Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31977D0415

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1977 li taċċetta f'isem il-Komunità diversi l-Annessi għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' proċeduri doganali

    ĠU L 166, 4.7.1977, p. 1–39 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1977/415/oj

    31977D0415



    Official Journal L 166 , 04/07/1977 P. 0001 - 0039
    Finnish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0066
    Greek special edition: Chapter 02 Volume 4 P. 0007
    Swedish special edition: Chapter 11 Volume 3 P. 0066
    Spanish special edition: Chapter 02 Volume 4 P. 0007
    Portuguese special edition Chapter 02 Volume 4 P. 0007


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-3 ta' Ġunju 1977

    li taċċetta f'isem il-Komunità diversi l-Annessi għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' proċeduri doganali

    (77/415/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

    Billi, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 75/199/KEE tat-18 ta' Marzu 1975 [1], il-Komunità hija parti għal Konvenzjoni Internazzjonali fuq is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' proċeduri doganali;

    Billi l-Annessi għall-imsemmija Konvenzjoni li jikkonċernaw regoli ta' l-oriġini, xiehda dokumentata ta' l-oriġini, transitu doganali, dħul temporanju għall-ipproċessar intern u esportazzjoni temporanja għall-ipproċessar estern huma aċċettabbli għall-Komunità; billi madankollu huwa rakkomandabbli li l-aċċettazzjoni ta' l-Annessi li jikkonċernaw regoli ta' l-oriġini, xiehda dokumentata ta' l-oriġini, dħul temporanju għall-ipproċessar intern u esportazzjoni temporanja għall-ipproċess estern issir taħt ċerti reservi sabiex jingħata kas tal-ħtiġijiet speċjali ta' l-għaqda doganali

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    L-Artikolu 1

    L-Annessi għall-Konvenzjoni Internazzjonali li ġejjin dwar is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' proċeduri doganali huma aċċettati f'isem il-Komunità:

    - l-Anness D.1 li jikkonċerna regoli ta' l-oriġini, minbarra l-istandards 7 u 8 u l-prattika rakkomandata 10,

    - l-Anness D.2 li jikkonċerna xiehda dokumentata ta' l-oriġini, minbarra l-prattiċi rakkomandati 3, 10 u 12,

    - l-Anness E.1 li jikkonċerna transitu doganali,

    - l-Anness E.6 li jikkonċerna dħul temporanju għall-ipproċessar intern, minbarra l-istandards 19 u 34 u l-prattiċi rakkomandati 5, 16, 18 u 27,

    - l-Anness E.8 li jikkonċerna esportazzjoni temporanja għall-ipproċessar estern, minbarra l-istandard 20 u l-prattiċi rakkomandati 3, 9 u 10.

    It-testi ta' l-Annessi ta' hawn fuq huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

    L-Artikolu 2

    Il-Kummissjoni għandha tinforma lis-Segretarjat tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali bl-aċċettazzjoni mill-Komunità ta' l-Anness li jikkonċerna transitu doganali u, bla ħsara għar-reservi li għalihom jirreferi l-Artikolu 1, ta' l-Annessi li jikkonċernaw regoli ta' l-oriġini, xiehda dokumentata ta' l-oriġini, dħul temporanju għall-ipproċessar intern u esportazzjoni temporanja għall-ipproċessar estern.

    Magħmula fi Brussel, fit-3 ta'Ġunju 1977.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. Owen

    [1] ĠU L 100, tal-21.4.1975, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    L-ANNESS D.1

    L-ANNESS LI JIKKONĊERNA REGOLI TA' L-ORIĠINI

    Daħla

    Il-kunċett ta' l-oriġini ta' l-oġġetti jidħol fl-implimentazzjoni ta' ħafna miżuri li l-applikazzjoni tagħhom hija r-responsabbiltà doganali. Ir-regoli applikati biex ikun iddeterminat l-oriġini jużaw żewġ kriterji bażiċi differenti: il-kriterju ta' oġġetti "prodotti għal kollox" f'pajjiż speċifiku, fejn pajjiż wieħed biss ikun ikkunsidrat biex ikun attribwit l-oriġini, u l-kriterju ta' "trasformazzjoni sostanzjali", fejn tnejn jew aktar pajjiżi jkunu ħadu parti fil-produzzjoni ta' l-oġġetti. Il-kriterju "prodotti għal kollox" japplika l-aktar għal prodotti "naturali" u għal oġġetti magħmula għal kollox minnhom, biex għalhekk oġġetti li jkun fihom xi partijiet jew materjal importat jew ta' oriġini mhux determinat huma ġeneralment esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. Il-kriterju "trasformazzjoni sostanzjali" jista' jkun espress b'numru ta' metodi differenti ta' applikazzjoni.

    Fil-prattika il-kriterju ta' trasformazzjoni sostanzjali jista' jkun espress:

    - b'regola li tkun trid bidla ta' intestatura ta' tariffa f'nomenklatura speċifikata, b'listi ta' eċċezzjonijiet,

    u/jew

    - minn lista ta' xogħlijiet ta' manifattura u pproċessar li jagħtu jew ma jagħtux, lill-oġġetti l-oriġini tal-pajjiż li fih ikunu saru dawk ix-xogħlijiet,

    u/jew

    - minn regola ta' persentaġġ ad valorem, fejn jew il-persentaġġ tal-valur tal-materjal utilizzat jew il-persentaġġ tal-valur miżjud jilħaq livell speċifikat.

    Il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn id-diversi metodi ta' espressjoni, mill-aspett tad-dwana u tal-persuna li tużahom, jistgħu jinġabru kif ġej:

    A. BIDLA TA' INTESTATURA TA' TARIFFA

    Il-metodu ta' applikazzjoni tas-soltu huwa li tkun preskritta regola ġenerali li biha l-prodott miksub ikun meqjus li għadda minn manifattura u pproċessar biżżejjed jekk jaqa' taħt intestatura ta' nomenklatura sistematika ta' oġġetti differenti mill-intestaturi applikabbli għal kull materjal utilizzat.

    Din ir-regola ġenerali hija s-soltu akkompanjata minn listi ta' eċċezzjonijiet ibbażati fuq nomenklatura sistematika ta' oġġetti; dawn jispeċifikaw il-każi li fihom bidla ta' intestatura ma tkunx deċisiva jew ma timponix iżjed kondizzjonijiet.

    Vantaġġi

    Dan il-metodu jippermetti l-formulazzjoni preċiża u oġġettiva tal-kondizzjonijiet li jiddeterminaw l-oriġini. Jekk jintalab jipproduċi xiehda, il-manifattur ma jkollux diffikultà normalment li jforni d-data li jippruvaw li fil-fatt l-oġġetti jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti.

    Żvantaġġi

    Il-preparazzjoni ta' listi ta' eċċezzjonijiet hija ta' spiss diffiċli u barra minn hekk listi bħal dawn iridu normalment ikunu aġġornati l-ħin kollu biex jinżammu aġġornati ma' żviluppi tekniċi u kondizzjonijiet ekonomiċi. Kull deskrizzjoni ta' proċessi ta' manifattura jew kwalifika ma tridx tkun komplikata aktar milli hu xieraq, għax inkella tista' twassal manifatturi biex jikkommettu żbalji bi ħsieb tajjeb.

    Barra minn dan, hu meħtieg minn qabel ma jsir użu mill-istruttura ta' nomenklatura sistematika ta' oġġetti biex ikun iddeterminat l-oriġini li kemm il-pajjiż ta' esportazzjoni kif ukoll il-pajjiż ta' importazzjoni jkunu adottaw l-istess nomenklatura bħala bażi għat-tariffi rispettivi tagħhom u li japplikawhom b'mod uniformi.

    B. LISTI TA' XOGĦLIJIET TA' MANIFATTURA JEW IPPROĊESSAR

    Dan il-metodu huwa fil-biċċa l-kbira espress bl-użu ta' listi ġenerali li jiddeskrivu għal kull prodott ix-xogħlijiet tekniċi ta' manifattura jew ipproċessar meqjusa bħala importanti biżżejjed ("proċessi li jikwalifikaw").

    Vantaġġi

    Il-vantaġġi huma l-istess bħal dawk deskritti f'A hawn fuq.

    Żvantaġġi

    Barra milli jaqsmu l-iżvantaġġi li għalihom hemm referenza f'A hawn fuq, il-listi ġenerali huma itwal u aktar dettaljati, għalhekk il-preparazzjoni tagħhom tkun ukoll aktar diffiċli.

    Ċ. REGOLA TA' PERSENTAĠĠ AD VALOREM

    Sabiex ikun stabbilit l-oriġini b'dan il-metodu, jingħata kas tal-miżura ta' manifattura jew ipproċessar li jsiru f'pajjiż, b'referenza għall-valur li b'hekk jiżdied fuq l-oġġetti. Meta dan il-valur miżjud ikun daqs jew jaqbeż xi persentaġġ speċifikat, l-oġġetti jakkwistaw l-oriġini tal-pajjiż fejn tkun saret il-manufattura jew l-ipproċessar.

    Il-valur miżjud jista' wkoll jiġi kkalkulat b'referenza għall-materjal jew komponenti ta' oriġini barranija jew mhux determinata użati fil-manufattura jew produzzjoni ta' l-oġġetti. L-oġġetti jżommu l-oriġini f'pajjiż speċifiku jekk biss il-materjal jew il-komponenti ma jaqbżux xi persentaġġ speċifikat tal-valur tal-prodott mitmum.

    Fil-prattika, għalhekk, dan il-metodu jinvolvi paragun tal-valur tal-materjal importat jew ta' oriġini mhux determinata mal-valur tal-prodott mitmum.

    Il-valur ta' elementi kostitwenti importati jew ta' oriġini mhux determinata huwa ġeneralment stabbilit mill-valur ta' importazzjoni jew il-prezz tax-xiri. Il-valur ta' l-oġġetti kif esportati huwa normalment ikkalkulat fuq il-prezz tal-manifattura, il-prezz tal-fabbrika jew il-prezz ta' l-esportazzjoni.

    Dan il-metodu jista' jiġi applikat:

    - jew b'rabta maż-żewġ metodi l-oħra, permezz tal-listi ta' eċċezzjonijiet li għalihom hemm referenza f'A hawn fuq jew il-listi ġenerali li għalihom hemm referenza f'B, jew

    - b'regola ġenerali li tippreskrivi persentaġġ uniformi, mingħajr referenza għal xi lista ta' prodotti individwali.

    Vantaġġi

    Il-vantaġġi prinċipali ta' dan il-metodu huma l-preċiżjoni u s-sempliċità tiegħu.

    Il-valur ta' materjal kostitwenti importat jew ta' oriġini mhux determinata jista' jiġi stabbilit minn records kummerċjali jew dokumenti disponibbli.

    Meta l-valur ta' l-oġġetti esportati huwa bbażat fuq il-prezz tal-fabbrika jew il-prezz ta' esportazzjoni, bħala regola ż-żewġ prezzijiet jistgħu jkunu aċċertati malajr u jistgħu jiġu sostnuti minn fatturi kummerċjali u r-records kummerċjali tan-negozjanti konċernati.

    Żvantaġġi

    Diffikultajiet jistgħu x'aktarx jinqalgħu speċjalment f'każi li kemm kemm jingħazlu minn xulxin fejn daqsxejn ta' differenza 'l fuq jew 'l isfel mill-persentaġġ preskritt tikkawża li prodott jilħaq, jew jonqos milli jilħaq, il-kondizzjonijiet marbuta ma' l-oriġini.

    L-istess, l-oriġini attribwit jiddependi fil-biċċa l-kbira fuq il-prezzijiet tas-suq dinji tal-materja prima u wkoll fuq iċ-ċaqliq tal-munita. Dan iċ-ċaqliq jista' xi drabi jkun tant aċċentwat li l-applikazzjoni tar-regoli ta' l-oriġini fformulati fuq din il-bażi tkun distorta b'mod apprezzabbli.

    Żvantaġġ kbir ieħor huwa li ċerti elementi bħall-prezz tal-manifattura jew il-valur totali tal-prodotti użati, li jistgħu jittieħdu bħala l-bażi biex ikun ikkalkolat il-valur miżjud, spiss ikunu diffiċli biex jiġu stabbiliti u jistgħu wkoll ikollhom formulazzjoni u interpretazzjoni differenti fil-pajjiż ta' esportazzjoni u l-pajjiż ta' importazzjoni. Kwistjonijiet jistgħu jinqalgħu dwar jekk ċerti fatturi, b'mod speċjali l-ispejjez ġenerali regolari ta' negozju, għandhomx jiġu allokati mal-prezz tal-manufattura jew, per eżempju, ma' l-ispejjez tal-bejgħ, tqassim, eċċ..

    Waqt li dawn id-diversi regoli biex ikun iddeterminat l-oriġini kollha għandhom, fi grad jew ieħor, vantaġġi u żvantaġġi, irid ikun enfasizzat li n-nuqqas ta' regoli komuni ta' l-oriġini, kemm fl-importazzjoni kif ukoll fl-esportazzjoni, mhux biss jikkomplika x-xogħol ta' l-amministrazzjonijiet doganali u tal-korpi li jkollhom is-setgħa li joħorġu xiehda dokumentata ta' l-oriġini imma ukoll jikkawża diffikultajiet għal dawk involuti fil-kummerċ internazzjonali. Dan jindika x-xewqa li wieħed jimxi gradatament lejn armonizzazzjoni f'dan il-qasam. Ukoll fejn iddaħħlu metodi differenti biex jirreflettu kondizzjonijiet ekonomiċi jew fatturi ta' negozjar f'arranġamenti ta' tariffa preferenzjali, jidher li hu mixtieq ħafna li huma għandhom jeżistu ġewwa qafas standard u komuni, biex jiftiehmu b'faċilità mill-kummerċjanti u jkunu applikati b'faċilità mid-dwana.

    Wara li kkunsidra l-punti li ġew qabel, l-Anness jipproponi, skond id-definizzjonijiet ta' ċerti termini tekniċi, dawk ir-regoli biex ikun iddeterminat l-oriġini li wieħed iħoss jistgħu jiġu applikati u kkontrollati bl-ikbar faċilità, bl-inqas riskju ta' nuqqas ta' ftehim u frodi u b'lanqas tfixkil għall-attivitajiet kummerċjali.

    Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw dawn ir-regoli ikunu akkompanjati minn dispożizzjonijiet oħra li dwarhom fil-biċċa l-kbira jkun hemm qbil li huma essenzjali għall-applikazzjoni prattika ta' sistema ta' determinazzjoni ta' l-oriġini.

    L-Anness jittratta biss l-aspetti doganali tar-regoli ta' l-oriġini. Huwa ma jestendix, bħala eżempju, għall-miżuri meħuda biex tkun protetta propjetà industrijali jew kummerċjali jew biex ikun żgurat ir-rispett għall-indikazzjonijiet ta' l-oriġini jew deskizzjonijiet kummerċjali oħra li jkunu fis-seħħ.

    Definizzjonijiet

    Għall-iskop ta' dan l-Anness:

    (a) it-terminu "pajjiż ta' l-oriġini ta' l-oġġetti" ifisser il-pajjiż li fih l-oġġetti ġew prodotti jew manufatturati, skond il-kriterji stabbiliti għall-iskop ta' applikazzjoni tat-tariffa doganali, ta' restrizzjonijiet kwantitattivi jew ta' xi miżura oħra li għandha x'taqsam mal-kummerċ;

    Nota

    F'din id-definizzjoni l-kelma "pajjiż" tista' tinkludi grupp ta' pajjiżi, reġjun jew parti minn pajjiż.

    (b) it-terminu "regoli ta' l-oriġini" ifisser id-dispożizzjonijiet speċifiċi, żviluppati minn prinċipji stabbiliti b'leġislazzjoni nazzjonali jew ftehim internazzjonali ("kriterji ta' l-oriġini"), applikati minn pajjiż biex jistabbilixxi l-oriġini ta' l-oġġetti;

    (ċ) it-terminu "kriterju ta' trasformazzjoni sostanzjali" ifisser il-kriterju li skond hu l-oriġini jkun deċiż billi jiġi kkunsidrat bħala l-pajjiż ta' l-oriġini l-pajjiż li fih l-aħħar manifattura jew ipproċessar sostanzjali, meqjusa bħala biżżejjed biex jagħtu lill-prodott il-karattru essenzjali, tkun saret;

    (d) it-terminu "kontrol doganali" ifisser il-miżuri applikati biex tkun żgurata l-osservanza tal-liġijiet u r-regolamenti li d-dwana hija responsabbli li tinforza.

    Prinċipju

    1. Standard

    Ir-regoli ta' l-oriġini meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri li d-dwana hija responsabbli li tapplika kemm fl-importazzjoni kif ukoll fl-esportazzjoni jridu jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness.

