Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31974R1985

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1985/74 tal-Kummissjoni tal-25 ta' Lulju 1974 li jipprovdi għal regoli dettaljati għall-iffissar ta' prezzijiet ta' riferenza u prezzijiet free to frontier għal karpjun

    ĠU L 207, 29.7.1974, p. 30–31 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/1995

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1974/1985/oj

    31974R1985



    Official Journal L 207 , 29/07/1974 P. 0030 - 0031
    Finnish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0007
    Greek special edition: Chapter 04 Volume 1 P. 0035
    Swedish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0007
    Spanish special edition: Chapter 04 Volume 1 P. 0011
    Portuguese special edition Chapter 04 Volume 1 P. 0011


    Ir-Regolament (KEE) Nru 1985/74 tal-Kummissjoni

    tal-25 ta' Lulju 1974

    li jipprovdi għal regoli dettaljati għall-iffissar ta' prezzijiet ta' riferenza u prezzijiet "free to frontier" għal karpjun

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea;

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2142/70 [1] tal-20 ta' Ottubru 1970 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq dwar prodotti tal-ħut, kif l-aħħar emendat b' Regolament (KEE) Nru 1555/74 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 18a (5) tiegħu;

    Billi l-Artikolu 18a (1) tar-Regolament (KEE) Nru 2142/70 jipprovdi li prezzijiet ta' riferenza għal karpjun jistgħu jiġu ffissati qabel il-bidu ta' kull sena; billi dawn il-prezzijiet jistgħu jiġu ffissati f'livelli differenti għal perjodi li għandhom jiġu speċifikati kull sena skond it-tlugħ u l-inżul ta' l-istaġun fil-prezzijiet;

    Billi l-Artikolu 18a (2) jipprovdi li prezzijiet ta' riferenza għandhom jiġu ffissati fuq il-bażi tal-medja tal-prezzijiet tal-produzzjoni irrekordjati f'żoni tal-produzzjoni tal-Komunità rappreżentattivi, tul it-tlett snin qabel id-data meta l-prezz ta' riferenza hu ffissat, għal prodott definit mill-karatteristiċi kummerċjali tiegħu; billi l-kliem "karpjun", "żona ta' produzzjoni rappreżenttativa" u "prezz tal-produzzjoni" għandhom jitfissru għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament;

    Billi karpjun ħaj biss li jiżen mhux inqas minn 800 gramm huma ta' sinnifikat kummerċjali; billi l-Artikolu 18a kif ingħad hawn fuq għandu għalhekk ikun limitat għal tali prodotti;

    Billi t-trobbija tal-karpjun fil-Komunità hu mifrux ħafna; billi minħabba f'hekk żona li tirrappreżenta 15 % tal-produzzjoni tal-Komunità għandha titqies bħala żona tal-produzzjoni rappreżentattiva;

    Billi prezzijiet tal-produzzjoni f'żoni tal-produzzjoni rappreżentattivi huma differenti f'kull sena tas-suq; billi mis-16 ta' Novembru dawn il-prezzijiet għandhom tendenza li jaqgħu, u billi s-sena tas-suq għandha għalhekk tinqasam skond il-każ;

    Billi l-paragrafu 3 ta' dak li ssemma qabel jipprovdi għall-fissazzjoni ta' taxxa ta' kumpens jekk il-prezz free to frontier ta' kwantita kummerċjali normali ta' karpjun li ġej minn post speċifikat hu inqas mill-prezz ta' riferenza; billi kwantità ta' għall-inqas 1000 kg ta' karpjun jista'jiġi kkunsidrat kwantità kummerċjali normali;

    Billi, sabiex prezzijiet li huma free to frontier jistgħu jiġu stabbiliti bl-aktar mod preċiż possibbli, l-informazzjoni li għandha tittieħed f'konsiderazzjoni għandha tiġi speċifikata; billi dan ifisser, apparti l-prezzijiet mogħtija fid-dokumenti tad-dwana u tal-kummerċ, kull informazzjoni li tikkonċerna l-prezzijiet applikati minn pajjiżi terzi;

    Billi l-miżuri li hemm provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-Opinjoni tal-Kumitat għat-Tmexxija tal-Prodotti tas-Sajd,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Dan ir-Regolament għandu japplika għal karpjun ħaj li jiżen mhux anqas minn 800 gramma.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull sena qabel l-1 ta' Ġunju dwar il-medja tal-prezzijiet tal-produzzjoni ta' kull xahar irrekordjati fiż-żoni tal-produzzjoni rappreżentattivi u dwar il-kwantitajiet ta' karpjun fis-suq. Dawn in-notifiki għandhom ikunu dwar it-tliet snin li jippreċedu d-data meta l-prezzijiet ta' riferenza huma ffisati.

    "Prezz tal-produzzjoni" ifisser il-prezz li bih il-produttur ibiegħ l-oġġetti lill-grossista.

    2. Iż-żoni tal-produzzjoni rappreżentattivi għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    il-Ġermanja: | Oberpfalz |

    iż-żona kollha Oberfranken/Mittelfranken |

    Franza: | Dombes |

    iż-żona kollha Brenne/Sologne |

    Artikolu 3

    Prezz ta' riferenza għandu jiġi ffissat għal karpjun:

    - għall-perjodu 1 ta' Awissu sal-15 ta' Novembru,

    - għall-perjodu mis-16 ta' Novembru ta' sena waħda sal-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara.

    Artikolu 4

    1. Prezzijiet b'xejn mal-fruntiera għandhom jiġu stabbiliti għal kull post ta' oriġni fuq il-bażi ta' l-informazzjoni kollha disponibbli u b' mod partikolari tan-notifikazzjonijiet minn Stati Membri. Dawn ta' l-aħħar għandhom għal dan il-għan jużaw primarjament l-informazzjoni li tinsab fid-dokumenti tad-dwana li jakkompanjaw prodotti importati u f'fatturi u dokumenti oħra tal-kummerċ. Għandhom kuljum jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-prezzijiet irrekordjati għal kull kwantità kummerċjali normali u għal kull post ta' l-oriġni meta l-oġġetti jaqsmu l-fruntiera tal-Komunità.

    2. Meta qed jiġu stabbiliti prezzijiet free to frontier għandha tkun konsidrata ukoll kull informazzjoni oħra li tikkonċerna prezzijiet applikati minn pajjiżi terzi, u b'mod partikolari dawn li ġejjin:

    (a) prezzijiet ta' esportazzjoni ta' pajjiżi terzi,

    (b) prezzijiet irrekordjati ma' l-importazzjoni fil-Komunità,

    (ċ) prezzijiet fuq is-swieq ta' pajjiżi terzi li jesportaw.

    3. L-għejun li ġejjien għandhom jintużaw fit-tiftix għall-informazzjoni:

    (a) informazzjoni uffiċċjali ppublikata mill-awtoritajet kompetenti ta' pajjiżi terzi li jesportaw,

    (b) informazzjoni ppublikata mill-istampa tal-kummerċ speċjaliżżat fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi,

    (ċ) informazzjoni mogħtija minn organizzazzjonijiet professjonali u tal-kummerċ u minn rappreżentanti tal-produtturi u tal-kummerċjanti fl-Istati Membri u f' pajjiżi terzi.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Lulju 1974.

    Għall-Kummissjoni

    François-Xavier Ortoli

    Il-President

    [1] ĠU L 236, tas-27.10.1970, p. 5.

    [2] ĠU L 167, tat-22.6.1974, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top