Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31981D0477

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ġunju 1981 li temenda d-Deċiżjoni 73/88/KEE, 77/97/KEE, 79/509/KEE, 79/510/KEE, 80/877/KEE, 80/1096/KEE u 80/1097/KEE fir-rigward tal-proċeduri tal-Kumitat Permanenti Veterinarju

    ĠU L 186, 8.7.1981, p. 22–22 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1981/477/oj

    31981D0477



    Official Journal L 186 , 08/07/1981 P. 0022 - 0022
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 22 P. 0126
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 22 P. 0126


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    ta’ l-24 ta’ Ġunju 1981

    li temenda d-Deċiżjoni 73/88/KEE, 77/97/KEE, 79/509/KEE, 79/510/KEE, 80/877/KEE, 80/1096/KEE u 80/1097/KEE fir-rigward tal-proċeduri tal-Kumitat Permanenti Veterinarju

    (81/477/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

    Billi l-Kumitat Permanenti Veterinarju stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 68/361/KEE [3] jagħti l-opinjoni tiegħu skond il-proċeduri li huma validi sal-21 jew it-22 ta’ Ġunju 1981, liema waħda tapplika;

    Billi kwistjoni kienet riferita l-ewwel lill-Kumitat fit-22 ta’ Diċembru 1972; billi għadda biżżejjed żmien biex tkun tista’ tintlaħaq deċiżjoni finali fuq dawn il-proċeduri; billi l-validità tal-proċeduri imsemmija m’għandhiex għalhekk ikun ristretta.

    Billi l-esperjenza miksuba mill-użu tal-proċeduri preżenti wriet li huma jikkostitwixxu ġeneralment metodu effettiv għall-adozzjoni mgħaġġla tad-deċiżjonijiet li għalihom kienu primarjament intiżi;

    Billi, ukoll, wara l-adeżjoni tal-Greċja huwa meħtieġ ukoll li jkunu aġġustati n-numru ta’ voti li jikkostitwixxu l-maġġoranza meħtieġa fil-Kumitat, għall-Atti adottati wara l-adozzjoni ta’ l-Att ta’ l-1979 ta’ Adeżjoni li għadhom ma kienux adattati,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma hawnhekk mħassra:

    - Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 73/88/KEE [4],

    - Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 77/97/KEE [5],

    - Artikolu 6 tad-Deċiżjonijiet 79/509/KEE [6], 79/510/KEE [7] u 80/877/KEE [8],

    - Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 80/1096/KEE [9]

    - Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 80/1097/KEE [10].

    Artikolu 2

    Ir-referenza għal "41" għandha tinbidel b’"45" f’Artikolu 5 (3) tad-Deċiżjonijiet 79/509/KEE, 79/510/KEE u 80/877/KEE, f’Artikolu 6 (3) tad-Deċiżjoni 80/1096/KEE u f’Artikolu 8 (3) tad-Deċiżjoni 80/1097/KEE.

    Artikolu 3

    Il-Kunsill għandu, qabel l-1 ta’ Lulju 1987, jeżamina mill-ġdid fuq il-bażi ta’ rapport tal-Kummissjoni dwar l-operat tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, li jkunu fih, jekk meħtieġ, proposti xierqa, dwar il-proċedura ta’ l-imsemmi Kumitat.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fl-24 ta’ Ġunju 1981.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. M. V. van Aardenne

    [1] ĠU Ċ 102, tal- 5.5.1981, p. 4.

    [2] Opinjoni mogħtija fid-19 ta’ Ġunju 1981 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23.

    [4] ĠU L 106, ta’ l-20.4.1973, p. 26.

    [5] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 78.

    [6] ĠU L 133, tal-31.5.1979, p. 27.

    [7] ĠU L 133, tal-31.5.1979, p. 29.

    [8] ĠU L 250, tat-23.9.1980, p. 12.

    [9] ĠU L 325, ta’ l-1.12.1980, p. 5.

    [10] ĠU L 325, ta’ l-1.12.1980, p. 8.

    --------------------------------------------------

    Top