    Regoli ta' l-Oriġini

    2. Standard

    Oġġetti prodotti għal kollox f'pajjiż speċifiku għandhom jitqiesu bħala li oriġinaw f'dak il-pajjiż. Dawn li ġejjin biss għandhom jitqiesu bħala li huma prodotti għal kollox f'pajjiż speċifiku:

    (a) prodotti minerali estratti mill-art tiegħu, mill-ibħra territorjali tiegħu jew minn qiegħ il-baħar tiegħu;

    (b) prodotti tal-ħaxix maħsuda jew miġbura f'dak il-pajjiż;

    (ċ) annimali ħajjin imwielda u mrobbija f'dak il-pajjiż;

    (d) prodotti meħuda minn annimali ħajjin f'dak il-pajjiż;

    (e) prodotti miksuba mill-kaċċa jew mis-sajd li jsiru f'dak il-pajjiż;

    (f) prodotti miksuba minn sajd marittimu u prodotti oħra meħuda mill-baħar minn bastiment ta' dak il-pajjiż;

    (g) prodotti miksuba abbord bastiment-fabbrika ta' dak il-pajjiż iżda biss minn prodotti tat-tip kopert minn paragrafu f hawn fuq;

    (h) prodotti estratti minn qiegħ il-baħar jew mis-saff sewwasew taħt il-qiegħ 'l barra mill-ibħra territorjali ta' dak il-pajjiż, sakemm dak il-pajjiż ikollu drittijiet esklużivi biex jaħdem dak il-qiegħ jew is-saff ta' taħt il-qiegħ;

    (ij) ruttam u skart minn xogħlijiet ta' manifattura u pproċessar, u oġġetti użati, miġbura f'dak il-pajjiż u tajbin biss għall-irkuprar ta' materja prima;

    (k) oġġetti magħmula f'dak il-pajjiż iżda biss mill-prodotti li għalihom jirreferu l-paragrafi a sa ij hawn fuq.

    3. Standard

    Fejn tnejn jew aktar pajjiżi kellhom sehem fil-produzzjoni ta' l-oġġetti, l-oriġini ta' l-oġġetti għandu jkun stabbilit skond il-kriterju ta' trasformazzjoni sostanzjali.

    Noti

    1. Fil-prattika l-kriterju ta' trasformazzjoni sostanzjali jista' jkun espress:

    - b'regola li tkun titlob bidla ta' intestatura ta' tariffa f'nomenklatura speċifikata b'listi ta' eċċezzjonijiet,

    u/jew

    - b'lista ta' xogħlijiet ta' manifattura jew ipproċessar, li jagħtu jew ma jagħtux lill-oġġetti l-oriġini tal-pajjiż li fih dawk ix-xogħlijiet ikunu saru,

    u/jew

    - bir-regola ta' persentaġġ ad valorem, meta jew il-persentaġġ tal-valur tal-materjal utilizzat jew il-persentaġġ tal-valur miżjud jilħaq livell speċifikat.

    2. Sabiex jiġi stabbilit jekk il-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' trasformazzjoni sostanzjali ġewx sodisfatti, tista' tintuża l-istruttura ta' sistema ta' klassifika ta' tariffa bħan-Nomenklatura ta' Brussel billi tkun preskritta regola ġenerali akkompanjata minn listi ta' eċċezzjonijiet.

    Taħt din ir-regola ġenerali l-prodott miksub huwa kkunsidrat li jkun għadda minn manifattura jew ipproċessar biżżejjed jekk jaqa' f'intestatura tas-sistema ta' klassifika ta' tariffa differenti mill-intestatura applikabbli għal kull materjal utilizzat.

    Il-listi ta' eċċezzjonijiet jistgħu jiċċitaw:

    (a) ix-xogħlijiet ta' manifattura jew ipproċessar li, għalkemm iġibu magħhom bidla fl-intestatura ta' klassifika ta' tariffa, mhumiex ikkunsidrati bħala sostanzjali jew huma kkunsiderati bħala sostanzjali taħt ċerti kondizzjonijiet biss;

    (b) ix-xogħlijiet ta' manifattura jew ipproċessar li, għalkemm ma jġibux bidla fl-intestatura ta' klassifika ta' tariffa, huma kkunsidrati bħala sostanzjali taħt ċerti kondizzjonijiet.

    Il-kondizzjonijiet li jirreferu għalihom a u b jistgħu jolqtu jew lil xi tip ta' trattament li jkunu għaddew minnu l-oġġetti jew lil xi regola ta' persentaġġ ad valorem.

    3. Il-kondizzjoni ta' persentaġġ ad valorem tista' tkun espressa taħt għamla ta'regola ġenerali li tippreskrivi rata uniformi, mingħajr lista ta' prodotti individwali.

    4. Prattika rakkomandata

    Meta jkun applikat il-kriterju ta' trasformazzjoni sostanzjali, għandu jsir użu min-Nomenklatura ta' Brussel kif tipprovdi n-Nota 2 għal standard 3.

    5. Prattika rakkomandata

    Meta il-kriterju ta' trasformazzjoni sostanzjali jkun espress fit-termini tar-regola tal-persentaġġ ad valorem, il-valuri li jridu jiġu kkunsidrati għandhom ikunu:

    - għall-materjal importat, il-valur dazjabbli waqt l-importazzjoni jew, fil-każ ta' materjal ta' oriġini mhux determinat, l-ewwel prezz li jista' jkun aċċertat imħallas għalih fit-territorju tal-pajjiż fejn saret il-manifattura, u

    - għall-oġġetti prodotti, jew il-prezz tal-fabbrika jew il-prezz waqt l-esportazzjoni, skond id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni nazzjonali.

    6. Standard

    Xogħlijiet li ma jikkontribwixxux jew li jikkontribwixxu biss f'miżura żgħira għall-karatteristiċi jew kwalitajiet essenzjali ta' l-oġġetti, u b'mod speċjali xogħlijiet limitati għal wieħed jew aktar minn dawk elenkati hawn taħt, m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala li jikkonstitwixxu manifattura jew ipproċessar sostanzjali:

    (a) xogħlijiet meħtieġa għall-preservazzjoni ta' oġġetti waqt it-trasport u l-ħażna;

    (b) xogħlijiet biex jittejjeb l-imballaġġ jew il-kwalità għall-bejgħ fis-suq ta' l-oġġetti jew biex jiġu ppreparati għal ġarr fuq vapur, bħal qsim ta' tagħbija, tqegħid flimkien ta' pakketti, tqassim u

    (ċ) xogħlijiet ta' muntaġġ sempliċi;

    (d) taħlit ta' oġġetti ta' oriġini differenti, sakemm il-karatteristiċi tal-prodott li jirriżulta mhumiex essenzjalment differenti mill-karatteristiċi ta' l-oġġetti li ġew imħallta.

    Każi speċjali ta' kwalifikazzjoni għall-oriġini

    7. Standard

    Aċċessorji, partijiet ta' rikambju u għodda għall-użu ma' xi magna, tagħmir, apparat jew vettura għandhom jitqiesu li huma ta' l-istess oriġini bħall-magna, tagħmir, apparat jew vettura, sakemm ikunu importati u s-soltu mibjugħa magħhom u jikkorrespondu, fix-xorta u n-numru, mat-tagħmir normali tagħhom.

    8. Standard

    Oġġett immontat jew żarmat li huwa importat f'iktar minn kunsinna waħda għax ma jkunx possibbli, għal raġunijiet ta' trasport jew ta' produzzjoni, li jiġi importat f'kunsinna waħda jista', jekk l-importatur, ikun irid hekk, jiġi ttrattat bħala oġġett wieħed bl-iskop li jkun iddeterminat l-oriġini.

    9. Standard

    Bl-iskop li jkun iddeterminat l-oriġini, il-materjal użat għall-imballaġġ għandu jitqies li hu ta' l-istess oriġini bħall-oġġetti li jkunu fih għajr meta l-leġislazzjoni nazzjonali tal-pajjiż ta' importazzjoni tkun teħtieġ li jiġi ddikjarat għalih għal finijiet ta' tariffa, f'liema każ l-oriġini tiegħu għandu jkun iddeterminat separatament minn dak ta' l-oġġetti.

    10. Prattika rakkomandata

    Bl-iskop li jkun iddeterminat l-oriġini ta' l-oġġetti, fejn il-materjal użat għall-imballaġġ jitqies li hu ta' l-istess oriġini bħal ta' l-oġġetti, għandha tingħata konsiderazzjoni biss, b'mod partikolari meta jiġi applikat metodu ta' persentaġġ, lill-materjal użat għall-imballaġġ li fih is-soltu l-oġġetti jinbiegħu bl-imnut.

    11. Standard

    Bl-iskop li jkun iddeterminat l-oriġini ta' l-oġġetti, m' għandha tittieħed l-ebda konsiderazzjoni ta' l-oriġini ta' l-enerġija, impjant, makkinarju u għodda użati fil-manifattura jew ipproċessar ta' l-oġġetti.

    Regola ta' trasport dirett

    12. Prattika rakkomandata

    Meta jkunu preskritti dispożizzjonijiet li jagħmlu obbligatorju t-trasport dirett ta' oġġetti mill-pajjiż ta' l-oriġini, għandu jkun permess derogi minnhom, b'mod partikolari għal raġunijiet ġeografiċi (bħal, fil-każ ta' pajjiżi imdawra bl-art) u fil-każ ta' oġġetti li jibqgħu' taħt kontroll doganali f'pajjiżi terzi (bħal, fil-każ ta' oġġetti murija ġo fieri jew esibizzjonijiet jew imqiegħda fi mħażen doganali).

    Tagħrif dwar regoli ta' l-oriġini

    13. Standard

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-regoli ta' l-oriġini, inklużi kull tibdil u tagħrif ta' interpretazzjoni, ikunu disponibbli malajr għal kull persuna interessata.

    14. Standard

    Tibdil fir-regoli ta' l-oriġini jew fil-proċeduri għall-applikazzjoni tagħhom għandu jidħol biss fis-seħħ wara li jkun ingħata avviż biżżejjed biex il-persuni interessati, kemm fi swieq ta' esportazzjoni kif ukoll f'pajjiżi fornituri, jkunu jistgħu jagħtu konsiderazzjoni lid-dispożizzjonijiet il-ġodda.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS D.2

    L-ANNESS DWAR XIEHDA DOKUMENTATA TA' L-ORIĠINI

    Daħla

    L-applikabilità ta' ħafna miżuri doganali, b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu ma' tariffi, tiddependi fuq l-oriġini ta' l-oġġetti. Ċertifikati u xiehda dokumentata ta' l-oriġini oħra miġjuba waqt l-importazzjoni huma maħsuba biex jitħaffef il-kontroll ta' l-oriġini u b'hekk jitgħaġġlu l-operazzjonijiet ta' l-iżdoganar.

    Xiehda dokumentata ta' l-oriġini tista' tinġieb b'dikjarazzjoni sempliċi murija fuq il-fattura kummerċjali jew xi dokument ieħor mill-manifattur, produttur, fornitur, esportatur jew persuna kompetenti oħra.

    F'xi każi, madankollu, dawn id-dikjarazzjonijiet iridu jkunu awtentikati jew ikkomplementati b'ċertifikazzjoni minn awtorità jew korp li jkollhom is-setgħa għal dan l-iskop u li jkunu indipendenti kemm mill-importatur kif ukoll l-esportatur. F'każi oħra jistgħu jsiru formoli speċjali ("ċertifikati ta' l-oriġini") li fuqhom il-korp li jkollu s-setgħa li joħroġhom jiċċertifika l-oriġini ta' l-oġġetti u li jistgħu wkoll jinkludu dikjarazzjoni mill-manifattur, produttur, eċċ.

    Min-naħa l-oħra, hemm ċirkostanzi fejn jista' jkun possibbli li titeħħa l-ħtieġa ta' xi xiehda dokumentata ta' l-oriġini.

    Din l-iskala ta' modi possibbli ta' xiehda dokumentata ta' l-oriġini tippermetti li tingħata konsiderazzjoni lid-diversi gradi ta' importanza fid-determinazzjoni ta' l-oriġini, waqt li jkunu kkunsidrati d-diversi interessi involuti.

    Huma, għalhekk, meħtieġa regoli preċiżi sabiex l-esportaturi u l-importaturi jistgħu jkunu jafu eżattament x'inhuma l-ħtiġijiet doganali f'dan il-qasam u b'hekk ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ mis-simplifikazzjoni tal-formalitajiet li saret possibbli f'xi każi. Dawn ir-regoli jistabbilixxu ukoll il-kondizzjonijiet li jridu jissodisfaw dawn id-diversi modi ta' xhieda dokumentata biex ikunu validi.

    Definizzjonijiet

    Għall-iskop ta' dan l-Anness:

    (a) it-terminu "xiehda dokumentata ta' l-oriġini" jfisser ċertifikat ta' l-oriġini, dikjarazzjoni ċertifikata ta' l-oriġini jew dikjarazzjoni ta' l-oriġini;

    (b) it-terminu "ċertifikat ta' l-oriġini" jfisser formola speċifika li tiddentifika l-oġġetti, li fiha l-awtorità jew korp li jkollhom is-setgħa li joħorġuha jiċċertifikaw espressament li l-oġġetti li għalihom jirreferi ċ-ċertifikat joriġinaw minn pajjiż speċifiku. Dan iċ-ċertifikat jista' jinkludi wkoll dikjarazzjoni mill-manifattur, produttur, fornitur, esportatur jew persuna kompetenti oħra;

    Nota

    F'din id-definizzjoni il-kelma "pajjiż" tista' tinkludi grupp ta' pajjiżi, reġjun jew parti minn pajjiż.

    (ċ) it-terminu "dikjarazzjoni ċertifikata ta' l-oriġini" ifisser dikjarazzjoni ta' l-oriġini ċertifikata minn awtorità jew korp li jkollhom is-setgħa li jagħmlu dan;

    (d) it-terminu "dikjarazzjoni ta' l-oriġini" ifisser dikjarazzjoni xierqa dwar l-oriġini ta' l-oġġetti magħmula, b'konnessjoni ma' l-esportazzjoni tagħha, mill-manifattur, produttur, fornitur, esportatur jew persuna kompetenti oħra fuq fattura kummerċjali jew xi dokument ieħor li jkollu x'jaqsam ma' l-oġġetti;

    Nota

    Id-dikjarazzjoni tista' tinkiteb kif ġej:

    Il-pajjiż ta' l-oriġini ta' l-oġġetti deskritti hawnhekk huwa… (pajjiż ta' l-oriġini).

    (e) it-terminu "ċertifikat ta' denominazzjoni reġjonali" ifisser ċertifikat imfassal skond ir-regoli preskritti minn awtrorità jew korp approvat, li jiċċertifika li l-oġġetti deskritti fih jikkwalifikaw għal denominazzjoni speċifika għar-reġjun speċifikat (e.g. xampanja, inbid port, ġobon Parmeġġan);

    (f) it-terminu "persuna" ifisser kemm persuni naturali kif ukoll ġuridiċi, ħlief jekk ir-rabta tal-kliem tkun teħtieġ mod ieħor.

    Prinċipju

    1. Standard

    Il-ħtieġa, il-ħolqien u l-ħruġ ta' xiehda dokumentata li għandha x'taqsam ma' l-oriġini ta' l-oġġetti għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness.

    Ħtieġa ta' xiehda dokumentata ta' l-oriġini

    2. Standard

    Xiehda dokumentata ta' l-oriġini tista' tintalab biss meta tkun meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dazji doganali preferenzjali, ta' miżuri ekonomiċi jew kummerċjali adottati unilateralament jew taħt ftehim bilaterali jew multilaterali jew ta' miżuri adottati għal raġunijiet ta' saħħa jew ta' ordni pubblika.

    3. Prattika rakkomandata

    (1) Xiehda dokumentata ta' l-oriġini m'għandhiex tintalab fil-każi li ġejjin:

    (a) oġġetti mibgħuta f'kunsinni żgħar indirizzati lil individwi privati jew li jinġarru f'bagalji ta' passiġġieri, sakemm importazzjonijiet bħal dawn ikunu ta' natura mhux kummerċjali u l-valur f'daqqa ta' l-importazzjoni ma jaqbiżx somma li m'għandhiex tkun anqas minn US $100;

    (b) kunsinni kummerċjali li l-valur f'daqqa tagħhom ma jaqbiżx somma li m'għandhiex tkun inqas minn US $60;

    (ċ) oġġetti mħollija jidħlu għal żmien temporanju;

    (d) oġġetti li jinġarr waqt transitu doganali;

    (e) oġġetti akkompanjati minn ċertifikat ta' denominazzjoni reġjonali kif ukoll ċerta oġġetti speċifiċi, fejn il-kondizzjonijiet li jridu jissodisfaw il-pajjiżi fornituri taħt ftehim bilaterali jew multilaterali dwar dawk l-oġġetti jkunu hekk li ma jkunx meħtieġ li tintalab xiehda dokumentata.

    (2) Meta diversi kunsinni tax-xorta li jirreferi għaliha l-paragrafu 1a jew b jintbagħtu fl-istess żmien, bl-istess mezz, lill-istess destinatarju, mill-istess kunsinnatur, il-valur f'daqqa għandu jittieħed li hu l-valur totali ta' dawk il-kunsinni.

    4. Prattika rakkomandata

    Meta regoli dwar il-ħtieġa ta' xiehda dokumentata ta' l-oriġini jkunu ġew preskritti unilateralment, għandhom ikunu riveduti mill-inqas kull tliet snin biex ikun żgurat li għadhom xierqa fid-dawl ta'tibdil fil-kondizzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali li taħthom kienu imposti.

