Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980L1189

    Id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Diċembru 1980 li tipprovdi għall-addattament tekniku, bħala konsegwenza tal-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika fil-Komunitajiet Ewropej, tad-Direttiva 67/548/KEE dwar sustanzi perikolużi

    ĠU L 366, 31.12.1980, p. 1–29 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2015; Impliċitament imħassar minn 32008R1272

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1980/1189/oj

    31980L1189



    Official Journal L 366 , 31/12/1980 P. 0001 - 0029
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0019
    Greek special edition: Chapter 15 Volume 2 P. 0010
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0019
    Spanish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0092
    Portuguese special edition Chapter 13 Volume 11 P. 0092


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    ta’ l-4 ta’ Diċembru 1980

    li tipprovdi għall-addattament tekniku, bħala konsegwenza tal-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika fil-Komunitajiet Ewropej, tad-Direttiva 67/548/KEE dwar sustanzi perikolużi

    (1189/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-1979, partikolarment l-Artikolu 146 miġjub fih,

    Billi għandhom isiru emendi lil l-Annessi I sa IV tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’sustanzi perikolużi [1] emendati prinċipalment mid-Direttivi tal-Kummissjoni 76/907/KEE [2] u 79/370/KEE [3] u l-aħħar emendati mid-Direttiva tal-Kunsill 79/831/KEE [4] biż-żieda tal-verżjonijiet Griegi ta’ l-ismijiet tas-sustanzi perikolużi rilevanti u ta’ l-espressjonijiet l-oħra preskritti għall-itikkettjar ta’ dawk is-sustanzi,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    It-test Grieg imniżżel f’L-Annessi I sa IV ta’ din id-Direttiva għandhom jiżdiedu ma’ l-Annessi I sa IV rispettivament tad-Direttiva 67/548/KEE.

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw qabel l-1 ta’ Jannar 1981, id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni minnufih.

    Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet b’seħħ mill-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-4 ta’ Diċembru 1980.

    F’isem il-Kunsill

    Il-President

    J. Barthel

    [1] ĠU C 96, tas-16.8.1967, p. 1.

    [2] ĠU L 360, tat-30.12.1976, p. 1.

    [3] ĠU L 88, tas-7.4.1979, p. 1.

    [4] ĠU L 259, tal-15.10.1979, p. 10.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    Lista ta’ sustanzi perikolużi klassifikati fl-ordni tan-numru atomiku ta’ l-element l-aktar karatteristiku tal-karatteristiċi tagħhom

    L-emendi għal l-Anness I mhumiex qed jiġu riprodotti minħabba li l-Anness ġie mibdul bid-Direttiva 1993/72/KEE, ĠU L 258, tas-16.10.1993.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    L-emendi għall-Anness IV mhumiex qed jiġu riprodotti minħabba li l-Anness ġie mibdul bid-Direttiva 2001/59/KE, ĠU L 225, 06.08.2001.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    Natura tar-riskji speċjali li għandhom is-sustanzi perikolużi

    L-emendi għal l-Anness III mhumiex qed jiġu riprodotti minħabba li l-Anness ġie mibdul bid-Direttiva 2001/59/KE, ĠU L 225, 06.08.2001.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS IV

    Parir ta’ sigurta li għandu x’ jaqsam ma’ sustanzi kimiċi perikolużi

    L-emendi għal l-Anness IV mhumiex qed jiġu riprodotti minħabba li l-Anness ġie mibdul bid-Direttiva 2001/59/KE, ĠU L 225, 06.08.2001.

    --------------------------------------------------

    Top