Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31975R2782

Ir-Regolament (KEE) Nru 2782/75 tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar il-produzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ bajd għat-tfaqqis u flieles tat-tjur ta’ l-irziezet

ĠU L 282, 1.11.1975, p. 100–103 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Imħassar b' 32007R1234

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1975/2782/oj

31975R2782



Official Journal L 282 , 01/11/1975 P. 0100 - 0103
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0232
Greek special edition: Chapter 03 Volume 14 P. 0090
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0232
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 9 P. 0170
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 9 P. 0170


Ir-Regolament (KEE) Nru 2782/75 Tal-Kunsill

tad-29 ta’ Ottubru 1975

dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ bajd għat-tfaqqis u flieles tat-tjur ta’ l-irziezet

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 [1] tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tat-tqegħid fis-suq ta’ bajd, u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 [2] tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tat-tjur, u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3],

Billi, sabiex jintlaħħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat fir-rigward tat-tjur, ir-Regolamenti (KEE) Nru 2771/75 u (KEE) Nru 2777/75 jipprovdu għal miżuri biex jiffaċilitaw l-adattament tal-provvista għad-domanda;

Billi dawn il-miżuri jinkludu b’mod partikolari dawk li huma maħsuba biex jiffaċilitaw l-introduzzjoni ta’ tbassir kemm għal perijodi qosra u wkoll fit-tul dwar it-tagħrif tar-riżorsi ta’ produzzjoni impjegati u wkoll l-istandardstas-suq li jistgħu jirrelataw għall-imballaġġ, it-trasport u l-immarkar;

Billi tagħrif eżatt tan-numru ta’ bajd inkubat, u tan-numru ta’ flieles imfaqqsa, kklassifikat skond l-ispeċi, il-kategorija u t-tip ta’ tjur, jagħmilha possibli li jsir tbassir dwar l-iżvilupp tas-suq fi prodotti tat-tjur; billi, għal dan l-iskop, għandhom isiru wkoll dispożizzjonijiet għall-ġbir ta’ statistiċi li jirrigwardaw merħliet ta’ għasafar ta’ skorta anzjana u skorta ġenituri;

Billi, sabiex isir it-tbassir tat-tendenzi tas-swieq bl-akbar eżatezza possibli u malajr kemm jista jkun, id-data li tirrelata għall-bajd li jkun tqiegħed fl-inkubatur, għall-flieles imfaqqsa u flieles imqiegħda fis-suq għandha tinġabar f’intervalli regolari;

Billi huwa wkoll neċessarju li jiġi identifikat bajd għat-tfaqqis ipprodott fil-Komunità, sabiex tkun tista’ ssir l-identifikazjoni tagħhom mill-bajd li huwa suġġett għar-Regolamenet tal-Kunsill (KEE) Nru 2772/75 [4] tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-istandardsgħat-tqegħid fis-suq tal-bajd; billi, għalhekk, din l-identifikazjoni għandha ssir fil-Komunità bl-immarkar individwali ta’ bajd għat-tfaqqis; billi, madankollu, huwa neċessarju li jkun ipprovdut illi, fl-Istati Membri li jawtorizzawha, din l-identifikazzjoni tista’ titwettaq skond dispożizzjonijiet speċjali ta’ l-ippakkjar; billi dik il-possibiltà aħħarija m’għandhiex, madankollu, tirriżulta fit-tqegħid fis-suq mingħajr marka speċjali ta’ distinzjoni tal-bajd li tneħħew mill-inkubatur;

Billi l-prezzijiet sluice gate u l-imposti huma differenti għal bajd għat-tfaqqis u għal bajd ieħor; billi, huwa neċessarju li tkun possibbli distinzjoni ċara bejn dawk il-prodotti billi l-bajd jiġi mmarkat għat-tfaqqis;

Billi l-istess ħaga tgħodd għal esportazzjonijiet, dovuti, b’mod partikolari għad-dispożizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet; billi, madankollu, għandu jittieħed kont, safejn possibbli, tad-dispożizzjonijiet li jistgħu jeżistu fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni f’pajjiżi terzi sabiex jiġi evitat disturb tal-kummerċ ma dawk il-pajjiżi;

Billi numru li jiddistingwi, mogħti lil kull stabbiliment u stampat fuq il-bajd għat-tfaqqis jew fuq l-ippakkjar li jkun fih il-bajd għat-tfaqqis jew il-flieles, jista’ jiffaċilita t-tqegħid fis-suq ta’ dawn il-prodotti u wkoll il-verifika ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament;

