EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982R3115

Regolament tal-kummissjoni (KEE) nru 3115/82 tat-22 ta’ Novembru 1982 li jemenda għall-10 darba r-Regolament (KEE) Nru No 2730/81 li jistabbilixxi lista ta’ aġenziji fil-pajjiżi importaturi li mhumiex membri li jistgħu joħorġu sejħa għal offerti fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib

ĠU L 327, 24.11.1982, p. 8–8 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/05/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1982/3115/oj

31982R3115



Official Journal L 327 , 24/11/1982 P. 0008 - 0008
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0126
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0180
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 26 P. 0126
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0180


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3115/82

tat-22 ta' Novembru 1982

li jemenda għall-10 darba r-Regolament (KEE) Nru No 2730/81 li jistabbilixxi lista ta' aġenziji fil-pajjiżi importaturi li mhumiex membri li jistgħu joħorġu sejħa għal offerti fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ([1]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1183/82 ([2]), u partikolarment Artikoli 13(3) u 17 (4) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2730/81 ([3]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru No 3019/82 ([4]), stabbilixxa lista ta' aġenziji fil-pajjiżi importaturi mhux membri li jistgħu joħorġu stedina għal offerti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

Billi fid-dawl ta' l-informazzjoni l-aktar riċenti disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-prattiċi tal-kummerċ segwiti mill-pajjiżi importaturi interessati u n-natura uffiċjali ta' l-aġenziji fil-kwistjoni, dan ir-Regolament għandu jiġi emendat;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma in konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2730/81 huwa emendat kif ġej:

Il-lista ta' organizazzjonijiet tal-ħruġ għandha timtela biż-żieda ta' l-organizzazzjonijiet li ġejjin, bid-dħul isir skond l-ordni alfabetiku tal-pajjiż importatur:

Pajjiż importatur Organizzazzjoni tal-ħruġ

L-Eġittu Il-Kumpannija Eġizzjana Farmaċewtika tal-Kummerċ,

23 Triq Abdul Kahalech Sarwaat,

Il-Kajr.

BISCOMISR,

El Fawah - El Triq Amyria,

Il-Kajr.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Novembru 1982.

Għall-Kummissjoni

Poul DALSAGER

Membru tal-Kummissjoni

Proofread by Stephen Zammit

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

[2] ĠU L 140, ta' l-20.5.1982, p. 1.

[3] ĠU L 272, tas-26.9.1981, p. 25.

[4] ĠU L 317, tat-13.11.1982, p. 8.

Top