Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31973R1546

    Ir-Regolament (KEFA, KEE, EURATOM) Nru 1546/73 tal-Kunsill ta' l-4 ta' Ġunju 1973 li jemenda r-Regolament Nru No 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom li jistabilixxi l-emolumenti tal-President u tal-Membri tal-Kummissjoni u tal-President, l-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja

    ĠU L 155, 11.6.1973, p. 8–9 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0300

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1973/1546/oj

    31973R1546



    Official Journal L 155 , 11/06/1973 P. 0008 - 0009
    Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0106
    Greek special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0198
    Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0106
    Spanish special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0219
    Portuguese special edition Chapter 01 Volume 1 P. 0219


    Ir-Regolament (KEFA, KEE, EURATOM) Nru 1546/73 tal-Kunsill

    ta' l-4 ta' Ġunju 1973

    li jemenda r-Regolament Nru No 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom li jistabilixxi l-emolumenti tal-President u tal-Membri tal-Kummissjoni u tal-President, l-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Filwaqt li kkunsidra t-Trattat [1] li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej, u b' mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu;

    Billi huwa opportun li jiġu emendati xi dispożizzjonijiet tar-Regolament li jistabilixxi l-emolumenti tal-Membri tal-Kummissjoni u tal-Qorti, bl-għan partikolari, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-aġġustamenti li saru għas-salarji ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet, li tiġi aċċertata ż-żamma ta' differenza bejn is-salarji tal-Membri tal-Kummissjoni u l-Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja, min-naħa waħda, u dawk ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, min-naħa l-oħra;

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom [2] tal-Kunsill, tal-25 ta' Lulju 1967, li jistabbilixxi l-emolumenti tal-President u tal-Membri tal-Kummissjoni u tal-President, l-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE, KEFA) Nru 2690/72 [3], għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a) B' effett mill-1 ta' Lulju 1972, il-kliem ta' l-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    "Artikolu 2

    1. Is-salarju bażiku fix-xahar tal-Membri tal-Kummissjoni għandu jkun daqs l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-perċentwali li ġejjin għas-salarju bażiku ta' uffiċjal tal-Komunitajiet Ewropej fl-aħħar tarġa tal-Grad A 1:

    President | 138 % |

    Viċi-President | 125 % |

    Membri oħrajn | 112.5 % |

    2. Is-salarju bażiku fix-xahar tal-Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkun daqs l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-perċentwali li ġejjin għas-salarju bażiku ta' uffiċjal tal-Komunitajiet Ewropej fl-aħħar tarġa tal-Grad A 1:

    President | 138 % |

    Imħallef jew Avukat-Ġenerali | 112.5 % |

    Reġistratur | 101 %" |

    (b) B' effett mill-1 ta' Lulju 1972, il-kliem ta' l-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    "Artikolu 3

    Membri tal-Kummissjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom ikunu intitolati għal allowances tal-familja iffissati b' analoġija mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 67 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikoli 1 sa 3 ta' l-Anness VII ta' dawk ir-Regolamenti."

    (ċ) B' effett mill-1 ta' Lulju 1972, il-kliem ta' l-Artikolu 4(2) u (3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    "2. Membri tal-Kummissjoni għandhom jirċievu entertainment allowance fix-xahar li tammonta għal:

    President | Bfrs 29745 |

    Viċi-President | Bfrs 19115 |

    Membri oħrajn | Bfrs 12745 |

    3. Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom jirċievu entertainment allowance fix-xahar li tammonta għal:

    President | Bfrs 29745 |

    Imħallef/Avukat-Ġenerali | Bfrs 12745 |

    Reġistratur | Bfrs 11620 |

    L-Imħallfin li jippresjedu l-Awli tal-Qorti għandhom minbarra dan jirċievu matul iż-żmien tal-kariga tagħhom allowance speċjali tal-kariga ta' Bfrs 17000 fix-xahar."

    (d) B' effett mill-1 ta' Lulju 1972, għandu jiżdied paragrafu 4 kif ġej ma' l-Artikolu 4:

    "4. L- allowances imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiżdiedu kull sena mill-Kunsill filwaqt li jaġixxi b' maġġoranza kwalifikata, u b' qies għaż-żieda fl-għoli tal-ħajja."

    (e) B' effett mill-1 ta' Lulju 1972 l-Artikolu 4(a) kif ġej għandu jiġi inserit wara l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 422/67/KEE, No 5/67/Euratom:

    "Artikolu 4a

    Is-salarji bażiċi msemmija fl-Artikolu 2, l-allowances tal-familja msemmija fl-Artikolu 3, u l-allowances imsemmija fl-Artikolu 4(1), għandhom ikunu suġġetti għall-koeffiċjent stabbilit mill-Kunsill skond l-Artikoli 64 u 65 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej rigward l-uffijċali impjegati fil-Belġju."

    Artikolu 2

    L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom għandu jiġi emendat kif ġej b' effett mill-1 ta' Jannar 1973:

    (a) Il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    "1. Għal tliet snin mill-ewwel jum tax-xahar wara dak fejn ma jibqax fil-kariga, persuna li kienet membru tal-Kummissjoni jew tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirċievi allowance transitorja fix-xahar iddeterminata skond il-proċedura li ġejja:

    - 40 % tas-salarju bażiku li kien qed jirċievi meta waqaf mill-kariga jekk il-perjodu tas-servizz tiegħu huwa inqas minn sentejn;

    - 45 % ta' l-istess salarju jekk dak il-perjodu huwa aktar minn sentejn iżda inqas minn tliet snin;

    - 50 % ta' l-istess salarju jekk dak il-perjodu huwa aktar minn tliet snin u inqas minn ħames snin;

    - 55 % ta' l-istess salarju jekk dak il-perjodu huwa aktar minn ħames snin u inqas minn għaxar snin;

    - 60 % ta' l-istess salarju jekk dak il-perjodu huwa aktar minn għaxar snin u inqas minn ħmistax-il sena;

    - 65 % ta' l-istess salarju f'każijiet oħrajn."

    (b) Wara l-paragrafu 4 għandu jiżdied paragrafu 5 ġdid, b' dan il-kliem:

    "5. Matul il-perjodu kollu ta' tliet snin imsemmi fil-paragrafu 1, il-persuna li kienet membru tal-Kummissjoni jew tal-Qorti għandha tkun intitolata għall-allowances tal-familja previsti fl-Artikolu 3."

    Artikolu 3

    Ir-rata ta' 60 % imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom għandha tiġi sostitwita bir-rata ta' 70 %, b' effett mill-1 ta' Jannar 1973.

    Artikolu 4

    Il-pensjonijiet u l-allowances akkwistati skond jew l-Artikolu 7, 8, 9, 10, 15 u 20 tar-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom, jew id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ottubru 1958, li tistabbilixxi r-regoli li jirregolaw l-emolumenti tal-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, emendata bid-Deċiżjoni tad-29 ta' Ottubru 1969, għandhom jiġu riveduti a bażi tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 1, 2 u 3 u b' effett mid-data stabbilita minn dawk id-dispożizzjonijiet.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fl-4 ta' Ġunju 1973.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. Van Elslande

    [1] ĠU C 152, tat-13.7.1967, p. 2/67.

    [2] ĠU C 187, tat-8.8.1967, p. 1/67.

    [3] ĠU L 286, tat-23.12.1972, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top