l-esperjenza wriet illi, minkejja l-eżistenza ta’ regoli li jipprovdu għall-kontrolli speċifiċi numerużi, hemm problemi rigward li jkun żgurat kontroll fil-ħin u effettiv; billi dan jista’ jkun ta’ piż finanzjarju żejjed fuq il-Komunità;

Billi, fis-sitwazzjoni preżenti, għandhom għalhekk jiġu introdotti miżuri speċjali biex jiġi żgurat li l-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni tiġi applikata b’mod korrett u b’mod uniformi;

Billi l-esperjenza wriet li l-istrutturi amministrattivi fl-Istati Membri produtturi m’humiex kapaċi jimplimentaw il-kontrolli maħsuba fir-regoli tal-Komunità; billi dawn l-Istati Membri għandhom għalhekk iwaqqfu korpi amministrativi awtonomi biex iwettqu dan ix-xogħol; billi minħabba li l-Istati Membri huma meħtieġa li jwaqqfu fi żmien qasir strutturi speċjali biex iwettqu dan ix-xogħol li jmur ’l hinn mill-kontrolli li għandu jkollhom l-Istati Membri skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta’ April 1970 dwar l-iffinanzjar tal-politika komuni agrikola [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3509/80 [7], għandu jsir provediment għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità matul ċertu perijodu;

Billi hemm relazzjoni bejn l-arranġamenti għall-kontroll effettiv u s-sanzjonijiet applikabbli fil-każi fejn jirriżulta ksur tar-regolamenti; billi l-arranġamenti preżenti dwar sanzjonijiet għandhom jiħraxu u jiġu supplimentati biex ikollhom effett akbar ta’ deterrent, fir-rigward tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ l-organizzazzjoni komuni fis-suq taż-żejt taż-żebbuġ; billi, għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom japplikaw sistema ta’ sanzjonijiet fil-każi fejn jirriżultaw diskrepanzi dwar l-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni; billi, biex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet in kwistjoni jiġu applikati sew u b’mod uniformi, ċerti każi speċifiċi għandhom ikunu definiti li fihom is-sanzjonijiet japplikaw,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

1. Kull Stat Membru produttur għandu, skond l-istruttura legali tiegħu, iwaqqaf aġenzija bil-għan li tagħmel ċerti verifiki u doveri in konnessjoni ma’ l-iskema ta’ għajnuna ta’ produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġ.

Iżda, l-Istati Membri li l-produzzjoni tagħhom tkun anqas minn 3000 tonnes matul perjodu ta’ referenza li għandu jiġi stabbilit m’għandhomx ikunu meħtieġa li jwaqqfu aġenzija. F’dak il-każ l-Istati Membri konċernati għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw illi x-xogħol ta’ l-aġenzija msemmi f’dan l-Artikolu jitwettaq.

2. Sabiex jiġi żgurat li l-arranġamenti tal-għajnuna ta’ produzzjoni jiġu applikati sew, l-aġenzija li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 għandha, skond l-iskeda tax-xogħol li għaliha jirreferi l-paragrafu 4:

- tivverifika li x-xogħol ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom ikun konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2261/84 tas-17 ta’ Lulju 1984 li jip provdi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u ta’ għajnuna lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi taż-żejt taż-żebbuġa [8],

- jagħmlu verifiki fl-imtieħen approvati;

- jagħmlu verifiki fuq l-użu finali taż-żejt miksub mill-għasir taż-żebbuġ u għall-użu finali tal-bi-prodotti tiegħu;

- jiġbru, jivverifikaw u jipproċessaw, f’livell nazzjonali it-tagħrif meħtieġ biex jiżguraw li l-produzzjoni li għaliha jirreferi Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 2261/84;

- jagħmlu spezzjonijiet għall-għanijiet ta’ statistika dwar il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-konsum taż-żejt taż-żebbuġ;

Fuq talba ta’ l-Istat Membru l-aġenzija għandha:

- tinvestiga l-files li għalihom jirreferi Artikolu 15(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2261/84;

- tagħmel il-verifiki li għalihom jirreferi Artikolu 14(2), (3) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 2261/84;

- tagħmel il-verifiki preskritti li jirreltaw ma’l-għajnuna tal-konsum.

Fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istat Membru jista’ wkoll jagħti istruzzjonijiet lill-aġenzija biex twettaq stħarriġ speċifiku.

3. L-aġenzija għandha tingħata awtonomija amministrattiva sħiħa. Għandha tingħata setgħat sħaħ mill-Istat Membru konċernat biex tagħmel ix-xogħlijiet speċifikati fil-paragrafu 2.

