This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31978D0688
78/688/EEC: Council Decision of 25 July 1978 setting up an Advisory Committee on the Training of Dental Practitioners
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Lulju 1978 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv dwar it-Taħriġ tad-Dentisti Prattikanti
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Lulju 1978 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv dwar it-Taħriġ tad-Dentisti Prattikanti
ĠU L 233, 24.8.1978, p. 15–16
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 233 , 24/08/1978 P. 0015 - 0016
Finnish special edition: Chapter 16 Volume 1 P. 0041
Greek special edition: Chapter 05 Volume 3 P. 0026
Swedish special edition: Chapter 16 Volume 1 P. 0041
Spanish special edition: Chapter 06 Volume 2 P. 0044
Portuguese special edition Chapter 06 Volume 2 P. 0044
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Lulju 1978 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv dwar it-Taħriġ tad-Dentisti Prattikanti (78/688/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra l-abbozz tad-Deċiżjoni sottomess mill-Kummissjoni, Billi, fir-reżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Ġunju 1974 li tikkonċerna r-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta' kwalifiki formali, il-Kunsill iddikjara ruħu favur l-istabbiliment ta' kumitati konsultattivi; Billi, fil-kuntest tar-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta' kwalifiki formali fid-dentistrija, hu importanti li jiġi assigurat standard ta' taħriġ għoli komparabbli; Billi, b'kontribuzzjoni għall-kisba ta' dan l-oġġettiv, hu mixtieq li jiġi stabbilit Kumitat Konsultattiv biex jagħti pariri lill-Kummissjoni, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Kumitat Konsultattiv dwar it-Taħriġ tad-Dentisti Prattikanti, hawnhekk iżjed il-quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", għandu jiġi stabbilit fi ħdan il-Kummissjoni. Artikolu 2 1. Il-kompitu tal-Kumitat għandu jkun li jgħin jassigura standard ta' taħriġ għoli kumparabbli għall-dentisti prattikanti fil-Komunità, fir-rigward kemm tat-taħriġ ta' dentisti prattikanti u kemm dak ta' pratikanti fid-dentistrija speċjalizzata. 2. Għandu jwettaq dan il-kompitu, b'mod partikolari, permezz tal-mezzi li ġejjin: - skambjar ta' informazzjoni komprensiva dwar il-metodi ta' taħriġ u l-kontenut, il-livell u l-istruttura ta' korsijiet teoretiċi u prattiċi provduti fl-Istati Membri. - diskussjoni u konsultazzjoni bl-għan li jiġu żviluppati approċċi komuni għall-istandard li għandu jintlaħaq fit-taħriġ ta' dentisti prattikanti u, kif ikun xieraq, għall-istruttura u l-kontenut ta' dan it-taħriġ. - jinżamm taħt reviżjoni l-adattament tat-taħriġ tad-dentisti prattikanti għall-iżviluppi fix-xjenza dentarja u l-metodi ta' tagħlim. 3. Il-Kumitat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu inklużi, meta jikkunsidrah xieraq, suġġerimenti biex isiru emendi lill-Artikoli li għandhom x'jaqsmu mat-taħriġ tad-dentisti prattikanti fid-Direttivi 78/686/KEE [1] u 78/687/KEE [2]. 4. Il-Kumitat għandu wkoll jagħti konsulenza lill-Kummissjoni fuq kwalunkwe kwistjoni li l-Kummissjoni tista' tirreferi lilu fejn għandu x'jaqsam it-taħriġ tad-dentisti prattikanti. Artikolu 3 1. Il-Kumitat għandu jikkonsisti fi tliet esperti minn kull Stat Membru, kif ġej: - espert li jeżerċita l-professjoni tad-dentistrija, - espert mill-fakultajiet rilevanti ta' l-universitajiet jew istituzzjonijiet komparabbli, - espert mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru. 2. Għandu jkun hemm sostitut għal kull membru. Is-sostituti jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Kumitat. 3. Il-membri u s-sostituti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu nominati mill-Istati Membri. Il-membri msemmija fl-ewwel u t-tieni inċiżi tal-paragrafu 1 u s-sostituti tagħhom għandhom ikunu nominati fuq il-proposta tal-professjoni prattikanti u l-fakultajiet rilevanti ta' l-universitajiet jew istituzzjonijiet komparabbli. Il-membri u s-sostituti hekk innominati għandhom ikunu maħtura mill-Kunsill. Artikolu 4 1. Il-mandat ta' membru tal-Kumitat għandu jkun ta' tliet snin. Wara li jiskadi dan il-perjodu l-membri tal-Kumitat għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm ma jsirx provvediment għas-sostituzzjoni tagħhom jew il-mandat tagħhom ikun imġedded. 2. Il-mandat ta' membru jista' jispiċċa qabel ma jiskadi l-perjodu ta' tliet snin minħabba r-riżenja jew il-mewt tal-membru, jew is-sostituzzjoni tiegħu b'persuna oħra, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3. Din il-ħatra għandha tkun għall-bqija tal-mandat. Artikolu 5 Il-Kumitat għandu jeleġġi president u żewġ deputati presidenti mill-membri tiegħu stess. Għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. L-aġenda għal-laqgħat għandha titfassal mill-president tal-Kumitat f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Artikolu 6 Il-Kumitat jista' jistabbilixxi gruppi ta' ħidma, u jistieden u jippermetti osservaturi jew esperti jassistuh f'konnessjoni ma' l-aspetti speċjali kollha tal-ħidma tiegħu. Artikolu 7 Is-servizzi tas-segretarjat għall-Kumitat għandhom ikunu provduti mill-Kummissjoni. Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Lulju 1978. Għall-Kunsill Il-President K. Von Dohnanyi [1] Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali [2] Ara l-paġna 10 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali --------------------------------------------------