    5. Standard

    Xiehda dokumentata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta' l-oriġini tista' tintalab kull meta l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta' importazzjoni jkollhom raġuni li jissuspettaw frodi.

    Applikazzjonijiet u formola tat-tipi differenti ta' xiehda dokumentata ta' l-oriġini

    (a) Ċertifikat ta' l-oriġini

    Formola u kontenut

    6. Prattika rakkomandata

    (1) Meta jkunu qegħdin jirrevedu l-formoli preżenti jew jippreparaw formoli ġodda ta' ċertifikati ta' l-oriġini, il-Partijiet Kontraenti għandhom jużaw il-mudell tal-formola li hemm fl-Appendiċi I għal dan l-Anness, skond in-noti fl-Appendiċi II, u tingħata konsiderazzjoni lir-regoli fl-Appendiċi III.

    (2) Il-Partijiet Kontraenti li ġiebu l-formoli ta' ċertifikat ta' l-oriġini tagħhom jaqblu mal-mudell tal-formola fl-Appendiċi I li hemm ma' dan l-Anness iridu jinnotifikaw b'dan lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill.

    Ilsna li għandhom jintużaw

    7. Prattika rakkomandata

    Il-formoli taċ-ċertifikat ta' l-oriġini għandhom ikunu stampati bl-ilsien (ilsna) magħżul/a mill-pajjiż esportatur u, jekk dawn l-ilsna la jkunu l-Ingliż u lanqas il-Franċiż, ukoll bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

    8. Prattika rakkomandata

    Meta ċ-ċertifikat ta' l-oriġini jsir f'ilsien li mhux ilsien tal-pajjiż ta' importazzjoni, l-awtoritajiet doganali ta' dak il-pajjiż m'għandhomx jitolbu, bħala ħaġa ta' rutina, traduzzjoni tal-partikolaritajiet mogħtija fiċ-ċertifikat ta' l-oriġini.

    Awtoritajiet u korpi oħra li jkollhom is-setgħa li joħorġu ċ-ċertifikati ta' l-oriġini

    9. Standard

    Il-Partijiet Kontraenti li jaċċettaw dan l-Anness għandhom jindikaw, jew fin-notifika ta' aċċettazzjoni tagħhom jew wara, lill-awtoritajiet jew korpi li jkollhom is-setgħa li joħorġu ċertifikati ta' l-oriġini.

    Nota

    Iċ-ċertifikati ta' l-oriġini jistgħu jinħarġu mhux biss mid-dwana jew awtoritajiet oħra, imma wkoll minn korpi (per eżempju, kmamar tal-kummerċ) approvati minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti.

    10. Prattika rakkomandata

    Meta oġġetti ma jkunux importati direttament mill-pajjiż ta' l-oriġini jkunu mibgħuta minn ġo territorju ta' pajjiż terz, ċertifikati ta' l-oriġini għandhom jitħallew jinħarġu mill-awtoritajiet jew korpi li jkollhom is-setgħa li joħorġu ċertifikati bħal dawn f'dak il-pajjiż terz, fuq il-bażi ta' ċertifikat ta' l-oriġini maħruġ qabel fil-pajjiż ta' l-oriġini ta' l-oġġetti.

    11. Prattika rakkomandata

    L-awtoritajiet jew korpi li jkollhom is-setgħa li joħorġu ċertifikati ta' l-oriġini għandhom iżommu għal mhux anqas minn sentejn l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati ta' l-oriġini maħruġa minnhom jew il-kopji ta' kontroll tagħhom.

    (b) Xiehda dokumentata minbarra ċertifikati ta' l-oriġini

    12. Prattika rakkomandata

    (1) Meta xiehda dokumentata ta' l-oriġini hija meħtieġa, dikjarazzjoni ta' l-oriġini għandha tkun aċċettata fil-każi li ġejjin:

    (a) oġġetti mibgħuta f'kunsinni żgħar indirizzati lil individwi privati jew li jinġarru f'bagalji ta' passiġġieri, sakemm importazzjonijiet bħal dawn ikunu ta' natura mhux kummerċjali u l-valur f'daqqa ta' l-importazzjoni ma jaqbiżx somma li m'għandhiex tkun anqas minn US $500;

    (b) kunsinni kummerċjali li l-valur f'daqqa tagħhom ma jaqbiżx somma li m'għandhiex tkun anqas minn US $300.

    (2) Meta diversi kunsinni tax-xorta li jirreferi għaliha l-paragrafu 1a jew b jintbagħtu fl-istess żmien, bl-istess mezz, lill-istess destinatarju, mill-istess kunsinnatur, il-valur f'daqqa għandu jittieħed li hu l-valur totali ta' dawk il-kunsinni.

    Sanzjonijiet

    13. Standard

    Għandu jkun hemm sanzjonijiet kontra kull persuna li tipprepara, jew li ġġiegħel li jkun ippreparat, dokument li jkun fih tagħrif falż bi skop li tinkiseb xiehda dokumentata ta' l-oriġini.

    Tagħrif li jikkonċerna kondizzjonijiet dwar xiehda dokumentata ta' l-oriġini

    14. Standard

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li t-tagħrif rilevanti kollu li jikkonċerna l-kondizzjonijiet dwar xiehda dokumentata ta' l-oriġini jkun disponibbli mill-ewwel għal kull persuna interessata.

    --------------------------------------------------

    L-APPENDIĊI I

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-APPENDIĊI II

    NOTI

    (1) Id-daqs taċ-ċertifikat għandu jkun il-format internazzjonali ISO A4 (210 × 297 mm, 8,27 × 11,69 pulżieri). Il-formola għandha jkollha marġni ta' 10 mm fin-naħa ta' fuq u marġni ta' 20 mm għall-fajling fuq in-naħa tax-xellug. L-ispazjar bejn linja u oħra jrid ikun ibbażat fuq multipli ta' 4,24 mm (1/6 pulżier) u l-ispazjar tal-wisa' fuq multipli ta' 2,54 mm (1/10 pulżier). It-taqsim irid ikun skond l-ispjega għall-format tal-KEE, kif muri fl-Appendiċi I. Devjazzjonijiet minuri fid-daqs eżatt tal-kaxxi, eċċ. jista' jkun hemm jekk ikunu meħtieġa għal raġunijiet partikolari fil-pajjiż fejn jinħareġ, bħal ma' huma l-eżistenza ta' sistemi ta' kejl mhux-metriċi, karatteristiċi ta' sistemi ta' dokumenti nazzjonali, eċċ. li jkunu jaqblu.

    (2) Meta jkun meħtieġ li jsiru applikazzjonijiet għal ċertifikati ta' l-oriġini, il-formola ta' l-applikazzjoni u l-formola taċ-ċertifikat għandhom ikunu kompatibbli ħalli jkunu jistgħu jimtlew f'daqqa.

    (3) Il-pajjiżi jistgħu jistabbilixxu standards dwar il-piż għal kull metru kwadru ta' karta, u l-użu ta' sfond immarkat mekkanikament biex tkun evitata falsifikazzjoni.

    (4) Bħala gwida għal dawk li jużah, regoli dwar il-ħruġ taċ-ċertifikat ta' l-oriġini jistgħu jiġu stampati fuq wara taċ-ċertifikat.

    (5) Meta talbiet għal kontroll post facto jistgħu jsiru taħt ftehim dwar għajnuna amministrattiva reċiproka, jista' jitħalla spazju għal dak l-iskop fuq wara taċ-ċertifikat.

    (6) Il-kummenti li ġejjin jirreferu għall-kaxxi fil-mudell tal-formola:

    Kaxxa 1

    "Kunsinnatur", "produttur", "fornitur", eċċ. jistgħu jidħlu minflok "esportatur".

    Kaxxa 2

    Għandu jkun hemm wieħed biss ċertifikat ta' l-oriġini oriġinali, identifikat bil-kelma "oriġinali" maġenb it-titolu tad-dokument. Jekk ċertifikat ta' l-oriġini jinħareġ minflok ċertifikat oriġinali li jkun intilef, iċ-ċertifikat li ħadlu postu jrid ikun identifikat bil-kelma "duplikat" maġenb it-titolu tad-dokument. Kopji ta' ċertifikat oriġinali jew duplikat irid ikollhom il-kelma "kopja" maġenb it-titolu. Din il-kaxxa hija wkoll maħsuba għall-isem (logotype, emblema, eċċ.) ta' l-awtorità li toħorġu u jrid jitħalla spazju għal skopijiet uffiċjali oħra.

    Kaxxa 3

    Il-partikolaritajiet li għalihom hemm ipprovdut f'din il-kaxxa jistgħu jinbidlu ma' "skond l-ordni" u, possibilment, il-pajjiż tad-destinazzjoni.

    Kaxxa 4

    Din il-kaxxa tista' tintuża għal tagħrif addizjonali fuq mezzi ta' trasport, rotta, eċċ. li jistgħu jiddaħħlu jekk ikun mixtieq minn, ngħidu aħna, l-awtorità li toħorġu.

    Kaxxa 5

    Jekk indikazzjoni ta' "Nru tal-partita" hija meħtieġa din tista' tiddaħħal, preferibbilment, fil-marġni għal dil-kaxxa, jew fil-bidu ta' kull linja fil-kaxxa. "Marki u numri" jistgħu jiġu separati minn "numri u tip ta' pakki" u "deskrizzjoni ta'oġġetti" b'linja vertikali. Jekk xi linja ma tintużax, dawn il-partikolarijiet għandhom jintgħażlu minn xulxin bi spazju adegwat. Id-deskrizzjoni ta' l-oġġetti tista' tkun sostnuta billi jiżdied in-numru ta' l-intestatura tan-Nomenklatura ta' Brussel applikabbli, preferibbilment fil-parti tan-naħa tal-lemin tal-kolonna. Il-partikolarijiet tal-kriterji ta' l-oriġini, jekk ikun meħtieġ, għandhom jingħataw f'din il-kaxxa u għandhom ikunu separati mit-tagħrif l-ieħor b'linja vertikali.

    Kaxxa 6

    Is-soltu il-piż gross għandu jkun biżżejjed għall-identifikazzjoni ta' l-oġġetti.

    Kaxxa 7

    Din il-kolonna titħalla vojta għal xi dettalji addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa, bħala qisien, jew referenza għal xi dokumenti oħra (eż. fatturi kummerċjali).

    Kaxxi 6 and 7

    Kwantitajiet oħra li l-esportatur jista' jiddikjara sabiex iħaffef l-identifikazzjoni jistgħu jiddaħħlu fil-kaxxa 6 jew 7, kif ikun xieraq.

    Kaxxa 8

    Dan l-ispazju huwa riservat għad-dettalji taċ-ċertifikazzjoni mill-korp kompetenti (l-iskrizzjoni taċ-ċertifikazzjoni, timbri, firem, data u post tal-ħruġ, eċċ.). Il-kliem preċiż ta' testi, eċċ. jitħalla fid-diskrezzjoni ta' l-awtorità li toħorġu, il-kliem użat fil-mudell tal-formola jservi biss bħala eżempju. Din il-kaxxa tista' tintuża wkoll għal dikjarazzjoni ffirmata mill-esportatur (jew il-fornitur jew il-manifattur).

    --------------------------------------------------

    L-APPENDIĊI III

    REGOLI BIEX IKUNU KKOMPILATI ĊERTIFIKATI TA' L-ORIĠINI

    Ir-regoli għall-kumpilazzjoni ta' ċertifikati ta' l-oriġini (u meta applikabbli, ta' applikazzjoniet għal ċertifikati bħal dawn) jitħallew fid-diskrezzjoni ta' awtoritajiet nazzjonali, waqt li tingħata l-konsiderazzjoni mistħoqqa lin-noti spjegati hawn fuq. Madankollu, jista' jkun meħtieġ li tkun żgurata l-osservanza ta' inter alia d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    (1) Il-formoli jistgħu jimtlew b'kull proċess, sakemm dak li jitniżżel fihom ma jkunx jista' jitħassar u jkun jista' jinqara.

    (2) La tħassir u lanqas kitba fuq oħra m'għandhom jitħallew isiru fuq iċ-ċertifikati (jew applikazzjonijiet). Kull tibdil irid isir billi jiġi ngassat il-materjal żbaljat u jsiru ż-żjidiet meħtieġa. Tibdil bħal dan irid ikun approvat mill-persuna li għamlitu u ċċertifikat minn awtorità jew korp xieraq.

    (3) Kull spazju mhux użat irid jiġi maqtugħ biex ma titħalliex li ssir xi żjieda wara.

    (4) Jekk ikun iġġustifikat mill-kondizzjonijiet għall-kummerċ ta' l-esportazzjoni, kopja waħda jew aktar jistgħu jsiru flimkien ma' dik oriġinali.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS E.1

    L-ANNESS LI JIKKONĊERNA TRANSITU DOGANALI

    Daħla

    Għal diversi raġunijiet spiss ikun hemm bżonn li oġġetti li potenzjalment jistgħu jkunu suġġetti għal dazji ta' importazzjoni u esportazzjoni u taxxi jiċċaqalqu minn uffiċċju doganali għal ieħor.

    Il-leġislazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi fiha dispożizzjonijiet li taħthom ċaqliq bħal dan jista' jsir mingħajr ħlas ta' dazji ta' importazzjoni u esportazzjoni u taxxi, bl-oġġetti jinġarru taħt kontroll doganali biex ikunu żgurati l-osservanza tal-kondizzjonijiet stipulati. Il-proċedura li taħtha ċaqliq bħal dan isir tissejjaħ "transitu doganali".

    Biex jitħaffef il-ġarr ta' merkanzja li tkun tridu tgħaddi minn numru ta' territorji doganali saru arranġamenti taħt ftehim internazzjonali biex l-Istati konċernati japplikaw proċeduri standard għat-trattament ta' oġġetti li jgħaddu taħt transitu doganali minn ġo t-territorji tagħhom.

    Dan l-Anness għandu x'jaqsam kemm ma' transitu doganali nazzjonali kif ukoll internazzjonali. Huwa ma japplikax għal oġġetti li jinġarru bil-posta jew f'baġalji ta' passiġġieri.

    Definizzjonijiet

    Għall-iskop ta' dan l-Anness:

    (a) it-terminu "transitu doganali" jfisser il-proċedura doganali li taħtha l-oġġetti jinġarru taħt kontroll doganali minn uffiċċju doganali għal ieħor;

    (b) it-terminu "operazzjoni ta' transitu doganali" jfisser il-ġarr ta' oġġetti minn uffiċċju ta' tluq għal uffiċċju ta' destinazzjoni taħt transitu doganali;

    (ċ) it-terminu "uffiċċju tat-tagħbija" ifisser kull uffiċċju doganali li bl-awtorità tiegħu jittieħdu ċerti miżuri preliminari biex jitħaffef il-bidu ta' operazzjoni ta' transitu doganali f'uffiċċju ta' tluq;

    (d) it-terminu "uffiċċju ta' tluq" ifisser kull uffiċċju doganali fejn tibda operazzjoni ta' transitu doganali;

    (e) it-terminu "uffiċċju en route" ifisser kull uffiċċju doganali fejn oġġetti ikunu importati jew esportati matul operazzjoni ta' transitu doganali;

    (f) it-terminu "uffiċċju ta' destinazzjoni" ifisser kull uffiċċju doganali fejn tispiċċa operazzjoni ta' transitu doganali;

    (g) it-terminu "dikjarazzjoni ta'oġġetti" ifisser dikjarazzjoni magħmula fil-forma preskritta mid-dwana li biha l-persuni interessati jindikaw il-proċedura doganali li trid tkun applikata għall-oġġetti u jfornu l-partikolarijiet li d-dwana tkun trid li jiġu ddikjarati għall-applikazzjoni ta' dik il-proċedura;

    (h) it-terminu "dikjarant" ifisser il-persuna li tiffirma dikjarazzjoni ta' oġġetti jew li f'isimha ikunu iffirmati;

    (ij) it-terminu "unità ta' trasport" ifisser:

    (i) kontenituri li jkollhom volum intern ta' metru kubu jew akbar,

    (ii) vetturi tat-triq, inklużi trejlers u semi-trejlers,

    (iii) vaguni ta' ferrovija, u

    (iv) braken, ċattri u bastimenti oħra adatti għall-użu f'kanali ta' l-ilma interni;

    (k) it-terminu "dazji ta' importazzjoni u esportazzjoni u taxxi" ifisser dazji doganali u d-dazji l-oħrajn kollha, taxxi, drittijiet jew ħlasijiet oħra li jinġabru fl-importazjoni jew esportazzjoni ta' oġġetti jew b'konnessjoni magħhom imma mhux inklużi drittijiet u ħlasijiet li jkunu limitati fis-somma għall-prezz approssimattiv tas-servizzi mogħtija;

    (l) it-terminu "kontroll doganali" ifisser il-miżuri applikati biex tkun żgurata l-osservanza tal-liġijiet u regolamenti li d-dwana hija responsabbli li tinforza;

    (m) it-terminu "garanzija" ifisser dak li jiżgura għas-sodisfazzjon tad-dwana, li xi obbligazzjoni lejn d-dwana titwettaq. Garanzija titfisser bħala "ġenerali" meta tiżgura li l-obligazzjonijiet li jinqalgħu minn diversi operazzjonijiet jitwettqu;

    (n) it-terminu "persuna" jfisser persuni naturali u ġuridiċi, sakemm ir-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort'oħra.