L-impjegati tagħha għandhom ikunu uffiċjali, li n-numru u l-livell ta’ taħriġ tagħhom għandu jkun addattat għax-xogħlijiet msemmija hawn fuq.

4. Qabel il-bidu ta’ kull sena tas-suq, l-Istat Membru konċernat għandu, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-aġenzija, iħejji l-estimi u l-iskeda tax-xogħol maħsuba biex tiżgura li l-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni tkun applikata sew; l-estimi u l-iskeda għandhom jinbagħtu mill-Istat Membru lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru, mingħajr preġudizzju għar-responsabbilitajiet ta’ dan ta’ l-aħħar, li jagħmel kull tibdil fl-estimi proviżorji jew fl-iskeda tax-xogħol li jista’ jidhrilha xierqa.

Persuni nominati mill-Kummissjoni jistgħu f’kull żmien jimmonitorjaw kull xogħol magħmul mill-aġenzija,

L-aġenzija għandha tibgħat lill-Istat Membru u lill-Kummissjoni rapporti regolari dwar ix-xogħol li tkun wettqet. Dawk ir-rapporti għandhom isemmu l-problemi li ltaqgħu magħhom u, fejn xieraq, isemmu suġġerimenti kif jistgħu jtejbu l-arranġamenti ta’ verifika.

5. Matul perjodu ta’ tliet snin mill-1 ta’ Novembru 1984, il-persentaġġi li ġejjin ta’ l-ispiża attwali ta’ l-aġenzija għandhom ikunu mħallsa mill-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej:

- 100 % għall-ewwel sentejn, sa massimu ta’ 14-il miljun ECU għall-aġenzija mwaqqfa fl-Italja u 7 miljun ECU għall-aġenzija mwaqqfa fil-Greċja,

- 50 % għat-tielet sena.

L-Istati Membri jistgħu, taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura li għaliha jipprovdi Artikolu 38 tar-regolament Nru 136/66/KEE, ikopru parti mill-ispiża li għandha titħallas minnhom billi jkun hemm tnaqqis mill-għajnuna mogħtija mill-Komunità għaż-żejt taż-żebbuġ.

Il-Kunsill, jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta sa l-1 ta’ Jannar 1987 il-metodu għall-iffinanzjar tan-nefqa in kwistjoni sa mis-sena tas-suq 1987/88.

6. L-ammont ta’ kull sena li jirrappreżenta n-nefqa attwali li għaliha jirreferi l-paragrafu 5 għandu jiġi deċiż mill-Kummissjoni fuq il-bażi tad-dettalji pprovduti mill-Istati Membri konċernati. L-ammont in kwistjoni għandu jingħata meta l-Kummissjoni tkun sodisfatta li l-aġenzija tkun twaqqfet u li tkun għamlet ix-xogħol assenjat lilha.

Sabiex jiġi faċilitat it-twaqqif u l-operazzjoni ta’ l-aġenzija, l-ammont in kwistjoni jista’ jitħallas bil-quddiem fil-forma ta’ ħlasijiet imqassma matul is-sena in kwistjoni, skond l-estimi ta’ kull sena ta’ l-aġenzija, b’dan ta’ l-aħħar jiġi mħejji bi qbil ma’ l-istat membru u l-Kummissjoni qabel l-aħħar ta’ Ottubru ta’ kull sena li tiġi wara.

Artikolu 2

Taħt Artikolu 11a tar-Regolament Nru 136/66/KEE, Stati Membri produtturi għandhom jieħdu miżuri speċifiċi u xierqa biex jippenalizzaw kull ksur ta’ l-arranġamenti ta’ għajnuna għall-produzzjoni, b’mod partikolari fejn kien innotat illi:

(a) il-figuri li jidhru fid-dikjarazzjoni tal-produzzjoni li għaliha jirreferi Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2261/84 ma jkunux jikkorrispondu mas-sitwazzjoni attwali;

(b) il-kwantità ta’ żejt eliġibbli għall-għajnuna jkun anqas minn dak li ssir applikazzjoni dwaru mill-produtturi li jkunu jagħmlu sehem mill-organizzazzjoni ta’ produtturi li tkun intitolata għall-għajnuna b’relazzjoni mal-kwantità taż-żejt taż-żebbuġ attwalment prodott;

(ċ) organizzazzjoni ta’ produtturi jew assoċjazzjoni ta’ dawk l-organizzazzjonijiet li ma tkunx wettqet l-obbligazzjonijiet li joħorġu minn dan ir-Regolament;

(d) mitħna li ma tkunx wettqet l-obbligazzjonijiet li joħorġu minn dan ir-Regolament.