Billi, kemm fir-rigward tat-tqegħid fis-suq u l-kontroll, huwa essenzjali li tiġi iskritta fuq id-dokumenti li jakkumpanjaw informazzjoni li tirrelata b’mod partikolari kemm għan-natura tal-lott ta’ flieles jew bajd għat-tfaqqis u kemm għall-oriġini tagħhom; billi, għalhekk, ċerti dettalji għandhom jidhru fuq l-imballaġġ;

Billi l-istabbilimenti inkwistjoni għandhom jiġu assigurati li kull informazzjoni speċifika li tikkonċernahom jibbenefikaw mill-anonimità u mis-segretezza statistika;

Billi stabbilimenti li, minħabba l-importanza kummerċjali minima tagħhom, ma jkollhom ebda influwenza apprezzabbli fuq ir-riżultati ġenerali ta’ l-istatistiċi jew fuq żviluppi tas-suq għandhom jiġu eżentati mill-obbligu li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

1. "Bajd għat-tfaqqis" ifisser bajd tat-tjur li jaqa’ fis-subintestatura 04.05 AI a) tat-Tariffa Doganali Komuni maħsuba għall-produzjoni tal-flieles, ikklassifikati skond l-ispeċi, il-kategorija u t-tip u identifikati skond dan ir-Regolament.

2. "Flieles" ifissru tjur ħajjin li l-piż tagħhom ma jeċċedix il-185 gramma u li jidħlu fis-subintestarura 01.05 A tat-Tariffa Doganali Komuni, tal-kategoriji li ġejjin:

(a) Flieles ta’ utilità: flieles ta’ wieħed minn dawn it-tipi:

(i) flieles għall-ikel: flieles maħsuba biex jissemmnu u jinqatlu qabel ma jilħqu il-maturità sesswali,

(ii) flieles biex ibidu: flieles maħsuba biex jitkabbru bi skop ta’ produzzjoni tal-bajd għall-konsum,

(iii) flieles ta’ użu doppju: flieles maħsuba jew biex ibidu jew għall-ikel;

(b) Flieles minn ħażna ġenituri: flieles maħsuba għall-produzjoni ta’ flieles ta’ utilità;

(ċ) Flieles minn ħażna ta’ anzjani: flieles maħsuba għall-produzjoni ta’ flieles għat-trobbija.

3. "Stabbiliment" ifisser l-istabbiliment jew parti minn stabbiliment għal kull wieħed minn dawn is-setturi ta’ attività:

(a) stabbiliment għat-tkabbir tar-razza: stabbiliment, għall-produzzjoni ta’ bajd għat-tfaqqis maħsuba għall-produzzjoni ta’ ħażna anzjani, ħażna ġenituri jew flieles ta’ utilità;

(b) stabbiliment għat-trobbija: stabbiliment għall-produzjoni ta’ bajd għat-tfaqqis maħsuba għall-produzzjoni ta’ flieles ta’ utilità;

(ċ) fejn isir it-tfaqqis: stabbiliment biex jiġi inkubat il-bajd, għat-tfaqqis u għall-fornitura ta’ flieles.

4. "Il-Limiti ta’ produzzjoni" jfisser in-numru massimu ta’ bajd għat-tfaqqis li jista’ jitqiegħed simultanjament fl-inkubaturi esklużi l-postijiet fejn isir it-tfaqqis.

L-Artikolu 2

1. It-tqegħid fis-suq u t-trasport ta’ bajd għat-tfaqqis u ta’ flieles kif ukoll l-inkubazzjoni ta’ bajd għat-tfaqqis għandu jkun permissibli biss fit-territorju tal-Komunità għal skopijiet ta’ negozju jew kummerċjali jekk id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ikunu osservati.

2. Madankollu, trobbija ta’ razza u stabbilimenti oħrajn ta’ trobbija b’inqas minn 100 għasfur u postijiet għat-tfaqqis b’kapaċità ta’ inqas minn 1000 bajda għat-tfaqqis m’għandhomx ikunu obbligati josservaw dan ir-Regolament.

L-Artikolu 3

Kull stabbiliment għandu jkun irregistrat, fuq it-talba tiegħu, mill-aġenzija kompetenti maħtura mill-Istat Membru u għandu jirċievi numru ta’ distinzjoni.

In-numru ta’ distinzjoni jista’ jiġi rtirat mill-istabbilimenti li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 4

Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-lista ta’ stabbilimenti fit-territorju tiegħu u jispeċifika n-numru ta’ distinzjoni, l-isem u l-indirizz ta’ kull stabbiliment. Kull emendat għal dik il-lista għandha tiġi kkomunikata fil-bidu ta’ kull kwart lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 5

1. Bajd għat-tfaqqis għandu jkun immarkat individwalment. L-immarkar għandu jsir mill-istabbiliment tal-produzzjoni li għandu jistampa in-numru ta’ distinzjoni tiegħu fuq il-bajd għat-tfaqqis.

2. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li l-identifikazzjoni tal-bajd għat-tfaqqis permezz ta’ żigarella mwaħħla mall-pakk b’tali mod li ma tkunx tista’ tintuza aktar wara li tkun miftuħa; dik iż-żigarella għandu mill-anqas ikollha l-isem ta’ l-ispeċi ta’ tjur li minnhom ikunu oriġinaw il-bajd un-numru ta’ distinzjoni ta’ l-istabbiliment tal-produttur.

L-Istat Membru li jeżerċita dan il-poter għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni b’dan u għandu jikkomunika lilhom id-dispożizzjonijiet magħmula għal dak l-iskop.

Il-bajd għat-tfaqqis hekk identifikat jista’ jiġi ttrasportat, imqiegħed fis-suq jew imqiegħed fl-inkubatur biss f’dawk l-Istati Membri li jeżerċitaw dan il-poter.

3. Il-Bajd għat-tfaqqis għandu jiġi ttrasportat f’pakki li jkunu perfettament nodfa, li jkun fihom biss bajd għat-tfaqqis ta’ l-istess speċi, kategorija jew tip ta’ tjur, li joriġinaw minn stabbiliment wieħed u li jkollhom, għall-anqas, il-kliem: "eggs for hatching", "Bruteier", "oeufs à couver", "uova da cova", "broedeieren" jew "rugeaeg".

4. Sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjoni fis-seħħ f’ċerti pajjiżi terzi li jimpurtaw, bajd għat-tfaqqis maħsub għall-esportazzjoni u l-imballaġġ tiegħu jista’ jkollu dettalji ta’ xort’oħra minn dawk previsti f’dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx hemm il-probabbiltà li jitħawwdu ma dawn ta’ l-aħħar u ma’ dawk previsti f’dan ir-Regolament (KEE) Nru 2772/75 u fir-Regolamenti ta’ implimentazzjoni tiegħu.

L-Artikolu 6

Bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi jista’ jiġi impurtat biss jekk ikollu b’tipa ta’ mill-anqas tliet mm għoli, l-isem tal-pajjiż ta’ l-oriġini u l-kliem stampat "hatching", "Brutei", "à couver", "cova", "broedei" jew "rugeaeg". L-imballaġġ tagħhom għandu jkun fih biss bajd għat-tfaqqis ta’ l-istess speċi, kategorija u tip ta’ tjur mill-istess pajjiż ta’ oriġini u kunsinnatarju, u għandu jkollu mill-anqas id-dettalji li ġejjin:

(a) l-informazzjoni murija fuq il-bajd;

(b) l-ispeċi tat-tjur li minnhom ikunu orġinaw il-bajd;

(ċ) l-isem ta’ min iforni jew l-isem tan-negozju u l-indirizz.

L-Artikolu 7

Kull stabbiliment fejn isir it-tfaqqis għandu jżomm reġistru wieħed jew aktar fejn dawn id-dettalji għandhom jitniżżlu skond l-ispeċi, il-kategorija (anzjani, ġenituri jew ta’utilità) u t-tip (għall-ikel, għall-bajd jew għal skop doppju):

(a) id-data li fiha l-bajd ikun tqiegħed fl-inkubatur u n-numru ta’ bajd inkubati, in-numru ta’ distinzjoni ta’ l-istabbiliment li fih il-bajd għat-tfaqqis kien prodott u n-numru ta’ bajd mhux immarkat li jkun tneħħa mill-inkubatur;

(b) id-data tat-tfaqqis, in-numru ta’ flieles imfaqqsa u n-numru ta’ flieles maħsuba għal użu attwali.

L-Artikolu 8

Il-bajd għat-tfaqqis li ma jkunx immarkat qabel ma jitqiegħed fl-inkubatur u li jitneħħa mill-inkubatur għandhu jkun meqrud jew, jekk ikun imqiegħed fis-suq bħala bajd industrijali fis-sens ta’ l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2772/75, għandu jkollu marka ta’ distinzjoni li għandha tiġi speċifikata.

L-Artikolu 9

1. Kull stabbiliment ta’ fejn jitfaqqsu l-bajd għandu jikkomunika kull xahar lill-aġenzija kompetenti ta’ l-Istat Membru, skond l-ispeċi, il-kategorija u t-tip, in-numru ta’ bajd li jkun tqiegħed fl-inkubatur, in-numru ta’ flieles li jkunu faqqsu u n-numru ta’ flieles maħsuba għal użu attwali.

