This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31982R1559
Commission Regulation (EEC) No 1559/82 of 17 June 1982 amending for the sixth time Regulation (EEC) No 2730/81 establishing a list of agencies in non-member importing countries entitled to issue invitations to tender in the milk and milk products sectorm
Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) nru 1559/82 tas-17ta' Ġunju 1982 li jemenda għas-sitt darba r-Regolament (KEE) Nru No 2730/81 li jistabbilixxi lista ta' aġenziji fi stati mhux membri importaturi awtorizzati li joħorġu appalti dwar il-ħalib u dwar prodotti tal-ħalib
Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) nru 1559/82 tas-17ta' Ġunju 1982 li jemenda għas-sitt darba r-Regolament (KEE) Nru No 2730/81 li jistabbilixxi lista ta' aġenziji fi stati mhux membri importaturi awtorizzati li joħorġu appalti dwar il-ħalib u dwar prodotti tal-ħalib
ĠU L 172, 18.6.1982, p. 23–23
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 02/05/2004
Official Journal L 172 , 18/06/1982 P. 0023 - 0023
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0200
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 25 P. 0200
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0040
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0040
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1559/82 tas-17ta' Ġunju 1982 li jemenda għas-sitt darba r-Regolament (KEE) Nru No 2730/81 li jistabbilixxi lista ta' aġenziji fi stati mhux membri importaturi awtorizzati li joħorġu appalti dwar il-ħalib u dwar prodotti tal-ħalib Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organiżazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat permezz ta' Regolament (KEE) Nru 1183/82 [2], u partikolarment permezz ta' Artikolu 13(3) u 17 (4) fl-istess Regolament, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2730/81 [3], kif l-aħħar emendat permezz ta' Regolament (KEE) Nru 928/82 [4], li jistabilixxi lista ta' aġenziji fi stati mhux membri importaturi awtorizzati li joħorġu appalti fis-setturi tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib; Billi minħabba l-iktar informazzjoni reċenti disponibbli lill-Kummissjoni dwar prattiċi fil-kummerċ illi jiggwidaw lill-pajjiżi importaturi konċernati u n-natura uffiċjali ta' l-aġenziji in kwistjoni dan ir-Regolament għandu jiġi emendat; Billi l-miżuri li hemm provduti f'dan ir-Regolament jikkonformaw ma l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 2730/81 qed jiġi emendat kif ġej: Il-lista ta' l-organiżazzjonijiet li joħorġu appalti għandha tkun kompletata biż-żieda ta' dawn l-organiżazzjonijiet, u ż-żieda għandha tiġi mdaħħla b'ordni alfabetika skond l-istat illi qed jimporta: Stat importatur | Organizzazzjoni li toħroġ l-appalt | Qatar | Government of Quatar Central Tenders Comitee Ministry of Petroleum and Finance Doha State of Quatar | Sirja | Societe Arabe pour les Medicaments Boite Postal 976 Damascus | Artikolu 2 Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussels, fis-17 ta' Ġunju 1982. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13. [2] ĠU L 140, ta' l-20.5.1982, p. 1. [3] ĠU L 272, tas-26.9.1981, p. 25. [4] ĠU L 110, tat-23.4.1982, p. 15. --------------------------------------------------