Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978L1035

Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1978 dwar l-eżenzjoni minn taxxi fuq importazzjonijiet ta' kunsinni żgħar ta' oġġetti ta' kwalità mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi

ĠU L 366, 28.12.1978, pp. 34–35 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/11/2006; Imħassar b' 32006L0079

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1978/1035/oj

31978L1035



Official Journal L 366 , 28/12/1978 P. 0034 - 0035
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0077
Greek special edition: Chapter 09 Volume 1 P. 0104
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 1 P. 0077
Spanish special edition: Chapter 09 Volume 1 P. 0109
Portuguese special edition Chapter 09 Volume 1 P. 0109


Id-Direttiva tal-Kunsill

tad-19 ta' Diċembru 1978

dwar l-eżenzjoni minn taxxi fuq importazzjonijiet ta' kunsinni żgħar ta' oġġetti ta' kwalità mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi

(78/1035/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Tattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 74/651/KEE tad-19 ta' Diċembru 1974 dwar eżenzjoni mit-taxxa li għandu jkun hemm fuq l-importazzjoni ta' oġġetti f'kunsinni żgħar ta' kwalità mhux kummerċjali fil-Komunità [4], kif emendata permezz tad-Direttiva 78/1034/KEE [5], stabbiliet il-limiti u kondizzjonijiet li taħthom dawk il-kunsinni jistgħu jkunu eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżud u minn xi taxxi oħra fuq konsum;

Billi r-regoli tal-Komunità għandhom bl-istess mod jkunu stabbiliti għall-eżenzjoni mit-taxxi fuq id-dħul u taxxi tas-sisa fuq importazzjonjiet ta' kunsinni żgħar ta' natura simili minn pajjiżi terzi;

Billi għal dak il-għan il-limiti li fihom dik l-eżenzjoni għandha tkun applikata għandhom, għal raġunijiet prattiċi, ikunu safejn possibbli l-istess bħal dawk stabbiliti bl-arranġamenti għal eżenzjoni minn dwana fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3060/78 [6];

Billi finalment jidher meħtieġ li jkunu stabbiliti limiti speċjali għal ċerti prodotti minħabba l-livell għoli ta' tassazzjoni li għalihom preżentement huma suġġetti fl-Istati Membri,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Oġġetti f'kunsinni żgħar ta' kwalità mhux kummerċjali mibgħuta minn xi pajjiż mhux membru minn persuni privati lil persuni privati oħrajn f'xi Stat Membru għandhom ikunu eżentati mal-importazzjoni minn taxxi fuq id-dħul u taxxa tas-sisa.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, "kunsinni żgħar ta' kwalità mhux kummerċjali" tfisser kunsinni li:

- jkunu ta' natura okkażjonali,

- jkollhom biss oġġetti maħsuba għall-użu personali jew familjari tal-kunsinnatarji, li n-natura u l-kwantità tagħhom ma jindikawx li dawn ikunu qed jiġu mportati għal xi għan kummerċjali,

- jkollhom oġġetti b'valur totali li ma jeċċedix 30 EUA.

- jkunu mibgħuta lill-kunsinnatarju, mingħajr ħlas ta' kull xorta minn min jibagħthom.

Artikolu 2

1. L-Artikolu 1 għandu jgħodd għall-oġġetti elenkati hawn taħt għal-limiti kwantitattivi li ġejjin:

(a) prodotti tat-tabakk

50 sigaretti,

jew 25 cigarillos (sigarri ta' piż massimu ta' tlett grammi kull wieħed),

jew 10 sigarri,

jew 50 grammi ta' tabakk tat-tipjip;

(b) xorb alkoħoliku

- xorb distillat u spirti ta' saħħa alkoħolika li teċċedi 22o: flixkun stàndard wieħed (li ma jeċċedix litru),

jew

- xorb distillat u spirti u aperitivi b'bażi ta' nbid jew alkoħoliċi, ta' saħħa alkoħolika li ma teċċedix 22o; inbejjed sparkling u inbejjed liqueur: flixkun standard bottle wieħed (li ma jeċċedix litru),

jew

- nbejjed bla gass: żewġ litri;

(ċ) fwejjaħ: 50 grammi,

jew

toilet waters: 0.25 litri jew tmin uqijiet;

(d) kafe: 500 grammi,

jew

estratti u essenzi tal-kafe: 200 grammi;

(e) te: 100 grammi,

jew

estratti u essenzi tat-te: 40 grammi.

2. L-Istati Membri għandhom id-dritt li jnaqqsu l-kwantitajiet tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 eliġibbli għal eżenzjoni minn taxxi fuq-dħul u taxxa tas-sisa, jew li jneħħu l-eżenzjoni għal dawk il-prodotti għal kollox.

3. Taħt l-ebda ċirkustanzi m'għandha eżenzjoni mit-taxxa li tingħata għal kunsinni żgħar minn pajjiżi li mhumiex membri teċċedi dik applikabbli għal kunsinni żgħar mibgħuta ġewwa l-Komunità.

Artikolu 3

Oġġetti elenkati fl-Artikolu 2 li jkunu jinsabu f'kunsinna żgħira ta' kwalità mhux kummerċjali fi kwantitajiet li jeċċedu dawk stabbiliti fl-imsemmi Artikolu għandhom ikunu esklużi kollha kemm huma minn eżenzjoni,

Artikolu 4

1. Għall-fini ta' din id-Direttiva, "Unità Ewropea tal-kontijiet" (EUA) għandha tfisser kif imfissra fir-Regolamenti dwar Finanzi tal-21 ta' Diċembru 1977 [7].

2. L-EUA ekwivalenti f'munita nazzjonali li għandha tapplika għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun stabbilita darba fis-sena. Ir-rati applikabbli għandhom ikunu dawk miksuba fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Ottubru b'effett mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara.

3. L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-ammonti f'munita nazzjonali li tirriżulta mill-konverżjoni tal-ammonti f'Unità Ewropea tal-kontijiet kif provdut fl-Artikolu 1(2), sakemm dan l-aġġustament ma jeċċedix iż-2 EUA.

4. L-Istati Membri jistgħu iżommu l-ammont tal-eżenzjoni fis-seħħ fiż-żmien tal-aġġustament annwali li hemm provdut fil-paragrafu 2 jekk, qabel l-aġġustament li hemm provdut fil-paragrafu 3, konverżjoni tal-ammont tal-eżenzjoni espressi f'EUA tista' tirriżulta f'bidla ta' inqas minn 5 % fl-eżenzjoni espressa f'munita nazzjonali.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1979.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-disposizzjonijiet li huma jadottaw biex jimplimentaw din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma b'dan lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula ġewwa Brussell, fid-19 ta' Diċembru 1978.

Għall-Kunsill

Il-President

H.-D. Genscher

[1] ĠU C 18, tal-25.1.1975, p. 6; ĠU C 213, tas-7.9.1978, p. 11.

[2] ĠU C 261, tas-6.11.1978, p. 46.

[3] Opinjoni mogħtija fid-19 ta' Ottubru 1978 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 354, tat-30.12.1974, p. 57.

[5] Ara paġna 33 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[6] Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[7] ĠU L 356, tal-31.12.1977, p. 1.

--------------------------------------------------

Top