EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31984D0371

Deċiżjoni tal-kummissjoni tat-3 ta' Lulju 1984 li tistabbilixxi l-karatteristiċi tal-marka speċjali għal-laħam frisk msemmi fl-Artikolu 5(a) tad-Direttiva 64/433/KEE

ĠU L 196, 26.7.1984, p. 46–46 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/01/2006; Imħassar b' 32006D0765

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1984/371/oj

31984D0371



Official Journal L 196 , 26/07/1984 P. 0046 - 0046
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0231
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 31 P. 0192
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0231
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 31 P. 0192


Id-Deċiżjoni tal-kummissjoni

tat-3 ta' Lulju 1984

li tistabbilixxi l-karatteristiċi tal-marka speċjali għal-laħam frisk msemmi fl-Artikolu 5(a) tad-Direttiva 64/433/KEE

(84/371/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 fuq problemi ta' saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 83/90/KEE [2], u partikolarment Artikolu 5(a) tiegħu,

Billi Artikolu 5(a) tad-Direttiva 64/433/KEE jipprovdi li xi kategoriji ta' laħam jistgħu jintbagħtu mit-territorju ta' Stat Membru lil dak ta' Stat Membru ieħor biss fejn il-laħam huwa maħsub li jgħaddi mi xi wieħed mit-trattamenti provduti fid-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE [3], u jkollu marka speċjali;

Billi jeħtieġ li tkun adottata marka li tintgħaraf malajr u li tagħti l-garanziji meħtieġa għad-differenzazzjoni tal-laħam;

Billi l-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-marka msemmija f'Artikolu 5(a) tad-Direttiva 64/433/KEE għandha tkun imfissra fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula f'Brussel, fit-3 ta' Lulju 1984.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Ċ 121, tad- 29.7.1964, p. 2012/64.

[2] ĠU L 59, tal-5.3.1983, p. 10.

[3] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85.

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-marka speċjali għandha tkun marka ovali, kif definita fil-punt 49 tal-kapitlu X ta' Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE, koperta b'żewġ linji paralleli, b'distanza minn lanqas ta' 1 ċm, li taqsam it-timbru matul id-dijametru prinċipali u l-informazzjoni fuqha tibqa leġibbli, u ż-żewġ linji paralleli ikunu evidenti daqs it-tarf estern tal-marka.

--------------------------------------------------

Top