    Prinċipji

    1. Standard

    It-transitu doganali għandu jkun regolat mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness.

    2. Standard

    Il-legislazzjoni nazzjonali għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet li jridu jitwettqu u l-formalitajiet li jridu jsiru għall-iskop ta' transitu doganali.

    Kamp ta' applikazzjoni

    3. Standard

    L-awtoritajiet doganali għandhom iħallu l-oġġetti jinġarru taħt transitu doganali fit-territorju tagħhom:

    (a) minn uffiċċju ta' dħul għal uffiċċju ta' ħruġ;

    (b) minn uffiċċju ta' dħul għal uffiċċju doganali fl-intern tal-pajjiż;

    (ċ) minn uffiċċju doganali fl-intern tal-pajjiż għal uffiċċju ta' ħruġ;

    (d) minn uffiċċju doganali fl-intern tal-pajjiż għal uffiċċju doganali ieħor fl-intern tal-pajjiż.

    Nota 1

    Il-movimenti ta' transitu doganali kif imfissra f'(a) sa (ċ) hawn fuq jissejħu "transitu doganali internazzjonali" meta jsiru bħala parti minn operazzjoni waħda ta' transitu doganali li waqtha tinqasam fruntiera waħda jew aktar skond xi ftehim bilaterali jew multilaterali.

    Nota 2

    L-espressjonijiet li ġejjin jistgħu jintużaw biex jitfissru l-movimenti ta' transitu doganali li għalihom saret riferenza hawn fuq:

    (a) transitu minn tarf għal ieħor (uffiċċju ta' dħul għal uffiċċju ta' ħruġ);

    (b) transitu intern (uffiċċju ta' dħul għal uffiċċju doganali fl-intern tal-pajjiż);

    (ċ) transitu estern (uffiċċju doganali fl-intern tal-pajjiż għal uffiċċju ta' ħruġ);

    (d) transitu fl-intern tal-pajjiż (uffiċċju doganali fl-intern tal-pajjiż għal ieħor).

    4. Standard

    L-oġġetti li jkunu qed jinġarru taħt transitu doganali ma jkunux soġġetta għall-ħlas ta' dazji ta' importazzjoni jew esportazzjoni u jew sakemm il-kondizzjonijiet preskritti mill-awtorità jiet doganali jkunu osservati.

    5. Prattika rakkomandata

    Kull persuna li għandha d-dritt li tiddisponi mill-oġġetti, per eżempju s-sid, it-trasportatur, l-aġent li jibgħatha, id-destinatarju jew xi aġent awtorizzat approvat mid-dwana għandu jkollu d-dritt li jiddikjara l-oġġetti għal transitu doganali.

    Nota

    L-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu lid-dikjarant biex jipprova d-dritt tiegħu li jiddisponi mill-oġġetti.

    6. Standard

    Id-dikjarant għandu jkun responsabbli lejn l-awtoritajiet doganali għall-osservanza ta' l-obligazzjonijiet li jidħol għalihom taħt transitu doganali; b'mod partikolari huwa jrid jiżgura li l-oġġetti jkunu ippreżentati intatti fl-uffiċċju ta' destinazzjoni skond il-kondizzjonijiet imposti minn dawk l-awtoritajiet doganali.

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    7. Standard

    L-awtoritajiet doganali għandhom jinnominaw l-uffiċċji doganali li jkunu kompetenti li jaqdu l-funzjonijiet stabbiliti għall-iskop ta' transitu doganali.

    8. Prattika rakkomandata

    Meta uffiċċji doganali korrispondenti jkunu jinstabu fuq fruntiera komuni, l-awtoritajiet doganali taż-żewġ pajjiżi konċernati għandhom jaraw li jkun hemm qbil fil-ħinijiet tax-xogħol u l-kompetenza ta' dawk l-uffiċċji għall-iskop ta' transitu doganali.

    9. Prattika rakkomandata

    Fuq talba tal-persuna konċernata, u għal raġunijiet meqjusa validi mill-awtoritajiet doganali, dawn ta' l-aħħar għandhom, sakemm iċ-ċirkostanzi amministrattivi jippermettu, jaqdu l-funzjonijiet stabbiliti għall-iskop ta' transitu doganali barra mill-ħin tax-xogħol u barra mill-bini ta' l-uffiċċju doganali, b'dan qiegħed jinftiehem li jista' jintalab ħlas ta' l-ispejjeż involuti mingħand il-persuna kkonċernata.

    10. Standard

    Għandha tingħata prijorità lill-operazzjonijiet doganali li jkollhom x'jaqsmu ma' annimali ħajjin, oġġetti li jitħassru malajr u kunsinni oħra urġenti li jkunu taħt transitu doganali u li għalihom trasport mgħaġġel huwa essenzjali.

    Formalitajiet fl-uffiċċju ta' tluq

    (a) Dikjarazzjoni ta' oġġetti għal transitu doganali

    11. Standard

    Għajr meta l-awtoritajiet doganali jirrinunzjaw għal din il-formalità dikjarazzjoni ta' oġġetti bil-miktub għal transitu doganali trid tkun ippreżentata fl-uffiċċju ta' tluq.

    Nota

    F'diversi pajjiżi jeżistu ċerti proċeduri simplifikati li taħthom ċerti formalitajiet doganali, inkluża l-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni ta'oġġetti, ma jiġux applikati. Dawn il-proċeduri huma applikabbli, per eżempju, għal oġġetti li jinġarru bil-ferrovija koperta minn nota ta' kunsinna internazzjonali, u għal oġġetti li jiċċaqalqu biss fiż-żona tal-frontiera.

    12. Standard

    Il-formoli ta'dikjarazzjoni ta' oġġetti għal transitu doganali għandhom ikunu skond il-mudell uffiċjali preskritt mill-awtoritajiet kompetenti.

    Nota 1

    Id-dikjarant huwa s-soltu mitlub li jiddikjara d-dettalji li ġejjin:

    - isem u indirizz tal-kunsinnatur,

    - isem u indirizz tad-dikjarant,

    - isem u indirizz postali tad-destinatarju,

    - mod ta' trasport,

    - identifikazzjoni tal-mezz ta' trasport,

    - siġilli, eċċ. imwaħħlin,

    - post ta' tagħbija,

    - uffiċċju ta' destinazzjoni,

    - unità ta' trasport (tip, Nru ta' identifikazzjoni),

    - marki, numri, numru u tip ta' pakki,

    - deskrizzjoni ta'oġġetti,

    - piż gross ta' kull kunsinna f'kilogrammi,

    - lista ta' dokumenti mehmuża,

    - post, data u firma tad-dikjarant.

    Nota 2

    Meta jkunu qed jikkunsidraw xi reviżjoni tal-formoli preżenti jew il-preparazzjoni ta' formoli ġodda għal dikjarazzjonijiet ta' oġġetti għal transitu doganali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jibbażaw il-formoli tagħhom fuq il-mudell fl-Appendiċi I li hemm ma' dan l-Anness waqt li jagħtu kas tan-noti fl-Appendiċi II. Il-mudell huwa maħsub bħala bażi għall-iddisinjar ta' formoli ta' dikjarazzjoni ta' transitu doganali biex jintużaw fi proċeduri ta' transitu doganali fejn formoli oħra ma ġewx preskritti b'arrangamenti bilaterali jew multilaterali. Il-mudell ġie ddisinjat biex jintuża għal operazzjonijiet ta' transitu doganali nazzjonali imma jista' jintuża wkoll għal operazzjonijiet ta' transitu doganali internazzjonali.

    13. Prattika rakkomandata

    Kull dokument kummerċjali jew ta' trasport li jippreżenta b'mod ċar il-partikolarijiet neċessarji għandu jkun aċċettat bħala l-parti deskrittiva tad-dikjarazzjoni ta' l-oġġetti għal transitu doganali.

    (b) Garanzija

    14. Standard

    Il-forma li fiha l-garanzija trid tingħata għall-iskop ta' transitu doganali għandha tkun stabbilità fil-leġislazzjoni nazzjonali jew determinata mill-awtoritajiet doganali skond il-leġislazzjoni nazzjonali.

    15. Prattika rakkomandata

    L-għażla bejn id-diversi forom ta' garanzija aċċettabbli għandha titħalla lid-dikjarant.

    16. Standard

    L-awtoritajiet doganali għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' garanzija li trid tingħata għall-operazzjoni ta' transitu doganali.

    17. Standard

    Meta garanzija tkun meħtieġa biex tiżgura li l-obbligazzjonijiet li joriġinaw minn diversi operazzjonijiet ta' transitu doganali jitwettqu, l-awtoritajiet doganali għandhom jaċċettaw garanzija ġenerali.

    18. Prattika rakkomandata

    L-ammont ta' kull garanzija għandu jkun iffissat baxx kemm jista' jkun waqt li jingħata kas tad-dażji ta' importazzjoni jew esportazzjoni u t-taxxi li potenzjalment iridu jitħallsu.

    (ċ) Eżami u identifikazzjoni ta' kunsinni

    19. Prattika rakkomandata

    Meta l-awtoritajiet doganali jħaddmu d-dritt tagħhom li jeżaminaw oġġetti ddikjarati għal transitu doganali huma għandhom jillimitaw il-miżura ta' l-eżami għal dik meqjusa bħala meħtieġa biex tkun żgurata l-osservanza tal-liġijiet u regolamenti li d-dwana hija responsabbli li tinforza.

    20. Standard

    L-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju ta' tluq għandhom jieħdu kull azzjoni meħtieġa biex l-uffiċċju ta' destinazzjoni jkun jista' jidentifika l-kunsinna u jiskopri xi tbagħbis mhux awtorizzat.

    21. Standard

    Meta kunsinna tinġarr f'unità ta' trasport, għandhom jitwaħħlu siġilli tad-dwana ma' l-unità ta' trasport stess sakemm l-unità ta' trasport tkun hekk mibnija u mgħammra li:

    (a) siġilli doganali jistgħu jitwaħħlu magħha b'mod sempliċi u effettiv;

    (b) ebda oġġetti ma jkunu jistgħu jitneħħew mill-parti ssiġillata ta' l-unità ta' trasport jew jiddaħħlu fiha mingħajr ma jitħallew traċċi ta' tbagħbis li jidhru jew mingħajr ma jitkissru s-siġilli doganali;

    (ċ) ma jkollhiex postijiet moħbija fejn jistgħu jinħbew xi oġġetti;

    (d) l-ispazji kollha li fihom jistgħu jinżammu oġġetti jkunu jintlaħqu malajr biex issir spezzjoni doganali.

    Unitajiet ta' trasport bħal dawn iridu wkoll ikunu ġew approvati għall-ġarr ta' oġġetti taħt siġill doganali.

    Nota 1

    L-unitajiet ta' trasport huma approvati għall-ġarr ta' oġġetti taħt siġill doganali skond diversi ftehim internazzjonali bħall-Konvenzjoni Doganali dwar il-kontejners, magħmula f'Ġinevra fit-18 ta' Mejju 1956, il-Konvenzjoni Doganali dwar it-trasport internazzjonali ta' oġġetti koperti minn carnets tat —TIR, magħmula f'Ġinevra fil-15 ta' Jannar 1959, l-Unité technique des chemins de fer, konkluża f'Berna f'Mejju 1886, edizzjoni ta' l-1960, u r-regolamenti (verżjoni ta' l-21 ta' Novembru 1963) tal-Kummissjoni tar-Rhine Ċentrali dwar l-issiġillar ta' bastimenti li jbaħħru fuq ir-Rhine. Li jista' jkun approvat fil-futur skond il-ftehim li jistgħu jbidlu li ġej. Pajjiżi jistgħu jagħmlu arranġamenti addizzjonali għal approvazzjoni bi ftehim bilaterali jew multilaterali biex unitajiet ta' trasport jintużaw għall-iskop ta' transitu doganali fit-territorji tagħhom biss, per eżempju dwar kontenituri li jkollhom volum intern ta' inqas minn metru kubu imma li fl-aspetti l-oħra kollha jikkwalifikaw għal trattament doganali bħala kontenituri.

    Nota

    F'ċerti ċirkostanzi l-awtoritajiet doganali jistgħu jiddeċiedu li jissiġillaw unitajiet ta' trasport li ma jkunux ġew approvati għall-ġarr ta' oġġetti taħt siġill doganali meta jkunu ssodisfati li l-unitajiet, meta jiġu ssiġillati, jagħtu biżżejjed sigurtà.

    22. Standard

    Meta kunsinna tinġarr f'unità ta' trasport li ma tkunx tista' tiġi ssiġillata b'mod effettiv, l-identifikazzjoni għandha tkun assigurata u t-tbagħbis mhux awtorizzat jkun jista jinqabad mill-ewwel, jew billi jitwaħħlu siġilli doganali fuq kull pakk individwali, billi jitwaħħlu marki ta' identifikazzjoni, billi jkunu deskritti l-oġġetti, billi ssir referenza għal kampjuni, pjanti, skeċċijiet jew ritratti mehmuża mad-dikjarazzjoni ta'oġġetti, billi jsir eżami sħiħ ta' l-oġġetti u jinkitbu r-riżultati tiegħu fuq id-dikjarazzjoni ta'oġġetti, jew billi titqiegħed taħt skorta doganali.

    Nota

    L-azzjoni preċiża li l-awtoritajiet doganali jistgħu jiddeċiedu li jieħdu meta oġġetti jridu jinġarru f'unità ta' trasport li ma jkunux jistgħu jiġu ssiġillati b'mod effettiv tiddependi miċ-ċirkostanzi individwali ta' kull każ, waqt li tingħata konsiderazzjoni lil fatturi bħal ma' huma n-natura ta' l-oġġetti u l-imballaġġ tagħhom, u d-dazji ta' importazzjoni jew esportazzjoni u taxxi li jkunu involuti.

    (d) Miżuri addizjonali ta' kontroll

    23. Standard

    Ikun biss meta jikkunsidraw li miżura bħal din hija indispensabbli illi l-awtoritajiet doganali għandhom:

    (a) jitolbu li oġġetti jsegwu itinerarju preskritt; jew

    (b) jitolbu li oġetti jinġarru taħt skorta doganali.

    24. Prattika rakkomandata

    Meta l-awtoritajiet doganali jippreskrivu limitu ta' żmien sabiex jinġieb l-oġġetti f'uffiċċju doganali speċifikat għandhom jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi li fihom l-operazzjoni ta' transitu doganali tkun sejra ssir.

    Siġilli u marki ta' identifikazzjoni doganali

    25. Standard

    Siġilli doganali u mezzi ta' qfil użati fl-applikazzjoni ta' transitu doganali għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet minimi preskritti fl-Appendiċi III għal dan l-Anness.

    26. Prattika rakkomandata

    Siġilli u marki ta' identifikazzjoni doganali li jitwaħħlu minn awtoritajiet doganali barranin għandhom ikunu aċċettati għall-iskop ta' l-operazzjoni ta' transitu doganali sakemm ma jiġux ikkunsidrati bħala li ma jkunux biżżejjed jew żguri jew l-awtoritajiet doganali jipproċedu għal eżami ta' l-oġġetti. Meta siġilli doganali u mezzi ta' qfil barranin ikunu ġew aċċettati f'territorju doganali huma għandhom jingħataw l-istess protezzjoni legali f'dak it-territorju bħal siġilli u mezzi ta' qfil nazzjonali.

    Tmiem ta' transitu doganali

    27. Standard

    Il-leġislazzjoni nazzjonali m'għandhiex, dwar it-tmiem ta' operazzjoni ta' transitu doganali, titlob aktar milli l-oġġetti u d-dikjarazzjoni ta' oġġetti rilevanti jkunu ppreżentati fl-uffiċċju ta' destinazzjoni fil-limitu ta' żmien iffissat, minġħajr ma l-oġġetti jkunu saritilhom xi bidla u mingħajr ma jkunu intużati, u b'siġilli jew marki ta' identifikazzjoni doganali intatti.

    Nota 1

    Il-kontrolli li jsiru għall-iskopijiet imsemmija hawn fuq mill-uffiċċju ta' destinazzjoni jistgħu jvarjaw skond iċ-ċirkostanzi ta' kull operazzjoni ta' transitu doganali individwali. Fil-biċċa l-kbira l-awtoritajiet doganali, madankollu, jissodisfaw ruħhom li siġilli u mezzi ta' qfil jew marki ta' identifikazzjoni jkunu intatti, jistgħu jivverifikaw li l-unità ta' trasport, jekk ikun hemm, tkun mill-bqija żgura u jistgħu jagħmlu eżami jew sommarju jew dettaljat ta' l-oġġetti stess. L-eżami ta' l-oġġetti jista' jsir, per eżempju, b'konnessjoni mat-tqegħid ta' l-oġġetti taħt proċedura doganali oħra.

    Nota 2

    Il-leġislazzjoni nazzjonali tista' tipprovdi li aċċidenti u każi oħra mhux mistennija li jinqalgħu matul it-triq u li jolqtu l-operazzjoni ta'tran situ doganali jiġu rrapurtati lill-awtoritajiet doganali jew oħrajn kompetenti l-eqreb tax-xena ta' l-aċċident jew każ ieħor u jiġu vverifikati minnhom.

