Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980L0213

    Id-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 1980 Li temenda d-Direttiva 72/461/KEE dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra- Komunitarju fil-laħam frisk

    ĠU L 47, 21.2.1980, p. 1–2 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005; Impliċitament imħassar minn 32004L0041

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1980/213/oj

    31980L0213



    Official Journal L 047 , 21/02/1980 P. 0001 - 0002
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0204
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 27 P. 0237
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0204
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 17 P. 0113
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 17 P. 0113


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tat-22 ta’ Jannar 1980

    Li temenda d-Direttiva 72/461/KEE dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra- Komunitarju fil-laħam frisk

    (80/213/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43 u 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat il-proposta tal-Kummisjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku [2],

    Billi d-Direttiva 72/461/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 78/54/KEE [4], tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa li għandhom jiġu milħuqa minn annimali li minnhom jiġi akkwistat il-laħam;

    Billi għalkemm il-laħam akkwistat minn annimali li ma jissoddisfawx il-kundizzjonijiet tas-saħħa għandhom jiġu esklużi mill-Kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk minħabba r-riskju tat-trasmissjoni ta’ mard ta’ l-annimali li jittieħed jew infettuż, jista’ jintuża għal skopijiet oħrajn meta jkun għadda minn trattament għall-qerda tal-mikrobi ta’ dawk il-mardiet;

    Billi dan il-laħam għalhekk għandu jingħata marka speċjali li tindika li huwa eskluż mill-Kummerċ intra-Komunitarju bħala laħam frisk u li tiggarantixxi l-kwalitajiet sanitarji tiegħu għal użu ieħor, per eżempju għall-preparazzjoni ta’ xi kategoriji ta’ prodotti tal-laħam;

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 72/461/KEE hija emendata kif ġej:

    1. l-Artikolu li ġej għandu jkun miżjud:

    "Artikolu 5a

    Minkejja l-Artikolu 5 (1), u sa fejn mhuwiex maħsub għall-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk, il-laħam imsemmi f’ dak l-Artikolu jista’ jkollu l-marka ddefinita fl-Anness, il-Kapitolu IX tad-Direttiva 64/433/KEE, kemm-il darba l-marka speċjali msemmija fl-Anness ta’ din id-Direttiva hija immedjatament superimposta fuqha.

    Id-Disposizzjonijiet ta’ l-Anness I, Kapitlu IX, punt 39 tad-Direttiva 64/433/KEE għandhom jgħoddu mutatis mutandis għaż-żamma u l-użu ta’ l-istrumenti tal-immarkar.

    Dan il-laħam għandu jiġi akkwistat, maqtugħ, ittrasportat u maħżun separatament minn, jew mhux fl-istess ħin bħal, laħam maħsub għall-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk."

    2. L-Anness li ġej għandu jkun miżjud

    "

    “L-ANNESS

    Marka għall-laħam maħsub għall-użu minbarra kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk

    1. Is-sovrastampar għandu jsir b’ tali mod li t-timbru ovali ddefinit fl-Anness I, il-Kapitolu IX Nru 40 tad-Direttiva 64/433/KEE huwa kopert minn salib djagonali li jikkonsisti f’ żewġ linji dritti li jaqsmu lil xulxin f’angoli retti, bil-punt ta’ l-intersezzjoni fiċ-ċetnru tat-timbru u li l-informazzjoni fuqha tibqa’ tinqara.

    2. Il-marki msemmiha fil-paragrafu 1 jistgħu wkoll isiru b’ timbru wieħed li għandu jkun timbru ovali twil 6.5 cm u wiesa’ 45 cm; l-informazzjoni segwenti għandha tidher fuq il-marka f’ karattri li jinqraw perfettament:

    - fil-parti ta’ fuq, l-isem tal-pajjiż esportatur f’ ittri kbar,

    - fin-nofs, in-numru ta’ approvazzjoni veterinarja tal-biċċerija,

    - Fil-parti ta’ isfel, waħda mis-settijiet segwenti ta’ inizzjali: KEE — EEC — CEE — EWG — EEG — EØF,

    - Żewġ linji djagonali li jaqsmu t-timbru djagonalment, li jintersettaw f’angoli retti fin-nofs tat-timbru b’tali mod li l-informazzjoni ma tinħebiex.

    L-ittri iridu jkunu għoljin 08 cm u l-figuri għoljin 1 cm.

    It-timbru jista’ jkollu wkoll informazzjoni li biha l-veterinarju li jkun ispezzjona l-laħam jista’ jiġi identifikat.”

    "

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sal-31ta’ Diċembru 1980.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Jannar 1980.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. Marcora

    [1] ĠU C 289, tad-19.11.1979, p. 42.

    [2] L-Opinjoni mogħtija fl-24 ul-25 ta’ Ottubru 1979 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 24.

    [4] ĠU L 16, ta’ l-20.1.1978, p. 22.

    --------------------------------------------------

    Top