Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31971D0142

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Marzu 1971 dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-banek ċentrali ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea

    ĠU L 73, 27.3.1971, p. 14–14 (DE, FR, IT, NL)
    Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1971(I) P. 176 - 176

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1971/142/oj

    31971D0142



    Official Journal L 073 , 27/03/1971 P. 0014 - 0014
    Finnish special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0006
    Danish special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0158
    Swedish special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0006
    English special edition: Series I Chapter 1971(I) P. 0176
    Greek special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0038
    Spanish special edition: Chapter 10 Volume 1 P. 0038
    Portuguese special edition Chapter 10 Volume 1 P. 0038


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-22 ta' Marzu 1971

    dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-banek ċentrali ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea

    (71/142/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 105(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra il- finali tal-Konferenza tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern li saret fl-Aja fil-1 u fit-2 ta' Diċembru 1969, u partikolarment il-punt 8 tagħha;

    Wara li kkunsidra r- Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappresentattivi tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tat-22 ta' Marzu 1971 [1] rigward il-fażi tal-istabbeliment ta' l-Unjoni Ekonomika Monetarja fil-Komunità, u partikolarment il-punt III (5) tagħha;

    Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Billi r-Reżoluzzjoni msemmija hawn fuq tipprovdi li l-kooperazjoni bejn il-banek ċentrali għandha tkun imsaħħa;

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-istrateġija monetarja tagħhom u fir-rigward tal-linji ta' gwida rigward l-istrateġija ekonomika ġenerali stabbilita mill-Kunsill.

    Artikolu 2

    F'dan il-qafas, il-banek ċentrali għandhom ikunu mistiedna, fil-limiti tal-poteri tagħhom u tar-reponsabbiltajiet ripsettivi tagħhom:

    (a) li jikkoordinaw l-istrateġiji monetarji tagħhom u l-materji ta' kreditu, fi ħdan il-Kumitat ta' Gvernaturi ta' Banek Ċentrali;

    (b) li jistabilixu linji ta' gwida ġenerali li għandhom ikunu segwiti minn kull wieħed minnhom, partikolarment fir- rigward tat-tendenza tal-likwidità tal-banek, it-termini għall-forniment tal-kreditu u l-livell tar-rati ta' l-imgħax;

    (ċ) li jistabbilixxu metodi prattiċi għall-applikazzjoni ta' din il-proċedura.

    Artikolu 3

    Din id-Deċisjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Marzu 1971.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Cointat

    [1] ĠU L 28, tas-27.3.1971, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top