    28. Standard

    Meta jkun ġie kkonfermat għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali kompetenti li l-persuna konċernata tkun wettqet l-obligazzjonijiet tagħha, kull garanzija mogħtija għandha titħassar mingħajr dewmien.

    29. Prattika rakkomandata

    Nuqqas f'li jkun segwit l-intinerarju preskritt jew li jkun imħares il-limitu ta' żmien preskritt m'għandux jikkawża l-ġbir ta' xi dazji ta' importazzjoni jew esportazzjoni li potenzjalment iridu jitħallsu sakemm l-awtoritajiet doganali huma sodisfatti li jkunu twettqu l-kondizzjonijiet l-oħra kollha.

    30. Standard

    Eżenzjoni mill-ħlas tad-dazji ta' importazzjoni jew esportazzjoni u taxxi li s-soltu jitħallsu għandha tingħata meta jkun ikkonfermat għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali li l-oġġetti li qed jinġarru taħt transitu doganali jkunu inqerdu jew intilfu b'mod li ma jistgħux jinġiebu lura b'aċċident jew b'forża maġġuri, jew ikunu naqsu għal raġunijiet dovuti għan-natura tagħhom.

    Nota

    Skond ma' l-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu, fdal ta' oġġetti bħal dawn jistgħu:

    (a) jiġu żdoganati għall-użu domestiku fil-kondizzjoni eżistenti tiegħu daqs li kieku kienu ġew importati f'dik il-kondizzjoni; jew

    (b) jiġu esportati mill-ġdid; jew

    (ċ) jiġu abbandunati mingħajr l-ebda spejjeż għall-erarju; jew

    (d) jinqerdu jew jirrenduhom bla valur kummerċjali taħt kontroll doganali mingħajr spiża għall-erarju;

    Ftehim internazzjonali dwar transitu doganali

    31. Prattika rakkomandata

    Il-Partijiet Kontraenti għandhom jjikkunsidraw sewwa l-possibbiltà li jaderixxu għal:

    - Konvenzjoni Doganali dwar transitu internazzjonali ta' oġġetti (Konvenzjoni ITI), Vienna, 7 ta' Ġunju 1971,

    - Konvenzjoni Doganali dwar it-trasport internazzjonali ta' oġġetti kopert minn TIR carnets (Konvenzjoni TIR), Ġinevra, 15 ta' Jannar 1959,

    - Konvenzjoni Doganali dwar l-ATA carnet għad-dħul temporanju ta' oġġetti (Konvenzjoni ATA), Brussel 6 ta' Diċembru 1961,

    u li jaderixxu għal kull dokument formali internazzjonali li jista' joħdilhom posthom.

    Nota

    L-ATA carnets jistgħu jiġu aċċettati għat-transitu ta' oġġetti taħt dħul temporanju li jridu jinġarru lejn jew mid-destinazzjoni tagħhom taħt kontroll doganali, jew fil-pajjiż ta' dħul temporanju jew minn naħa għal oħra ta' pajjiż jew pajjiżi bejn dawk ta' esportazzjoni u importazzjoni.

    32. Prattika rakkomandata

    Il-Partijiet Kontraenti li mhumiex f'qagħda li jaderixxu għad-dokumenti formali internazzjonali elenkati fil-prattika rakkomandata 31 għandhom, meta jkunu qed ifasslu ftehim bilaterali jew multilaterali bi skop li jistabbilixxu proċedura ta' transitu doganali internazzjonali, jikkunsidraw f'dan ir-rigward l-istandards u l-prattiċi rakkomandati 1 sa 30 fl-Anness preżenti u, ukoll, jinkorporaw fil-ftehim id-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

    (1) meta oġġetti jinġarru f'unità ta' trasport li tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fi standard 21, u meta l-persuna konċernata hekk titlob u tagħti l-assigurazzjoni li l-unità ta' trasport, fi stadju ta' wara fl-operazzjoni ta' trasport, tkun se titqiegħed taħt proċedura ta' transitu doganali li teħtieġ siġill doganali, l-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju tat-tagħbija għandhom:

    - jissodisfaw ruħhom mill-eżattezza tad-dokumenti approvati mill-ftehim bilaterali jew multilaterali li jakkumpanjawha u li jiddeskrivu l-kontenut ta' l-unità ta' trasport,

    - jissiġillaw l-unità ta' trasport,

    - iniżżlu bil-miktub fuq id-dokumenti li jakkompanjawha l-isem ta' l-uffiċċju tat-tagħbija, dettalji tas-siġilli doganali mwaħħla u tad-data meta twaħħlu.

    (2) meta l-oġġetti jkunu wara ddikjarati għal transitu doganali, l-awtoritajiet doganali fl-uffiċċju ta' tluq għandhom, ħlief meta f'ċirkostanzi eċċezzjonali huma jqisu li hu meħtieġ li jeżaminaw l-oġġetti, jaċċettaw is-siġilli mwaħħla mill-uffiċċju tat-tagħbija u d-dokumenti li jakkompanjawhom imsemmija f'1 hawn fuq;

    (3) formoli komuni ta' dikjarazzjoni ta' oġġetti għal transitu doganali għandhom ikunu aċċettati f'kull territorju doganali involut; formoli bħal dawn għandhom ikunu bbażati fuq il-mudell li jidher fl-Appendiċi I għal dan l-Anness waqt li jkunu kkunsidrati n-noti li jinsabu fl-Appendiċi II;

    (4) garanzija, meta mitluba, għandha tingħata u tkun aċċettata fil-forma ta' garanzija valida u li tista' tkun inforzata f'kull territorju doganali involut, xiehda ta' l-eżistenza ta' garanzija bħal din tingħata jew bil-formola ta' dikjarazzjoni ta' l-oġġetti għal transitu doganali jew b'dokument ieħor;

    (5) bla ħsara għad-dritt tagħhom li jeżaminaw l-oġġetti, l-awtoritajiet doganali għandhom, bħala regola, jillimitaw il-miżura tal-formalitajiet li jridu jsiru f'uffiċċji en route għal dan li ġej:

    - f'uffiċċji fejn oġġetti jkunu importati fit-territorju doganali l-awtroritajiet doganali għandhom jissodisfaw ruħhom li d-dikjarazzjoni ta' oġġetti tkun kif għandha tkun, li kull siġill doganali u mezz ta' qfil jew marka ta' identifikazzjoni li kienu twaħħlu qabel ikunu intatti u, meta jkun xieraq, li l-unità ta' trasport toffri sigurtà, u li, meta meħtieġ, garanzija tkun fis-seħħ; huma għandhom imbagħad jikkonfermaw dan billi jiffirmaw fuq wara tad-dikjarazzjoni ta' oġġetti,

    - f'uffiċċji fejn oġġetti joħorġu mit-territorju doganali, l-awtoritajiet doganali għandhom ikunu sodisfatti li siġilli doganali u mezzi ta' qfil jew marki ta' identifikazzjoni jkunu intatti u, meta meħtieġ, li l-unità ta' trasport toffri sigurtà; huma għandhom imbagħad jikkonfermaw dan billi jiffirmaw fuq wara tad-dikjarazzjoni ta' oġġetti;

    (6) meta uffiċċju en route ineħħi siġill doganali jew marka ta' identifikazzjoni, per eżempju, sabiex jeżamina l-oġġetti, id-dettalji tas-siġilli doganali jew marki ta' identifikazzjoni ġodda għandhom jitniżżlu bil-miktub fuq id-dikjarazzjoni doganali li takkompanja l-oġġetti;

    (7) formalitajiet f'uffiċċji en route għandhom jitnaqqsu aktar, jew jitneħħew għal kollox, waqt li l-awtoritajiet kompetenti jagħtu l-ħelsien mill-obbligazzjonijiet li jkunu saru taħt transitu doganali dwar l-operazzjoni kollha ta' transitu doganali;

    (8) għandhom isiru arranġamenti għal miżuri ta' għajnuna reċiproka bejn l-amministrazzjonijiet doganali tal-pajjiżi konċernati dwar il-verifika ta' l-eżattezza tad-dokumenti li jiddeskrivu oġġetti trasportati taħt transitu doganali u ta' l-awtentiċità ta' siġilli doganali.

    Tagħrif dwar transitu doganali

    33. Standard

    L-awtoritajiet doganali jridu jiżguraw li t-tagħrif kollu rilevanti dwar transitu doganali ikun disponibbli malajr għal kull peruna interessata.

    --------------------------------------------------

    L-APPENDIĊI I

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-APPENDIĊI II

    NOTI

    (1) Id-daqs tal-mudell tad-dikjarazzjoni ta' oġġetti għal transitu doganali huwa l-format internazzjonali ISO A4 (210 × 297 mm, 8,27 × 11,69 pulzieri). Il-formola għandu jkollha marġni ta' 10 mm fil-parti ta' fuq u marġni ta' 20 mm għall-fajling fuq ix-xellug. L-ispazjar bejn linja u oħra għandu jkun ibbażat fuq multipli ta' 4,24 mm (1/6 pulżier) u l-ispazjar tal-wisa' fuq multipli ta' 2,54 mm (1/10 pulżier). It-taqsim irid ikun skond l-ispjega għall-format tal-KEE, kif muri fl-Appendiċi I. Devjazzjonijiet minuri fid-daqs eżatt tal-kaxxi, eċċ. jista' jkun hemm jekk ikunu meħtieġa għal raġunijiet partikolari fil-pajjiż fejn jinħareġ, bħal ma' huma l-eżistenza ta' sistemi ta' kejl mhux metriċi, karatteristiċi ta' sistemi nazzjonali ta' dokumenti uniformi eċċ.

    (2) Il-pajjiżi jistgħu jistabbilixxu standards dwar il-piż għal kull metru kwadru ta' karta, u l-użu ta' sfond immarkat mekkanikament biex tkun evitata falsifikazzjoni.

    (3) Il-kliem ta' gwida inklużi fil-mudell tad-dikjarazzjoni ta' oġġetti għal transitu doganali huma maħsuba biex jindikaw in-natura ta' tagħrif li għandu jidher fil-post speċifikat. F'każi meta leġislazzjoni nazzjonali tkun teħtieġ hekk, kull pajjiż jibqa' ħieles li jibdel dawn il-kliem fil-formola nazzjonali tiegħu bi kliem li hu jikkunsidra aktar xieraq sakemm dal-kliem ma jaffettwax in-natura tat-tagħrif indikat fil-mudell tad-dikjarazzjoni ta' oġġetti għal transitu doganali.

    (4) Barra dan, huwa f'idejn l-amministrazzjonijiet jekk iħallux barra mill-formoli tagħhom partiti li huma ma jeħtiġux. L-ispazju li b'hekk jibqa' vojt jista jintuża għal skopijiet uffiċjali.

    (5) Il-mudell huwa mfassal b'mod li partikolarijiet li għandhom x'jaqsmu biss ma' transitu dognali internazzjonali huma mqiegħda fuq in-naħa ta' wara tal-formola u b'hekk jisgħu jitħallew barra għal applikazzjonijiet oħra.

    (6) Il-kummenti li ġejjin jirreferu għall-kaxxi fil-mudell tal-formola:

    Kunsinnatur (isem u indirizz)

    Din il-kaxxa hija maħsuba biex turi l-isem u l-indirizz tal-persuna li tibgħat l-oġġetti. Jekk oġġetti minn diversi kunsinnaturi jkunu koperti b'dikjarazzjoni waħda issir referenza għal dokumenti miżjuda.

    Destinatarju (isem u indirizz postali)

    Il-parti ta' fuq ta' dil-kaxxa hija maħsuba biex turi l-indirizz postali tad-destinatarju ta' l-oġġetti; il-parti t'isfel tagħha taħt l-intestatura "indirizz tal-kunsinna" huwa maħsub biex jiġi speċifikat l-indiriżż fejn l-oġġetti jridu jkunu ikkunsinnati, jekk ikun differenti mill-indirizz postali.

    Dikjarant (isem u indirizz)

    Dan it-terminu jfisser persuna naturali jew ġuridika li tiffirma d-dikjarazzjoni ta' transitu doganali jew f'isimha tkun iffirmata.

    Pajjiż minn fejn ikkunsinnata

    Din il-kaxxa hija maħsuba biex turi l-pajjiż minn fejn l-oġġetti jintbagħtu, viz. Il-pajjiż esportatur.

    Pajjiż ta' destinazzjoni

    Dan ifisser il-pajjiż tad-destinazzjoni finali ta' l-oġġetti, wara l-operazzjoni ta' transitu doganali.

    Post tat-tagħbija [1]

    Dan ifisser il-post ta' tluq fejn l-oġġetti jkunu attwalment mogħbija fuq il-mezz ta' trasport.

    Moll, maħżen, eċċ. [2]

    Din il-kaxxa hija maħsuba biex turi — meta jkun mixtieq — il-post fejn l-oġġetti jkunu maħżuna qabel ma' jitgħabbew, li huwa ta' interess partikolari jekk l-oġġetti jkunu esportati minn maħżen tad-dwana, eċċ.

    Via [3]

    Taħt "via" jissemmew il-postijiet fejn jinqasmu fruntieri doganali, il-postijiet fejn issir bidla fil-mod jew mezz ta' ġarr, eċċ.

    Mod u mezz ta' ġarr [4]

    Għandu jingħata tagħrif fuq il-mod u l-mezz ta' ġarr użat għal kull parti tat-trasport, billi jkunu indikati isem il-vapur, numru ta' reġistrazzjoni tal-vagun tal-ferrovija jew vetturi tat-triq, eċċ. skond ma' jkun rilevanti. Fi trasport maqsum f'diversi modi, dan it-tagħrif jista' jkollu jiddaħħal matul it-trasport.

    Uffiċċju ta' destinazzjoni [5]

    Dan ifisser l-isem ta' l-uffiċċju doganali li fih tintemm l-operazzjoni ta' transitu doganali.

    Dokumenti mehmuża

    Id-dikjarant għandu jelenka f'dil-kaxxa dokumenti bħal, ċertifikati ta' l-oriġini u ta' kontroll sanitarju, manifesti ta' oġġetti, li jkunu mehmuża mad-dikjarazzjoni.

    Użu uffiċjali

    Dil-kaxxa hija maħsuba għal kull tagħrif li jkollu x'jaqsam mal-kontroll tal-pakki, eċċ.

    Siġilli, eċċ. imwaħħla mid-dwana/dikjarant

    Dan l-ispazju huwa maħsub biex jindika n-numru ta' siġilli, eċċ. imwaħħla u n-numri tagħhom jew dettalji oħra ta' identifikazzjoni. Il-kaxxa li taqbel trid tkun immarkata biex tindika jekk is-siġilli, eċċ. twaħħlux mid-dwana stess jew mid-dikjarant.

    Unità ta' trasport (tip, Nru ta' identifikazzjoni), marki u numri ta' pakki jew partiti

    Din l-parti hija maħsuba għall-partikolaritajiet li jidentifikaw l-unitajiet ta' trasport (eż. tip ta' kontenitur u Nru ta' identifikazzjoni) jew l-oġġetti, bħal marki ta' trasport bil-baħar, numri prinċipali u numri konsekuttivi, jew immarkar ta' indirizzi.

    Numru u tip ta' pakki/deskrizzjoni ta' l-oġġetti

    Din il-parti hija maħsuba għal partikolaritajiet tan-numru u t-tip tal-pakki u deskrizzjoni ta' l-oġġetti jew f'termini kummerċjali komuni jew, jekk ikun possibbli, bl-użu tat-terminoloġija tat-tariffa doganali jew tat-trasport ta' l-oġġetti applikabbli.

    Nru tal-Prodott

    Meta possibbli għandu jingħata n-numru rilevanti fil-lista tal-prodotti ta' l-istatistika jew tariffa doganali applikabbli, billi fil-biċċa l-kbira tal-każi dawn in-numri, jew partijiet minnhom, huma użati mad-dinja kollha, u dan jgħin fl-identifikazzjoni tal-prodott.

    Piż gross (kg)

    Il-piż gross ta'l-oġġetti għandu jingħata f'kilogrammi.

    Ħtiġijiet amministrattivi nazzjonali

    Dil-kaxxa titwarrab biex tagħmel spazju għal xi dettalji addizzjonali mitluba mill-amministrazzjonijiet, bħal isem is-sewwieq, l-itinerarju preskritt jew limitu ta' żmien. Hija tista' tintuża wkoll għal indikazzjonijiet uffiċjali li jkollhom x'jaqsmu ma' l-uffiċċju ta' destinazzjoni.

    Dettalji dwar garanzija

    Dettalji dwar il-garanzija mogħtija, eż. depożitu ta' flus kontanti, garanzija, għandhom jingħataw f'din il-kaxxa.

    Post, data u firma tad-dikjarant.

    It-test tad-dikjarazzjoni f'dil-kaxxa jista' jinbidel, kif ikun xieraq, biex jirrifletti leġislazzjoni nazzjonali, ftehim bilaterali jew multilaterali.