2. Data statistika dwar skorti ta’ għasafar ta’ ħażna anzjana u ħażna ġenituri għandha tintalab kif meħtieġ minn stabbilimenti oħrajn ta’ xort’oħra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, skond ir-regoli u l-kondizzjonijiet adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

L-Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom, malli d-data msemmija fl-Artikolu 9 tkun waslet u ġiet analiżżata, jikkomunikaw lill-Kummissjoni sommarju ta’ kull xahar ibbażat fuq data għax-xahar preċedenti.

B’żieda ma’ dan, is-sommarju sottomess mill-Istati Membri għandu juri n-numru ta’ flieles impurtati u esportati matul l-istess xhar, skond l-ispeċi, il-kategorija u t-tip ta’ tjur.

2. Il-Kummissjoni għandha tqabbel u tgħamel użu minn din l-informazzjoni mqassra. Għandha tinforma lill-Istati Membri biha.

L-Artikolu 11

1. Il-flieles għandhom jiġu ppakkjati skond l-ispeċi, it-tip u l-kategorija tat-tjur.

2. Il-kaxxi għandu jkun fihom biss flieles mill-istess stabbiliment tat-tfaqqis u għandhom juru mill-anqas in-numru li jiddistingwixxi il-post fejn ikun sar it-tfaqqis.

L-Artikolu 12

Flieles li joriġinaw minn pajjiżi terzi jistgħu ikunu impurtati biss jekk ikunu ġew miġbura skond l-Artikolu 11(1). Il-kaxxi għandu jkun fihom biss flieles mill-istess pajjiż ta’ oriġini u fornitur u għandu jkollhom mill-anqas dawn id-dettalji li ġejjin:

(a) l-isem tal-pajjiż ta’ l-oriġini;

(b) l-ispeċi tat-tjur li jappartienu għalih il-flieles;

(ċ) l-isem ta’ min iforni jew isem in-negozju u l-indirizz.

L-Artikolu 13

1. Kull dokument li jakkompanja l-kunsinja għandu jitħejja fir-rigward ta’ kull lott ta’ bajd għat-tfaqqis jew flieles mibgħuta u għandu jkollu mill-inqas id-dettalji li ġejjin:

(a) l-isem jew isem in-negozju u l-indirizz ta’ l-istabbiliment u n-numru tiegħu ta’ distinzjoni;

(b) in-numru ta’ bajd għat-tfaqqis jew flieles skond l-ispeċi, il-kategorija u t-tip ta’ tjur;

(ċ) id-data tal-kunsinna;

(d) l-isem sħiħ u l-indirizz tad-destinatarju.

2. Fir-rigward ta’ bajd għat-tfaqqis u ta’ flieles impurtati minn pajjiżi terzi, in-numru li jiddistingwixxi lill-istabbiliment għandu jiġi sostitwit bl-isem tal-pajjiż ta’ l-oriġini.

L-Artikolu 14

Id-dettalji meħtieġa skond dan ir-Regolament għandhom jinkitbu b’mod li jingħaraf.

Dawn id-dettalji u d-dokumenti li jakkompanjaw il-kunsinna għandhom jinkitbu b’mill-anqas lingwa Komunitarja waħda.

L-Artikolu 15

Sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ f’ċerti pajjiżi terzi ta’ l-importatur, pakketti għall-esportazzjoni għandu jkollhom dettalji ta’ xort’oħra minn dawk previsti f’dan ir-Regolament, taħt il-kondizzjoni li ma jkunux x’aktarx imħawwda ma’ dawn ta’ l-aħħar.

L-Artikolu 16

L-aġenziji maħtura minn kull Stat Membru għandhom jikkontrollaw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ikunu osservati. Il-lista ta’ dawn l-aġenziji għandha tiġi kkomunikata lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Kull emenda għal din il-lista għandha tintbagħat lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 17

Regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 jew fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75 kif approprjat.

L-Artikolu 18

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jassiguraw l-anonimità u l-karattru kunfidenzjali ta’ informazzjoni fornita skond l-Artikolu 9.

2. Id-data iskritta fir-reġistri tista’ tintuża biss mill-awtoritajiet responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 19

1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1349/72 [5] tas-27 ta’ Ġunju 1972 dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ bajd għat-tfaqqis u ta’ flieles ta’ tjur ta’ l-irziezet, kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 225/73 [6] huwa hawnhekk imħassar.

2. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar bil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

L-Artikolu 20

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1975.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta’ Ottubru 1975.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Marcora

[1] ĠU L 282, ta’ 1.1.1975, p. 49.

[2] ĠU L 282, ta’ 1.1.1975, p. 77.

[3] ĠU C 128, tad-9.6.1975, p. 39.

[4] ĠU L 282, ta’ 1.1.1975, p. 56.

[5] ĠU L 148, tat-30.6.1972, p. 7.

[6] ĠU L 27, ta’ l-1.2.1973, p. 16.

--------------------------------------------------

Top