Artikolu 3

1. Bil-għan li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 2, l-Istati Membri għandhom ta’ l-anqas japplikaw il-miżuri li ġejjin:

(a) fil-każ li għalih jirreferi Artikolu 2(a), fejn id-dikjarazzjoni ta’ produzzjoni mhix eżatta tkun tinkludi żieda fil-produzzjoni potenzjali in kwistjoni taż-żejt taż-żebbuġ li ma tkunx tikkorrispondi mas-sitwazzjoni attwali, il-produttur konċernat għandu jħallas ammont li jkun relatat maż-żieda potenzjali li rriżultat u jkun tali illi jiddisswadi lil min jagħmilha;

(b) fil-każ li għalih jirreferi Artikolu 2(b), l-Istat Membru konċernat għandu jirkupra kull ammonti li setgħu kienu mħallsa bi żball dwar l-għajnuna u l-produttur konċernat għandu jħallas ammont li jkun suffiċjentement disswasiv u li jkun relatat ma’ l-ammont ta’ għajnuna li għalih tkun saret applikazzjoni dwar il-kwantità ta’ żejt mhux rikonoxxut bħala eliġibbli għall-għajnuna.

2. Fil-każijiet li għalihom jirrferi l-pragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għal Artikolu 20c tar-Regolament Nru 136/66/KEE, jekk l-organizzazzjoni tal-produtturi li tagħha l-produttur ikun membru, ma tkunx ivverifikatx sew l-applikazzjoni skond l-obbligazzjonijiet tagħha l-applikazzjoni individwli għall-għajnuna u d-dikjarazzjoni tal-produzzjoni, għandha tkun responsabbli in solidum għall-ħlas ta’ l-ammonti li għalihom jirreferi l-paragrafu 1.

3. Meta, fil-każi li għalihom jrreferi l-paragrafu 1, l-irregolaritajiet skoperti jkollhom riperkussjonijiet minimi, l-Istati Membri konċernati m’għandhomx jesiġu li l-produturi jħallsu l-ammonti li għalihom jirreferi l-paragrafu 1.

Artikolu 4

1. Meta organizzazzjoni ta’ produtturi jew assoċjazzjoni ta’ dawk l-organizzazzjonijiet tkun naqset li twettaq il-verifiki li għalihom tkun responsabbli taħt Artikoli 6, 8 u 10 tar-Regolament (KEE) Nru 2261/84, l-Istat Membru konċernat għandu jirtira l-għarfien għal perjodu ta’ bejn sena u ħames snin tas-suq.

2. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 2, jekk verifika f’mitħna tikxef irregolaritajiet li jkunu jinkludu differenza sostanzjali bejn il-kwantitajiet ta’ żebbuġ ippressat jew żejt prodott u l-kwantitajiet murija fir-rekords tal-ħażniet, jew nuqqas fir-rekords tal-ħażniet, jew fil-komunikazzjoni tagħhom, l-Istat Membru konċernat għandu jirtira l-applikazzjoni mill-mitħna in kwistjoni għal perjodu ta’ bejn sena u ħames snin tas-suq.

3. Bil-għan biex jiġi stabbilit il-perjodu li dwaru l-għarfien jew approvazzjoni għandu jiġi rtirat, l-awtorità kompetenti għandha tagħti kont kemm tal-gravità u t-tul tan-nuqqas.

4. Matul il-perjodu kollu kopert b’irtirar tal-għarfien jew approvazzjoni li għalih jirreferu l-paragrafi 1 u 2, ebda għarfien jew approvazzjoni ġdida ma jistgħu jingħataw mill-Istat Membru konċernat wara xi ssir applikazzjoni li tkun maħsuba biex tistultifika s-sanzjoni imposta.

Jekk l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tal-mitħna jkollu konsegwnzi serji fuq il-kapaċità tal-ippressr f’xi żona ta’ produzzjoni partikolari, jista’ jiġi deċiż li l-mitħna titħalla taħdem taħt kondizzjonijiet speċjali.

Artikolu 5

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura mniżżla f’Artikolu 38 tar-Regolament Nru 136/66/KEE.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni l-miżuri meħuda skond dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li fih jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 1984.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Lulju 1984.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Deasy

[1] ĠU Ċ 249, tas- 17.9.1983, p. 5.

[2] ĠU Ċ 104, tas- 16.4.1984, p. 92.

[3] ĠU Ċ 23, tat- 30.1.1984, p. 20.

[4] ĠU Ċ 172, tat- 30.9.1966, p. 3025/66.

[5] Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[6] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13.

[7] ĠU L 367, tal-31.12.1980, p. 87.

[8] Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

Naar boven