    Dwar il-kaxxi fuq wara tad-dikjarazzjoni ta' transitu doganali, dawn huma maħsuba bħala eżempji biss u jridu jiġu aġġustati skond il-proċedura prevista taħt ftehim ta' transitu doganali bilaterali jew multilaterali.

    [1] Il-format ta' dawn il-kaxxi jista' jkun aġġustat skond il-ħtiġijiet ta' xi applikazzjoni partikolari jew biex il-formola tidħol f'sistema uniformi ta' formoli li jaqblu ma' xulxin.

    [2] Il-format ta' dawn il-kaxxi jista' jkun aġġustat skond il-ħtiġijiet ta' xi applikazzjoni partikolari jew biex il-formola tidħol f'sistema uniformi ta' formoli li jaqblu ma' xulxin.

    [3] Il-format ta' dawn il-kaxxi jista' jkun aġġustat skond il-ħtiġijiet ta' xi applikazzjoni partikolari jew biex il-formola tidħol f'sistema uniformi ta' formoli li jaqblu ma' xulxin.

    [4] Il-format ta' dawn il-kaxxi jista' jkun aġġustat skond il-ħtiġijiet ta' xi applikazzjoni partikolari jew biex il-formola tidħol f'sistema uniformi ta' formoli li jaqblu ma' xulxin.

    [5] Il-format ta' dawn il-kaxxi jista' jkun aġġustat skond il-ħtiġijiet ta' xi applikazzjoni partikolari jew biex il-formola tidħol f'sistema uniformi ta' formoli li jaqblu ma' xulxin.

    --------------------------------------------------

    L-APPENDIĊI III

    KONDIZZJONIJIET MINIMI MEĦTIEĠA LI JKUNU SSODISFATI MINN SIĠILLI DOGANALI U MEZZI TA' QFIL

    Siġilli doganali u mezzi ta' qfil iridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet minimi meħtieġa li ġejjin:

    (1) Kondizzjonijiet ġenerali meħtieġa dwar siġilli u mezzi ta' qfil

    Is-siġilli u mezzi ta' qfil, flimkien, iridu

    (a) ikunu b'saħħithom u jibqgħu tajbin għal tul ta' żmien;

    (b) ikunu jistgħu jitwaħħlu faċilment u malajr;

    (ċ) ikunu jistgħu jiġu ċċekkjati u identifikati malajr;

    (d) ikunu hekk li ma jħallux li jitneħħew jew jinħallu mingħajr ma jitkissru jew jitbagħbsu mingħajr ma jibqgħu traċċi;

    (e) ikunu hekk li ma jħallux li jistgħu jintużaw aktar minn darba;

    (f) ikunu magħmula hekk li jkun diffiċli kemm jista' jkun possibbli li jkunu kkopjati jew iffalsifikati.

    (2) Speċifikazzjoni fiżika ta' siġilli:

    (a) il-forma u d-daqs tas-siġill iridu jkunu hekk li kull marka ta' identifikazzjoni tkun tista' tinqara malajr;

    (b) kull toqba f'siġill trid tkun ta' daqs li jikkorrespondi ma' dak tal-mezz ta' qfil użat, u trid tkun f'post hekk li l-mezz ta' qfil jinżamm sod f'postu meta s-siġill jingħalaq;

    (ċ) il-materjal użat irid ikun biżżejjed b'saħħtu li ma jħallix li jsir ksur aċċidentali, taħsir kmieni (minħabba kondizzjonijiet ta' temp, azzjoni kimikali, eċċ.) jew tbagħbis li ma jistax jinqabad;

    (d) il-materjal użat irid jintgħażel skond is-sistema ta' ssiġillar użata.

    (3) Speċifikazzjoni fiżika tal-mezzi ta' qfil:

    (a) il-mezz ta' qfil irid ikun b'saħħtu u jibqa' tajjeb għal tul ta' żmien u reżistenti għat-temp u l-korrużjoni;

    (b) it-tul tal-mezz ta' qfil użat ma jridx iħalli li tinfetaħ xi fetħa ssiġillata jew parti minnha mingħajr ma jinkiser is-siġill jew il-mezz ta' qfil jew inkella tkun tidher ħsara ovvja;

    (ċ) il-materjal użat irid jintgħażel skond is-sistema ta' ssiġillar użata.

    (4) Marki ta' identifikazzjoni

    Is-siġill jew mezz ta' qfil, kif ikun xieraq, irid jiġi mmarkat:

    (a) biex li juri huwa siġill doganali, bl-applikazzjoni tal-kelma "dwana" preferibbilmant b'waħda mill-ilsna uffiċjali tal-Kunsill (Ingliż jew Franċiż);

    (b) biex juri l-pajjiż li waħħal is-siġill, preferibbilment permezz tas-sinjal użat biex jindika l-pajjiż tar-reġistrazzjoni ta' vetturi bil-mutur fi traffiku internazzjonali;

    (ċ) biex ikun jista' jiġi identifikat l-uffiċċju doganali li jkun waħħal is-siġill, jew li taħt l-awtorità tiegħu kien twaħħal, per eżempju, permezz ta' ittri jew numri f'kodiċi.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS E.6

    L-ANNESS DWAR DĦUL TEMPORANJU GĦAL IPPROĊESSAR INTERN

    Daħla

    Il-leġislazzjoni nazzjonali tal-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tipprovdi għal eżenzjoni kondizzjonata minn ħlas ta' dazji doganali u taxxi fuq oġġetti li jriduu jkunu esportati mill-ġdid wara li jkunu għaddew minn manifattura, ipproċessar jew tiswija speċifikati. Il-proċedura doganali li tirrifletti dawn id-dispożizzjonijiet hija dik ta' dħul temporanju għal ipproċessar intern.

    L-iskop ewlieni ta' din il-proċedura doganali huwa li jagħmilha possibli għal intrapriżi fil-pajjiż li joffru l-prodotti u s-servizzi tagħhom fuq swieq barranin bi prezzijiet kompetittivi u b'hekk jgħinu biex ikun hemm aktar opportunitajiet ta' xogħol għall-ħaddiema tal-pajjiż.

    Madankollu, dħul temporanju għal ipproċessar intern jista'jsir taħt il-kondizzjoni li l-operazzjonijiet proposti jridu jkunu ta' ġid għall-ekonomija nazzjonali u ma jkunux f'konflitt ma' l-interessi ta' produtturi fil-pajjiż ta' oġġetti identiċi jew li jixbhu lil dawk li jintalab dħul għalihom.

    Bħala regola ġenerali, dħul temporanju għal ipproċessar intern jinvolvi eżenzjoni kondizzjonata totali minn dażji ta' importazzjoni u taxxi. Madankollu, jista' jintalab ħlas ta' dazji ta' importazzjoni u taxxi fuq skart li jitnissel mill-ipproċessar jew manifattura ta' l-oġġetti.

    Il-leġislazzjonijiet nazzjonali s-soltu jkunu jeħtieġu li l-oġġetti esportati jridu jkunu nkisbu mill-oġġetti importati.

    F'xi każi, madankollu, tista' tingħata awtorità biex jintużaw oġġetti ekwivalenti għal dawk imdaħħla temporanjament għal ipproċessar intern (equivalents).

    Fil-kuntest ta' dħul temporanju għal ipproċessar intern, eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxxi tista' tingħata fuq oġġetti użati waqt il-produzzjoni ta' l-oġġetti esportati mingħajr ma jkunu fil-fatt inklużi fihom.

    Definizzjonijiet

    Għall-iskop ta' dan l-Anness:

    (a) it-terminu "dħul temporanju għal ipproċessar" ifisser il-proċedura doganali li taħtha ċerti oġġetti jistgħu jiddaħħlu f'territorju doganali eżenti taħt kondizzjoni mid-dazji ta' imporatazzjoni u taxxi; oġġetti bħal dawn iridu jkunu maħsuba biex jiġu esportati mill-ġdid f'perjodu speċifiku wara li jkunu għaddew minn manifattura, ipproċessar jew tiswija;

    (b) it-terminu "dazji ta' importazzjoni u taxxi" ifisser id-dazji doganali u d-dazji l-oħrajn kollha, taxxi, drittijiet u ħlasijiet oħrajn li jinġabru fuq jew b'konnessjoni ma' l-importazzjoni ta' oġġetti, imma mhux inklużi drittijiet u ħlasijiet li jkunu limitati fis-somma għall-prezz approssimattiv tas-servizzi mogħtija;

    (ċ) it-terminu "prodotti li jikkumpensaw" ifisser il-prodotti miksuba waqt jew bħala riżultat tal-manifattura, ipproċessar jew tiswija ta' l-oġġetti li ddaħħlu temporanjament għal ipproċessar intern;

    (d) it-terminu "kontroll doganali" ifisser il-miżuri applikati biex tkun żgurata l-osservanza tal-liġijiet u regolamenti li d-dwana hija responsabbli li tinforza;

    (e) it-terminu "garanzija" ifisser dak li jiżgura għas-sodisfazzjoni tad-dwana li xi obbligazzjoni lejn id-dwana titwettaq. Garanzija hija deskritta bħala "ġenerali" meta tiżgura li l-obbligazzjonijiet li joriġinaw minn diversi operazzjonijiet jitwettqu;

    (f) It-terminu "persuna" ifisser kemm persuni naturali kif ukoll ġuridiċi, sakemm ir-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort'oħra.

    Prinċipju

    1. Standard

    Id-dħul temporanju għal ipproċessar intern irid ikun regolat mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness.

    Kamp ta' applikazzjoni

    2. Standard

    Il-leġislazzjoni nazzjonali trid tispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom dħul temporanju għal ipproċessar jista' jingħata u trid tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jridu jkunu sodisfatti.

    Noti

    1. Iċ-ċirkostanzi li fihom dħul temporanju għal ipproċessar intern huwa permess jistgħu jiġu spjegati f'termini ġenerali u/jew fid-dettal.

    2. Tista' tingħata eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxxi fuq prodotti bħal katalizzaturi u aċċeleraturi jew ritardaturi ta' reazzjonijiet kimiċi li, meta jitużaw biex jinkisbu l-prodotti li jikkumpensaw, jispiċċaw kollha jew parti minnhom waqt użu bħal dan mingħajr ma jkunu fil-fatt inklużi f'dawk il-prodotti. L-eżenzjoni tista' tingħata biss sakemm il-prodotti li jikkumpensaw ikunu esportati. Madankollu, din ma testendix normalment għal sempliċi għajnuniet għall-manifattura, bħal lubrikanti.

    3. Id-dritt għall-importazzjoni temporanja ta' oġġetti għal ipproċessar intern jista'jingħata taħt il-kondizzjoni li x-xogħlijiet ta' l-ipproċessar proposti jkunu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala ta' ġid għal ekonomija nazzjonali.

    4. Id-dritt għall-importazzjoni temporanja ta' oġġetti għal ipproċessar intern jista' jkun riservat għal persuni stabbiliti fit-territorju doganali.

    5. Xogħlijiet permessi taħt il-proċedura ta' dħul temporanju għal ipproċessar intern jistgħu jsiru f'postijiet destinati bħala mħażen għal ipproċessar intern.

    Il-karatteristiċi prinċipali ta' dawn l-arranġamenti jistgħu jkunu:

    - il-kondizzjonijiet meħtieġa dwar is-sit u t-taqsim ta' l-imħażen għal ipproċessar intern jiġu stipulati mill-awtoritajiet kompetenti,

    - id-dikjarazzjoni għall-użu domestiku ta' proporzjoni speċifikat mill-prodotti li jikkumpensaw miksuba tkun awtorizzata,

    - l-eżami ta' l-oġġetti li se jintużaw, u tal-prodotti li jikkumpensaw li jridu jitneħħew mill-maħżen, irid ġeneralment isir fil-maħżen.

    3. Standard

    L-oġġetti li ddaħħlu temporanjament għal ipproċessar intern iridu jingħataw eżenzjoni kondizzjonata totali minn dazji ta' importazzjoni u taxxi. Madankollu, ħlas ta' dazji ta' importazzjoni u taxxi jista' jintalab fuq skart li jitnissel mill-ipproċessar jew manifattura ta' l-oġġetti li ddaħħlu temporanjament għal ipproċessar intern li ma jkunx esportat mill-ġdid jew trattat b'tali mod li jirrenduh bla valur kummerċjali.

    Noti

    1. Il-leġislazzjoni nazzjonali tista' tipprovdi li skart li jkollu valur kummerċjali jkun intaxxat jew fuq il-bażi tad-deskrizzjoni tiegħu stess fit-tariffa jew fuq il-bażi tad-deskrizzjoni fit-tariffa ta' l-oġġetti li tnissel minnhom.

    2. Il-leġislazzjoni nazzjonali tista' tipprovdi li dazji ta' importazzjoni u taxxi ma jitħallsux fuq skart sa ċerti limiti perċentwali jew fuq skart li ma jistax jiġi rkuprat jew użat.

    4. Standard

    Id-dħul temporanju għal ipproċessar intern m'għandux ikun limitat għal oġġetti importati direttament minn barra l-pajjiż imma għandu wkoll jingħata lil oġġetti li qabel kienu fi transitu doganali, maħżen doganali jew port ħieles jew żona ħielsa.

    5. Prattika rakkomandata

    Id-dħul temporanju għal ipproċessar intern m'għandux ikun irrifjutat biss minħabba raġunijiet ta' pajjiż ta' oriġini ta' l-oġġetti, il-pajjiż minn fejn kienu kkunsinnati jew il-pajjiż ta' destinazzjoni.

    6. Standard

    Id-dritt għall-importazzjoni temporanja ta' oġġetti għal ipproċessar intern m'għandux ikun limitat għas-sid ta' l-oġġetti importati.

    7. Prattika rakkomandata

    Meta, fl-eżekuzzjoni ta' kuntratt magħmul ma' persuna stabbilità barra mill-pajjiż, l-oġġetti li se jintużaw ikunu forniti min dik il-persuna, dħul temporanju għal ipproċessar intern m'għandux jintrabat mal-kondizzjoni li oġġetti ekwivalenti għal dawk li se jiġu importati ma jkunux disponibbli fit-territorju doganali ta' importazzjoni.

    8. Prattika rakkomandata

    Il-possibbiltà li tiddetermina l-preżenza ta' l-oġġetti importati fil-prodotti li jikkumpensaw m'għandhiex tkun imposta bħala kondizzjoni meħtieġa għal dħul temporanju għal ipproċessar intern meta l-identità ta' l-oġġetti tista' tkun stabbilità waqt ix-xogħlijiet ta' ipproċessar minn kontroll doganali jew meta l-proċedura tintemm bl-esportazzjoni ta' prodotti miksuba mit-trattament ta' oġġetti, identiċi fid-deskrizzjoni, kwalità u karattersitiċi tekniċi għal dawk imdaħħla temporarjament għal ipproċessar intern.

    Dħul temporanju ta' oġġetti għal ipproċessar intern

    (a) Formalitajiet li jiġu qabel dħul temporanju għal ipproċessar intern

    9. Standard

    Il-leġislazzjoni nazzjonali trid tispeċifika ċ-ċirkostanzi meta awtorizzazzjoni għal dħul temporanju għal ipproċessar intern tkun meħtieġa minn qabel u l-awtoritajiet li jkollhom is-setgħa li jagħtu awtorizzazzjoni bħal din.

    10. Prattika rakkomandata

    Persuni li jagħmlu użu minn dħul temporanju għal xogħlijiet ta' ipproċessar intern fuq skala kbira u kontinwament għandhom jingħataw awtorizzazzjoni ġenerali li tkopri operazzjonijiet bħal dawn.

    11. Standard

    Meta oġġetti li ddaħħlu temporanjament għal ipproċessar intern ikollhom jgħaddu minn manifattura jew ipproċessar, l-awtoritajiet kompetenti jridu jiffissaw ir-rata ta' produzzjoni mill-operazzjoni b'referenza għall-kondizzjonijiet attwali li taħtha tkun saret. Id-deskrizzjoni, kwalità u kwantità tad-diversi prodotti li jikkumpensaw iridu jkunu speċifikati hekk kif tkun iffissata dik ir-rata.

    12. Prattika rakkomandata

    Meta xogħlijiet ta' pproċessar intern:

    - ikunu konnessi ma' oġġetti li l-karatteristiċi tagħhom jibqgħu raġonevolment kostanti,

    - is-soltu jsiru taħt kondizzjonijiet tekniċi definiti b'mod ċar, u

    - jagħtu prodotti li jikkumpensaw ta' kwalità kostanti,

    l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu rati uniformi ta' produzzjoni applikabbli għax-xogħlijiet.

    (b) Dikjarazzjoni għal dħul temporanju għal ipproċessar intern

    13. Standard

    Il-leġislazzjoni nazzjonali tispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom oġġetti li ddaħħlu temporanjament għal ipproċessar intern iridu jkunu ppreżentati fl-uffiċċju doganali kompetenti u dikjarazzjoni ta' oġġetti trid tkun iddepożitata.

    14. Prattika rakkomandata

    Il-formoli nazzjonali użati għal dħul temporanju għal ipproċessar għandhom ikunu armonizzati ma' dawk użati għad-dikjarazzjoni ta' oġġetti għall-użu fil pajjiż.

