Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31974R0468

    Regolament (KEE) Nru 468/74 tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 1974 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1767/68 dwar is-sistema ta’ prezzijiet minimi għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi ta’ basal tal-qasab tal-fjuri, basal u tuberi

    ĠU L 56, 27.2.1974, p. 15–15 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/11/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1974/468/oj

    31974R0468



    Official Journal L 056 , 27/02/1974 P. 0015 - 0015
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0202
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 10 P. 0148
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0202
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 7 P. 0163
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 7 P. 0163


    Ir-Regolament (KEE) Nru 468/74 Tal-Kummissjoni

    tas-26 ta’ Frar 1974

    li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1767/68 dwar is-sistema ta’ prezzijiet minimi għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi ta’ basal tal-qasab tal-fjuri, basal u tuberi

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat t-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/68 [1] tas-27 ta’ Frar 1968 dwar it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq fis-siġar ħajjin u pjanti oħra, basal, għeruq u bħal dawn, il-fjuri maqtugħa u l-ħaxix ornamentali, u partikolarment Artikolu 7(2) miġjub fih,

    Billi Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1767/68 [2] tas-6 ta’ Novembru 1968 dwar is-sistema ta’ prezzijiet minimi għal esportazzjoni lejn pajjiżi terzi ta’ basal tal-qasab tal-fjuri, basal u tuberi, kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 688/72 [3], jipprovdi li l-prezzijiet minimi ta’ esportazzjoni għandhom jiġu ffissati kull sena mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar, bl-eċċezzjoni ta’ dawk ta’ begonji, sinninġji, gladjoli, dalji u l-ispeċje tal-liljum li jridu jiġu ffissati mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu; billi, taħt paragrafu 3 ta’ dak l-Artikoli kull Stat Membru jinħtieġ li jikkomunika, qabel l-1 ta’ Marzu kull sena, rigward begonji, sinninġji, gladjoli, dalji u l-ispeċje tal-liljum u qabel l-1 ta’ Jannar rigward prodotti oħra koperti mis-sistema ta’ prezz minimu ta’ esportazzjoni; kull tagħrif meħtieġ sabiex issir stima fuq xejriet ta’ prezzijiet fuq swieq internazzjonali u għall-livell li fih għandhom jiġu ffissati l-prezzijiet minimi;

    Billi matul dawn l-aħħar ftit snin, bidliet fil-metodi li bihom jitkabbru basal tal-liljum ressqu ’l quddiem l-istaġuni tal-ħsad u tal-bejgħ fis-suq; billi huwa fl-interess tal-produtturi, tal-kummerċ u ta’ xerrejja li d-data għall-iffissar ta’ prezzijiet minimi ta’ esportazzjoni għandhom jitressqu ’l quddiem; billi il-31 ta’ Jannar ikun jidher bħala data xierqa għal dan il-għan;

    Billi l-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-parir tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tas-Siġar Ħajjin u Pjanti Oħra, Basal u Għeruq Oħra u oħrajn simili, u l-Fjuri Maqtugħa u l-Ħaxix ta’ l-Ornament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. F’Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1767/68, il-kliem "u l-ispeċje tal-liljum" għandhom jitħassru.

    2. F’paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu, il-kliem "u l-ispeċje tal-liljum" huma mħassra.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Kominitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Frar 1974.

    Għall-Kummissjoni

    François-Xavier Ortoli

    Il-President

    [1] ĠU L 55, tat-2.3.1968, p. 1.

    [2] ĠU L 271, tas-7.11.1968, p. 7.

    [3] ĠU L 82, tas-6.4.1972, p. 12.

    --------------------------------------------------

    Top