Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980D0764

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 1980 li tistabbilixxi l-iskeda tat-tabelli u d-definizzjonijiet li jirrigwardjaw l-istħarriġ statistiku taż-żoni bid-dwieli

    ĠU L 213, 16.8.1980, p. 28–33 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1980/764/oj

    31980D0764



    Official Journal L 213 , 16/08/1980 P. 0028 - 0033
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0088
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 30 P. 0087
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0088
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 18 P. 0303
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 18 P. 0303


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-8 ta’ Lulju 1980

    li tistabbilixxi l-iskeda tat-tabelli u d-definizzjonijiet li jirrigwardjaw l-istħarriġ statistiku taż-żoni bid-dwieli

    (80/764/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 357/79 tal-5 ta’ Frar 1979 dwar l-istħarriġ statistiku taż-żoni bid-dwieli [1], u partikolarment l-Artikolu 5 (5) u l-Artikolu 6 (7) tiegħu,

    Billi, permezz ta’ l-Artikolu 5 (5) tar-Regolament (KEE) Nru 357/79, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw ir-riżultati ta’ l-istħarriġ intermedju fil-għamla ta’ skeda ta’ tabelli li għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament;

    Billi, sabiex jassiguraw il-komparabbilità ta’ l-informazzjoni mogħtija f’dawn it-tabelli, ċerti definizzjonijiet li jirrigwardjaw l-istħarriġ intermedju għandhom ikunu stabbiliti;

    Billi, permezz ta’ l-Artikolu 6 (7) tar-Regolament (KEE) Nru 357/79, l-informazzjoni li hemm riferenza ghaliha fl-Artikolu 6 għandha tkun ippreżentata lill-Kummissjoni fil-għamla ta’ skeda ta’ tabelli li għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika Agrikola,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-għamla ta’l-iskeda tat-tabelli għal stħarriġ intermedju dwar iż-żoni bid-dwieli u għall-informazzjoni li hemm riferenza ghalia fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 357/79 għandhom ikunu kif elenkati fl-Anness I.

    Artikolu 2

    Id-definizzjonijiet li jirrigwardjaw l-istħarriġ intermedju għandhom ikunu kif elenkati fl-Anness II.

    L- Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-8 ta’ Lulju 1980.

    Għall-Kummissjoni

    François-Xavier Ortoli

    Viċi-President

    [1] ĠU L 54, tal-5.3.1979, p. 124.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    Fil-qofol tat-tifsira ta’ din id-Deċiżjoni, dawn id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

    (a) qasam:

    unità tekniko-ekonomika taħt amministrazzjoni waħda u li tipproduċi prodotti agrikoli;

    (b) żoni kkultivati:

    iż-żona totali ta’ l-art bid-dwieli, kemm fil-produzzjoni kif ukoll li għadha mhix fil-produzzjoni, intiża għall-produzzjoni tal-għeneb u/jew materjal ta’ propagazzjoniveġitattiva għad-dwieli u suġġetta għal koltivazzjoni regolari biex ikun akkwistatprodott ji jista jitqiegħed fuq is-suq;

    (ċ) żona b’varjetajiet ta’ dwieli tal-għeneb ta’ l-inbid għal inbejjed ta’ kwalità psr:

    żona bid-dwieli ta’ varjetajiet tal-għeneb għall-inbid tajjeb għall-produzzjoni ta’l-inbejjed ta’ kwalità prodotti f’reġjuni speċifiċi (psr) li huma konformi mad-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 338/79 tal-5 ta’ Frar 1979 [1]u tad-disposizzjonijiet stabbiliti biex jimplementaw dan ir-Regolament, kif ukoll id-disposizzjonijiet nazzjonali meħuda fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 19 ta’ dan l-istess Regolament;

    (d) żona b’varjetajiet ta’ dwieli tal-għeneb ta’ l-inbid għal inbejjed oħrajn:

    żona b’varjetajiet ta’ dwieli tal-għeneb ta’ l-inbid ikkultivati għall-produzzjoni ta’ l-inbid apparti mill-inbejjed ta’ kwatità psr;

    (e) is-sena tat-tkabbir għall-inbid:

    is-sena tat-tkabbir ta’ l-inbid tibda fl-1 ta’ Settembru u tispiċċa fil-31 ta’ Awissu;

    (f) varjetajiet tal-għeneb ta’ l-inbid:

    kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 347/79 tal-5 ta’ Frar 1979 dwar regoli ġenerali għall-klassifikazzjoni tal-varjetajiet tad-dwieli [2];

    (g) tindif ta’ l-art:

    tneħħija kompleta tal-għeruq fiż-żoni mħawwla bid-dwieli;

    (h) diskontinwazzjoni:

    twaqqif ta’ l-operazzjonijiet tal-koltivazzjoni regolari fuq żoni mħawwla bi dwieli biex ikun akkwistat prodott li jista jitqighed fuq is-suq;

    (i) tħawwil:

    stabbiliment definittiv ta’ żraġen jew partijiet ta’ żraġen tad-dwieli, imlaqqma jew le, bil-għan tal-produzzjoni ta’ l-għeneb jew l-istabbiliment ta’ dielja parenti mxettlagħat-tnissil tan-nisel;

    (l) dritt tat-tħawwil mill-ġdid:

    id-dritt li jkunu mħawwla mill-ġdid dwieli ta’ tip wieħed fuq żona ekwivalenti għal dik imnaddfa, permezz taċ-ċirkostanzi stabbiliti bir-Regolament (KEE) Nru 337/79matul perjodu ta’ tmien snin tat-tkabbir tal-għeneb għall-inbid li jsegwu s-sena lifihait-tindif, iddikjarat kif xieraq, ikun seħħ;

    (m) tħawwil mill-ġdid:

    it-tħawwil ta’ dwieli bi qbil mad-dritt tat-tħawwil mill-ġdid;

    (n) tħawwil ġdid:

    tħawwil ta’ dwieli li ma jkunux jikkorrispondu mad-definizzjoni ta’ tħawwil mill-ġdid kif mogħtija fi (m).

    [1] ĠU L 54, tal-5.3.1979, p. 48.

    [2] ĠU L 54, tal-5.3.1979, p. 75.

    --------------------------------------------------

    Top