    (ċ) Garanzija

    15. Standard

    Il-forom li fihom garanzija trid tingħata fuq dħul temporanju għal ipproċessar intern għandhom ikunu stipulati fil-leġislazzjoni nazzjonali jew determinati mill-awtoritajiet doganali skond il-leġislazzjoni nazzjonali.

    16. Prattika rakkomandata

    L-għażla bejn id-diversi forom aċċettabbli ta' garanzija trid titħalla lid-dikjarant.

    17. Standard

    L-awtoritajiet doganali għandhom, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, jistabilixxu l-ammont tal-garanzija li trid tingħata meta oġġetti jiddaħħlu temporanjament għal ipproċessar intern.

    18. Prattika rakkomandata

    L-ammont tal-garanzija li trid tingħata meta oġġetti jiddaħħlu temporanjament għal ipproċessar intern m'għandux jaqbeż is-somma tad-dazji ta' importazzjoni u taxxi li minnha l-oġġetti jkunu eżentati taħt kondizzjoni.

    Nota

    Din il-prattika rakkomandata ma timpedixxix illi l-ammont tal-garanzija jiġi determinat fuq il-bażi ta' rata waħda meta l-oġġetti jaqgħu f'medda wiesgħa ta' intestaturi tat-tariffa.

    19. Standard

    Persuni li regolarment jużaw id-dħul temporanju għal proċedura ta' pproċessar intern f'xi wieħed jew aktar uffiċċji doganali f'territorju doganali speċifikat irid jkun awtorizzat li jipprovdi garanzija ġenerali.

    20. Prattika rakkomandata

    L-awtoritajiet doganali għandhom jirrinunzjaw għall-ħtieġa ta' garanzija meta huma jkunu ssodisfati li l-ħlas ta' xi somma li tista' ssir dovuta jista' jkun assigurat b'mezzi oħra.

    (d) Eżami ta' l-oġġetti

    21. Prattika rakkomandata

    Fuq talba ta' l-importatur, u għal raġunijiet meqjusa validi mill-awtoritajiet doganali, dawn ta' l-aħħar għandhom, sakemm ikun possibbli, iħallu l-oġġetti li jkunu se jiddaħħlu temporanjament għal ipproċessar intern jiġu eżaminati f'postijiet privati, bl-ispejjeż li eżami bħal dan jinvolvi jitħallsu mill-importatur.

    (e) Miżuri ta' identifikazzjoni

    22. Standard

    Il-kondizzjonijiet meħtieġa dwar l-identifikazzjoni ta' oġġetti li ddaħħlu temporarjament għal ipproċessar intern għandhom ikunu preskritti mill-awtoritajiet doganali, waqt li tingħata l-konsiderazzjoni mistħoqqa lin-natura ta' l-oġġetti, l-operazzjoni li trid issir u l-importanza ta' l-interessi involuti.

    Nota

    Għall-identifikazzjoni ta' oġġetti li ddaħħlu temporanjament għal ipproċessar intern, l-awtoritajiet doganali jistgħu joqogħdu fuq siġilli barranin imwaħħla ma' l-oġġetti, fuq marki, numri jew indikazzjonijiet oħra mwaħħla b'mod permanenti magħhom, fuq id-deskrizzjoni ta' l-oġġetti jew pjanti fuq skala jew ritratti, jew jittieħdu kampjuni, jitwaħħlu marki doganali (siġilli, timbri, perforazzjonijet, eċċ.). L-awtoritajiet doganali jistgħu wkoll jirrikorru għar-records ta' l-importaturi.

    Il-waqfa ta' l-oġġetti fit-territorju doganali

    23. Standard

    Il-limitu ta' żmien għal dħul temporanju għal ipproċessar intern għandu jkun iffissat, f'kull każ, b'referenza għaż-żmien meħtieġ biex jintemmew ix-xogħlijiet ta' ipproċessar, sal-perjodu massimu, jekk ikun hemm, stabbilit fil-leġislazzjoni nazzjonali.

    24. Prattika rakkomandata

    Fuq talba tal-persuna konċernata, u għal raġunijiet meqjusa validi mill-awtoritajiet doganali, dawn ta' l-aħħar għandhom itawlu l-perjodu ffissat fil-bidu.

    25. Standard

    Fuq talba ta' l-awtoritajiet doganali, il-persuni involuti jridu jżommu records li minnhom jista' jkun iċċekkjat l-użu ta' l-oġġetti li ddaħħlu temporanjament għal ipproċessar intern.

    26. Standard

    L-awtoritajiet doganali għandhom ikollhom id-dritt li jitolbu li kull persuna li tingħata l-vantaġġ ta' din il-proċedura tħallihom jiċċekkjaw fil-post tiegħu, f'kull ħin, l-oġġetti li ddaħħlu temporarjament għal ipproċessar intern kif wkoll il-prodotti li jikkumpensaw.

    27. Prattika rakkomandata

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom iħallu li parti mix-xogħlijiet ta' ipproċessar li hemm ipprovdut għalihom isiru minn persuna li ma tkunx il-persuna li ngħatat dħul temporanju għal faċilitajiet ta' ipproċessar intern, mingħajr dan ta' l-aħħar ma jkollu għalfejn jitrasferixxi l-pussess ta' l-oġġetti li ddaħħlu temporanjament għal ipproċessar intern imma bil-kondizzjoni li, għat-tul kollu tax-xogħlijiet, huwa jibqa' responsabbli lejn id-dwana għall-osservanza tal-kondizzjonijiet li taħthom il-faċilitajiet ta' ipproċessar kienu permessi

    28. Prattika rakkomandata

    Id-dħul temporanju għal ipproċesar intern għandu jitkompla fil-każ ta' trasferiment ta' pussess ta' l-oġġetti importati u tal-prodotti li jikkumpensaw lil terza persuna, sakemm dik il-persuna tassumi l-obbligazzjonijiet ta' l-importatur.

    Tmiem ta' dħul temporanju għal ipproċessar intern

    29. Standard

    Il-leġislazzjoni nazzjonali għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom il-prodotti li jikkumpensaw jridu jkunu preżentati fl-uffiċċju doganali kompetenti u dikjarazzjoni ta' oġġetti tkun iddepożitata.

    Nota

    Il-leġislazzjoni nazzjonali tista' tippreskrivi li d-dikjarazzjoni ta' l-oġġetti jkollha l-partikolaritajiet meħtieġa biex tkun tista' tiġi approvata d-dikjarazzjoni ta' dħul temporanju għal ipproċċessa intern dwar l-oġġetti li ġew utilizzati.

    (a) Esportazzjoni mill-ġdid

    30. Standard

    L-oġġetti li jikkumpensaw għandhom jitħallew ikunu esportati minn uffiċċju doganali li ma jkunx dak li minnu l-oġġetti li ddaħħlu temporanjament għal ipproċessar intern kienu importati.

    31. Standard

    Id-dħul temporanju għal ipproċessar intern għandu jitħalla jintemm bl-esportazzjoni tal-prodotti li jikkumpensaw f'kunsinna waħda jew aktar.

    32. Prattika rakkomandata

    Fuq talba ta' l-esportatur, u għal raġunijiet meqjusa validi mill-awtoritajiet doganali, dawn ta' l-aħħar għandhom, sakemm ikun possibbli, iħallu l-prodotti li jikkumpensaw għal esportazzjoni mill-ġdid jiġu eżaminati f'postijiet privati, bl-ispejjeż li eżami bħal dan jinvolvi jitħallsu mill-esportatur.

    33. Standard

    Fuq talba tal-persuna konċernata l-awtoritajiet kompetenti jridu jawtorizzaw ir-riesportazzjoni ta' l-oġġetti fl-istess stat li fih kienu importati, u jtemmu d-dħul temporanju għal ipproċessar intern.

    34. Standard

    Id-dħul temporanju għal ipproċessar intern għandu jkun jista' jintemm meta l-prodotti li jikkumpensaw jitqiegħdu f'port ħieles jew żona ħielsa.

    (b) Metodi oħra ta' tneħħija

    35. Prattika rakkomandata

    Id-dħul temporanju għal ipproċessar intern għandu jkun jista' jintemm meta l-prodotti li jikkumpensaw jitqiegħdu f'maħżen doganali bi skop li wara jkunu esportatijew imneħħija b'xi mod awtorizzat ieħor.

    36. Prattika rakkomandata

    Id-dħul temporanju għal ipproċessar intern għandu jintemm meta l-oġġetti jitqiegħdu taħt proċedura ta' transitu doganali bi skop li wara jkunu esportati jew imneħħija b'xi mod awtorizzat ieħor.

    37. Standard

    Id-dħul temporanju għal ipproċessar intern għandu jkun jista' jintemm meta l-oġġetti importati jew il-prodotti li jikkumpensaw jiġu ddikjarati għall-użu fil-pajjiż, sakemm ikunu osservati l-kondizzjonijiet u l-formalitajiet li japplikaw f'każ bħal dan.

    38. Standard

    Il-leġislazzjoni nazzjonali trid tispeċifika l-punt fiż-żmien li jrid jiġi kkunsidrat bil-għan li jkunu determinati l-valur u l-kwantità ta' oġġetti ddikjarati għall-użu fil-pajjiż kif ukoll ir-rati tad-dazji ta' importazzjoni u taxxi ta' l-importazzjoni li japplikaw għalihom.

    Nota

    Fil-każ ta' dikjarazzjoni għall-użu fil-pajjiż ta' prodotti li jikkumpensaw li kienu ntbagħtu barra mill-pajjiż għal ipproċessar supplimentari, trid tingħata konsiderazzjoni meta jkunu kkalkulati d-dazji ta' importazzjoni u taxxi, minnbarra dawk applikabbli għall-oġġetti li ntużaw fil-bidu, lid-differenza bejn:

    (a) l-ammont tad-dazji ta' importazzjoni u taxxi li jkun irid jitħallas fuq prodotti importati mill-ġdid wara pproċessar supplimentari; u

    (b) l-ammont tad-dazji ta' importazzjoni u taxxi li jkun irid jitħallas fuq il-prodotti esportati temporanjament għal ipproċessar supplimentari li kieku kienu importati direttament mill-pajjiż li fih ikun sar ipproċessar bħal dan.

    39. Prattika rakkomandata

    Il-leġislazzjoni nazzjonali għandha tipprovdi li l-ammont ta' dazji ta' importazzjoni u taxxi applikabbli fil-każ meta l-prodotti li jikkumpensaw ma jkunux esportati ma jridx jaqbeż l-ammont ta' dazji ta' importazzjoni u taxxi applikabbli għall-oġġetti li ddaħħlu temporanjament għal ipproċessar intern.

    40. Prattika rakkomandata

    Id-dħul temporanju għal ipproċessar intern ta' oġġetti li jonqsu bħala konsegwenza tan-natura ta' l-oġġetti, għandu jkun jista' jintemm sakemm il-prodotti li jikkumpensaw ikunu esportati, u bil-kondizzjoni li nuqqas bħal dan ikun ikkonfermat kif għandu jkun għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali.

    Nota

    Il-leġislazzjoni nazzjonali tista' tistabbilixxi persentaġġi ta' nuqqas uniformi għal kategoriji speċifikati ta' oġġetti li ddaħħlu temporanjament għal ipproċessar intern.

    41. Standard

    Id-dħul temporanju għal ipproċessar intern għandu jkun jista' jintemm, meta fuq talba tal-persuna konċernata, l-oġġetti li ddaħħlu temporanjament għal ipproċessar intern jew il-prodotti li jikkumpensaw ikunu ċeduti lill-erarju jew meqruda jew jirrenduhom bla valur kummerċjali taħt kontroll doganali, kif jistgħu jiddeċiedu l-awtoritajiet doganali. Abbandun jew qerda bħal din ma trid tinvolvi l-ebda spejjeż għall-erarju.

    Kull skart jew ruttam li jibqa' wara l-qerda jkun suġġett, jekk jiddaħħal għall-użu fil-pajjiż, għad-dazji ta importazzjoni u taxxi li jistgħu japplikaw għal skart jew ruttam bħal dan importat f'dik il-kondizzjoni.

    42. Standard

    Oġġetti li ddaħħlu temporanjament għal ipproċessar intern, u prodotti li jikkumpensaw, li jinqerdu jew li jonqsu b'mod li ma jistgħux jinġiebu lura b'aċċident jew b'forża maġġuri ma jkunux suġġetti għad-dazji ta' importazzjoni u taxxi, sakemm qerda jew nuqqas bħal dan ikun ikkonfermat kif għandu jkun għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali.

    Kull skart jew ruttam li jibqa' wara l-qerda ikun suġġett, jekk jiddaħħal għall-użu fil-pajjiż, għad-dazji ta' importazzjoni u taxxi li jistgħu japplikaw għal skart jew ruttam bħal dan importat f'dik il-kondizzjoni.

    43. Prattika rakkomandata

    Il-prodotti miksuba mit-trattament ta' oġġetti importati jew oġġetti domestiċi identiċi fid-deskrizzjoni, kwalità u karatteristiċi tekniċi għal dawk li ddaħħlu temporanjament għal ipproċessar intern għandħom jitqiesu bħala prodotti li jikkumpensaw għall-iskop ta' dan l-Anness (kumpens b'oġġetti ekwivalenti).

    Nota

    Meta jsir kumpens b'oġġetti ekwivalenti f'ċirkustanzi li jiġġustifikaw dan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jħallu, bħala prodotti li jikkumpensaw, oġġetti esportati qabel l-importazzjoni ta' l-oġġetti li jieħdu vantaġġ mid-dħul temporanju għall-proċedura ta' ipproċessar intern.

    Radd lura ta' garanzija

    44. Standard

    Kull garanzija mogħtija trid tintradd lura malajr kemm jista' jkun possibbli wara li jintemm id-dħul temporanju għal ipproċessar intern.

    Tagħrif dwar dħul temporanju għal ipproċessar intern

    45. Standard

    L-awtoritajiet doganali jridu jiżguraw li t-tagħrif kollu rilevanti dwar dħul temporanju għal ipproċessar intern ikun disponibbli malajr għal kull persuna interessata.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS E.8

    L-ANNESS DWAR ESPORTAZZJONI TEMPORANJA GĦAL IPPROĊESSAR ESTERN

    Daħla

    Il-leġislazzjoni nazzjonali tal-biċċa l-kbira ta' l-Istati tipprovdi għal eżenzjoni sħiħa jew parzjali minn dazji ta' importazzjoni u taxxi meta oġġetti li jiġu importati mill-ġdid wara manifattura, ipproċessar jew tiswija barra mill-pajjiż ikunu ddikjarati għall-użu fil-pajjiż. Il-proċedura doganali li tipprovdi għal din l-eżenzjoni hija dik ta' esportazzjoni temporanja għal ipproċessar estern.

    Din il-proċedura tista' tkun applikata bil-kondizzjoni li x-xogħlijiet ta' ipproċessar previsti ma jkunux ikkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala ta' ħsara għall-interess nazzjonali.

    L-eżenzjoni mogħtija fuq l-importazzjoni mill-ġdid ta' oġġetti pproċessati barra l-pajjiż is-soltu tkun parzjali; madankollu, hija tista' tkun sħiħa, b'mod partikolari meta tiswijiet li jkunu saru barra l-pajjiż ikunu saru bla ħlas.

    Definizzjonijiet

    Għall-iskop ta' dan l-Anness:

    (a) it-terminu "esportazzjoni temporanja għal ipproċessar estern" ifisser il-proċedura doganali li taħtha oġġetti li jkunu f'ċirkolazzjoni libera f'territorju doganali jistgħu jkunu esportati temporanjament għal manifattura, ipproċessar, jew tiswija barra mill-pajjiż u jerġgħu jiġu importati b'eżenzjoni sħiħa jew parzjali minn dazji ta' importazzjoni jew taxxi;

    (b) it-terminu "oġġetti f'ċirkolazzjoni libera" ifisser oġġetti li wieħed jista' jiddisponi minnhom mingħajr restrizzjoni doganali;

    (ċ) it-terminu "dazji ta' importazzjoni u taxxi" ifisser id-dazji doganali u d-dazji l-oħrajn kollha, taxxi, drittijiet jew ħlasijiet oħra li jinġabru fuq jew b'konnessjoni ma' l-importazzjoni ta' oġġetti, imma mhux inklużi drittijiet u ħlasijiet li huma limitati fis-somma għall-prezz approssimattiv tas-servizzi mogħtija;

    (d) it-terminu "prodotti li jikkumpensaw" ifisser il-prodotti miksuba barra mill-pajjiż waqt jew bħala riżultat tal-manifattura, ipproċessar jew tiswija ta' l-oġġetti esportati temporarjament għal ipproċessar estern;

    (e) it-terminu "kontroll doganali" ifisser il-miżuri applikati biex tkun żgurata l-osservanza tal-liġijiet u regolamenti li d-dwana hija responsabbli li tinforza;

    (f) it-terminu "persuna" ifisser kemm persuni naturali kif ukoll ġuridiċi, sakemm ir-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort'oħra;

    Prinċipju

    1. Standard

    L-esportazzjoni temporanja għal ipproċessar estern irid ikun regolat mid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness.

    Kamp ta' applikazzjoni

    2. Standard

    Il-leġislazzjoni nazzjonali trid tispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom esportazzjoni temporanja għal ipproċessar estern tista' tkun permessa u trid tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jridu jkunu ssodisfati.

    Noti

    1. Iċ-ċirkostanzi li fihom esportazzjoni temporanja għal ipproċessar estern tkun permessa jistgħu jkunu spjegati f'termini ġenerali u/jew fid-dettal.

    2. L-esportazzjoni temporanja għal ipproċessar estern tista' tkun suġġetta għall-kondizzjoni li x-xogħlijiet ta' pproċessar previsti ma jkunux ta' ħsara għall-interessi nazzjonali.

    3. L-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu persuna li se tesporta temporanjament oġġetti għal ipproċessar estern biex tispeċifika x-xogħlijiet ta' ipproċessar jew manifattura li l-oġġetti jkunu se jsirulhom barra mill-pajjiż.

    3. Prattika rakkomandata

    L-esportazzjoni temporanja għal ipproċessar estern m'għandhiex tkun irrifjutata biss minħabba li l-oġġetti se jiġu pproċessati f'pajjiż speċifiku.

    4. Standard

    L-esportazzjoni temporanja ta' l-oġġetti għal ipproċessar estern ma tridx tkun limitata għas-sid ta' l-oġġetti.

    Esportazzjoni temporanja ta' l-oġġetti

    (a) Formalitajiet li jiġu qabel esportazzjoni temporanja ta' l-oġġetti

    5. Standard

    Meta esportazzjoni temporanja għal ipproċessar estern tkun suġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel, il-leġislazzjoni nazzjonali trid tispeċifika ċ-ċirkostanzi li fihom awtorizzazzjoni bħal din tkun meħtieġa u l-awtoritajiet li jkollhom is-setgħa li jagħtuha.

    6. Prattika rakkomandata

    Persuni li jagħmlu użu fuq skala kbira u kontinwament ta' esportazzjoni temporanja għal xogħlijiet ta' ipproċessar estern li jinvolvu l-istess tip ta' oġġetti għandhom jingħataw awtorizzazzjoni ġenerali li tkopri operazzjonijiet bħal dawn.

    7. Prattika rakkomandata

    Meta azzjoni bħal din tħaffef esportazzjoni temporanja għal operazzjoni ta' ipproċessar estern jew l-awtoritajiet kompetenti jqisuha meħtieġa, dawn l-awtoritajiet għandhom jiffissaw rata ta' produzzjoni għal dik l-operazzjoni. Id-deskrizzjoni, kwalità u kwantità tad-diversi prodotti li jikkumpensaw iridu jkunu speċifikati meta tkun iffissata dik ir-rata.

    Noti

    1. Sabiex tiġi ffissata r-rata ta' produzzjoni, l-awtoritajiet doganali jistgħu jieħdu bħala bażi l-kondizzjonijiet li taħthom l-operazzjoni ssir, sakemm dawn ikunu magħrufa. Huma jistgħu jitolbu li jippreżentaw il-kuntratti ma' l-impriża barranija li tkun se tagħmel l-ipproċessar jew manifattura. Huma jistgħu wkoll jieħdu bħala bażi r-rati ta' produzzjoni ffissati mill-awtoritajiet doganali fil-pajjiż fejn ix-xogħlijiet ta' pproċessar se jsiru.

    2. Rati uniformi ta' produzzjoni jistgħu jiġu ffissati meta l-operazzjonijiet ta' pproċessar estern:

    - ikunu konnessi ma' oġġetti li l-karatteristiċi tagħhom jibqgħu raġonevolment kostanti,

    - is-soltu jsiru taħt kondizzjonijiet tekniċi definiti b'mod ċar, u

    - jagħtu lill-prodotti li jikkumpensaw kwalità kostanti

    (b) Dikjarazzjoni għal esportazzjoni temporanja

    8. Standard

    Il-leġislazzjoni nazzjonali trid tispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom l-oġġetti li se jkunu esportati temporanjament għal ipproċessar estern iridu jkunu preżentati fl-uffiċċju doganali kompetenti u dikjarazzjoni ta' oġġetti ('il barra) trid tkun iddepożitata.

    9. Prattika rakkomandata

    L-awtoritajiet doganali għandhom iħallu l-formola ta' dikjarazzjoni ta' l-oġġetti ('il barra) tintuża għad-dikjarazzjoni għall-esportazzjoni temporanja ta' oġġetti għal ipproċessar estern.

    10. Prattika rakkomandata

    Jekk jintużaw formoli speċjali biex issir id-dikjarazzjoni għall-esportaazzjoni temporanja ta' oġġetti għal ipproċessar estern, huma għandhom ikunu armonizzati mal-formola użata għad-dikjarazzjoni ta' l-oġġetti ('il barra).

    (ċ) Eżami ta' l-oġġetti

    11. Prattika rakkomandata

    Fuq talba tad-dikjarant, u għal raġunijiet meqjusa validi mill-awtoritajiet doganali, dawn ta' l-aħħar għandhom, sakemm ikun possibbli, iħallu l-oġġetti li se jkunu esportati temporanjament għal ipproċessar estern jiġu eżaminati f'postijiet privati; id-dikjarant jista' jintalab iħallas l-ispejjeż li eżami bħal dan ikun jinvolvi.

    (d) Miżuri ta' identifikazzjoni

    12. Standard

    Il-kondizzjonijiet meħtieġa dwar l-identifikazzjoni ta' oġġetti li se jkunu esportati temporanjament għal ipproċessar estern iridu jkunu preskritti mill-awtoritajiet doganali, waqt li tingħata l-konsiderazzjoni mistħoqqa, bħala eżempju, lin-natura ta' l-oġġetti u l-operazzjoni li trid issir.

    Noti

    1. Għall-identifikazzjoni ta' oġġetti li se jkunu esportati temporarjament għal ipproċessar estern, l-awtoritajiet doganali jistgħu jwaħħlu marki doganali (siġilli, timbri, perforazzjonijiet, eċċ.), jew joqogħdu fuq marki, numri jew indikazzjonijiet oħra mwaħħla b'mod permanenti ma' l-oġġetti jew fuq id-deskrizzjoni ta' l-oġġetti, pjanti fuq skala jew ritratti, jew jittieħdu kampjuni.

    2. L-awtoritajiet doganali jistgħu wkoll iħallu l-identifikazzjoni ta' l-oġġetti tkun assigurata billi meta jkunu importati l-prodotti li jikkumpensaw, tkun preżentata dikjarazzjoni bil-miktub mill-importatur dwar l-identità ta' l-oġġetti li jkunu jinsabu f'dawk il-prodotti msaħħa, kif inhu xieraq, mid-dokumenti kummerċjali konnessi ma' l-operazzjoni imsemmija.

    13. Prattika rakkomandata

    Meta l-ebda miżura oħra ta' identifikazzjoni ma tkun possibbli, l-awtoritajiet doganali għandhom jużaw dokument ta' tagħrif li jkun jaqbel mal-mudell fl-Appendiċi I għal dan l-Anness sakemm l-ipproċessar jew manifattura ssir fit-territorju doganali ta' Parti Kontraenti li qablet li tieħu parti fl-użu ta' dokumenti ta' tagħrif skond il-prinċipji spjegati fl-Appendiċi I għal dan l-Anness.

    Tul iż-żmien ta' esportazzjoni temporanja

    14. Standard

    Meta awtoritajiet doganali jimponu limitu ta' żmien għal esportazzjoni għal ipproċessar estern, dan il-limitu ta' żmien irid ikun iffissat b'referenza għaż-żmien meħtieġ biex jintemmu x-xogħlijiet ta' ipproċessar, sal-perjodu massimu, jekk ikun hemm, stabbilit fil-leġislazzjoni nazzjonali.

    15. Prattika rakkomandata

    Fuq talba tal-persuna konċernata, u għal raġunijiet meqjusa validi mill-awtoritajiet doganali, dawn ta' l-aħħar għandhom itawlu l-perjodu ffissat fil-bidu.

    Importazzjoni ta' prodotti li jikkumpensaw

    16. Standard

    Il-leġislazzjoni nazzjonali trid tispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom il-prodotti li jikkumpensaw iridu jkunu preżentati fl-uffiċċju doganali kompetenti u dikjarazzjoni ta' l-oġġetti trid tkun iddepożitata.

    Nota

    1. Il-leġislazzjoni nazzjonali tista' tippreskrivi li d-dikjarazzjoni ta' l-oġġetti jrid ikollha il-partikolaritajiet meħtieġa biex tkun tista' tiġi approvata d-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni temporanja għal ipproċessar estern dwar l-oġġetti utilizzati.

    2. Il-leġislazzjoni nazzjonali tista' tipprovdi li l-prodotti miksuba barra mill-pajjiż minn trattament ta' oġġetti identiċi fid-deskrizzjoni, kwalità u karatteristiċi tekniċi għal dawk esportati temporanjament għal ipproċessar estern iridu jitqiesu bħala prodotti li jikkumpensaw għall-iskop ta' dan l-Anness (kumpens b'oġġetti ekwivalenti).

    17. Prattika rakkomandata

    Il-prodotti li jikkumpensaw għandhom jitħallew jiġu importati minn uffiċċju doganali kompetenti li ma jkunx dak li minnu l-oġġetti kienu esportati temporanjament għal ipproċessar estern.

    18. Standard

    Il-prodotti li jikkumpensaw għandhom jitħallew jiġu importati f'kunsinna waħda jew aktar.

    19. Prattika rakkomandata

    Fuq talba ta' l-importatur, u għal raġunijiet meqjusa validi mill-awtoritajiet doganali, dawn ta' l-aħħar iridu, sakemm ikun possibbli, iħallu prodotti li jikkumpensaw importati jiġu eżaminati f'postijiet privati; l-importatur jista' jintalab iħallas l-ispejjeż li eżami bħal dan ikun jinvolvi.

    20. Standard

    Fuq talba tal-persuna konċernata, l-awtoritajiet kompetenti jridu, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fil-leġislazzjoni nazzjonali, iħallu oġġetti esportati temporanjament għal ipproċessar estern li jkunu importati mill-ġdid b'eżenzjoni sħiħa minn dazji ta' importazzjoni u taxxi jekk ma setgħetx issirilhom il-manifattura, ipproċessar jew tiswija li għalihom kienu ntbagħtu barra mill-pajjiż u treġġgħu lura lill-esportatur fl-istess kondizzjoni.

    Din l-eżenzjoni ma tapplikax għal dazji ta' importazzjoni u taxxi li kienu reġgħu tħallsu lura jew inħafru b'konnessjoni ma' l-esportazzjoni temporanja ta' l-oġġetti għal ipproċessar estern.

    21. Standard

    Jekk il-leġislazzjoni nazzjonali ma tkunx titlob l-importazzjoni mill-ġdid ta' oġġetti esportati temporanjament għal ipproċessar estern, l-esportazzjoni temporanja għal ipproċessar estern għandha tkun tista' tintemm bid-dikjarazzjoni ta' l-oġġetti għal esportazzjoni definittiva sakemm ikunu osservati l-kondizzjonijiet u l-formalitajiet applikabbli f'każ bħal dan.

    Dazji ta' importazzjoni u taxxi li japplikaw għal prodotti li jikkumpensaw

    22. Standard

    Il-leġislazzjoni nazzjonali trid tispeċifika l-miżura ta' l-eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxxi mogħtija meta prodotti li jikkumpensaw jiddaħħlu għall-użu fil-pajjiż, u kif tkun ikkalkolata dik l-eżenzjoni.

    Nota

    1. Fil-każ ta' eżenzjoni parzjali, l-istima ta' dazji ta' importazzjoni u taxxi tista' tkun ibbażata fuq il-valur miżjud bl-ipproċessar ta' l-oġġetti barra mill-pajjiż. Hija tista' wkoll issir billi jitnaqqas mill-ammont tad-dazji ta' importazzjoni u taxxi applikabbli għall-prodotti li jikkumpensaw l-ammont ta' dazji ta' importazzjoni u taxxi li kieku jitħallas fuq l-oġġetti esportati temporanjament għal ipproċessar estern li kienu ntużaw biex jinkisbu l-prodotti li jikkumpensaw kieku dawn l-oġġetti kienu importati mill-pajjiż fejn kienu proċessati fil-kondizzjoni li fiha kienu esportati għal dak il-pajjiż. Ir-rati li bihom ikun ikkalkolat it-tnaqqis ikunu dawk fis-seħħ fiż-żmien li fih ikun stabbilit li l-prodotti li jikkumpensaw iddaħħlu għall-użu fil-pajjiż; madankollu, meta r-rati li jridu jiġu kkunsidrati taħt din ir-regola jkunu ogħla minn dawk applikabbli għall-prodotti li jikkumpensaw, it-tnaqqis jista' jkun ikkalkolat bir-rati applikabbli għal dawk il-prodotti.

    23. Standard

    L-eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxxi fuq prodotti li jikkumpensaw li hemm ipprovdut għaliha ma tapplikax għal dazji u taxxi li kienu reġgħu tħallsu lura jew inħafru b'konnessjoni ma' l-esportazzjoni temporanja ta' l-oġġetti għal ipproċessar estern.

    24. Prattika rakkomandata

    Meta oġġetti esportati temporanjament għal ipproċessar estern ikunu issewwew bla ħlas barra mill-pajjiż, huma għandhom ikunu importati mill-ġdid b'eżenzjoni sħiħa minn dazji ta' importazzjoni u taxxi taħt il-kondizzjonijiet preskritti fil-leġislazzjoni nazzjonali.

    25. Prattika rakkomandata

    L-eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxxi għandha tingħata jekk il-prodotti li jikkumpensaw ikunu tqiegħdu f'maħżen doganali jew żona ħielsa qabel ma jkunu ddikjarati għall-użu fil-pajjiż.

    26. Prattika rakkomandata

    L-eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxxi għandha tingħata jekk il-prodotti li jikkumpensaw kienu tqiegħdu taħt proċedura ta' dħul temporanju qabel ma ġew iddikjarati għal użu fil-pajjiż.

    27. Prattika rakkomandata

    L-eżenzjoni minn dazji ta' importazzjoni u taxxi trid tingħata jekk il-pussess tal-prodotti li jikkumpensaw ikun trasferit qabel ma huma jiddaħħlu għal użu fil-pajjiż, sakemm huma jiddaħħlu għal użu fil-pajjiż f'isem jew akkont tal-persuna li qiegħdet l-oġġetti taħt il-proċedura ta' esportazzjoni temporanja għal ipproċessar estern.

    Nota

    Jista' jintalab ħlas ta' ċerti taxxi interni minħabba t-trasferiment tal-pussess ta' l-oġġetti.

    Tagħrif dwar esportazzjoni temporanja għal ipproċessar estern

    28. Standard

    L-awtoritajiet doganali jridu jiżguraw li t-tagħrif kollu rilevanti dwar esportazzjoni temporanja għal ipproċessar estern tkun disponibbli malajr għal kull persuna interessata.

    --------------------------------------------------

    L-APPENDIĊI I

    DOKUMENT TA' IMPORTAZZJONI BIEX TITĦAFFEF L-ESPORTAZZJONI TEMPORANJA TA' OĠĠETTI LI TINTBAGĦAT MINN PAJJIŻ WIEĦED GĦAL MANIFATTURA, IPPROĊĊESSAR JEW TISWIJA F'PAJJIŻ IEĦOR

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-APPENDIĊI II

    PRINĊIPJI LI JIRREGOLAW L-UŻU TAD-DOKUMENT TA' TAGĦRIF

    (1) Id-dokument ta' tagħrif jista' jintuża meta ma jkunx possibbli li jiġu identifikati l-oġġetti meta jkunu importati mill-ġdid bil-mezzi ta' kontroll tas-soltu (siġilli, marki, kampjuni, eċċ.) jew li tiġi aċċettata dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-identità ta' l-oġġetti mill-persuna li tagħmel ir-riimportazzjoni.

    (2) L-esportatur għandu jiżgura li l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta' importazzjoni temporanja ikunu f'pożizzjoni li jistabbilixxu l-identità ta' l-oġġetti, bla ħsara għal kull kondizzjoni li dawn jistgħu jippreskrivu.

    (3) Meta dokument ta' tagħrif jkun ġie ċċertifikat mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta' esportazzjoni temporanja, l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta' importazzjoni temporanja għandhom jagħtu ċ-ċertifikazzjoni meħtieġa.

    (4) L-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta' importazzjoni temporanja għandhom jagħmlu ħilithom biex jimlew id-dokument ta' tagħrif kull meta jkunu mitluba li jagħmlu dan, ukoll jekk l-oġġetti msemmija ma jkunux importati taħt proċedura ta' dħul temporanju (eż. minħabba li ma jkunux suġġetti għall-ħlas ta' dazji ta' importazzjoni u taxxi).

    (5) L-amministrazzjonijiet doganali tal-pajjiżi konċernati jkunu ħielsa li jilħqu ftehim dwar tibdil fil-formola jew użu tad-dokument ta' tagħrif meta dan ikun meħtieġ biex ikopru każijiet fejn ikun hemm diffikultà eċċezzjonali biex ikunu identifikati l-oġġetti meta jiġu importati mill-ġdid.

    --------------------------------------------------

    Top