Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22023D0284

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2020 tas-7 ta’ Frar 2020 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/284]

    ĠU L 49, 16.2.2023, p. 16–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/284/oj

    16.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 49/16


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 6/2020

    tas-7 ta’ Frar 2020

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/284]

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2074 tat-23 ta’ Settembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dwar kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti li joriġinaw mill-Unjoni, u li jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu f’pajjiż terz (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2090 tad-19 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward każijiet ta’ nonkonformità suspettata jew stabbilita mar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-użu jew għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi awtorizzati fi prodotti mediċinali veterinarji jew bħala addittivi tal-għalf jew mar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-użu jew għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (3)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-każijiet meta l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti jistgħu jitwettqu f’punti ta’ kontroll u l-verifiki dokumentarji jistgħu jitwettqu ’l bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li bihom isiru dawn il-verifiki (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (4)

    Ir-Regolament Delegat Tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-kontrolli uffiċjali ta’ kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti fit-tranżitu, fit-trasbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 28/2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (5)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2126 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli għal kontrolli uffiċjali speċifiċi għal ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, miżuri li għandhom jittieħdu wara t-twettiq ta’ tali kontrolli, u ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (6)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2127 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE, 97/78/KE u 2000/29/KE (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (7)

    Ir-Regolament (UE) Nru 2019/2124 iħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2000/208/KE (7) u 2000/571/KE (8) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/215, li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandhom jiġu mħassra mill-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (8)

    Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2126 iħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/641/KE (9), li tinsab inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (9)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni li fiha dispożizzjonijiet dwar is-saħħa tal-pjanti. Il-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa tal-pjanti taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim dwar iż-ŻEE u għalhekk id-dispożizzjonijiet dwar is-saħħa tal-pjanti ma għandhomx japplikaw għall-Istati tal-EFTA.

    (10)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna leġiżlazzjoni li fiha dispożizzjonijiet dwar annimali ħajjin, minbarra ħut u annimali tal-akkwakultura. Id-dispożizzjonijiet dwar l-annimali ħajjin, għajr il-ħut u l-annimali tal-akkwakultura, ma għandhomx japplikaw għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    (11)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

    (12)

    Jenħtieġ għalhekk, li l-Annessi I u II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 11b (ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I u fil-punt 31q (ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II:

    “—

    32019 R 2127: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2127 tal-10 ta’ Ottubru 2019 (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 111).”

    2.

    Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 11bs (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2130) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I:

    “11bt.

    32019 R 2074: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2074 tat-23 ta’ Settembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dwar kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti li joriġinaw mill-Unjoni, u li jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu f’pajjiż terz (ĠU L 316, 6.12.2019, p. 6).

    11bu.

    32019 R 2090: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2090 tad-19 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward każijiet ta’ nonkonformità suspettata jew stabbilita mar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-użu jew għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi awtorizzati fi prodotti mediċinali veterinarji jew bħala addittivi tal-għalf jew mar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-użu jew għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 28).

    11bv.

    32019 R 2123: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-każijiet meta l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti jistgħu jitwettqu f’punti ta’ kontroll u l-verifiki tad-dokumenti jistgħu jitwettqu ’l bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li bihom isiru dawn il-verifiki (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 64).

    11bw.

    32019 R 2124: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-kontrolli uffiċjali ta’ kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti fit-tranżitu, fit-trażbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 28/2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 73).

    11bx.

    32019 R 2126: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2126 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli għal kontrolli uffiċjali speċifiċi għal ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, miżuri li għandhom jittieħdu wara t-twettiq ta’ tali kontrolli, u ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 104).”

    3.

    L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 86 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008) fil-Parti 4.2 u l-punt 9c (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011) fil-Parti 7.1 tal-Kapitolu I:

    “—

    32019 R 2124: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 tal-10 ta’ Ottubru 2019 (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 73).”

    4.

    Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 31qs (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2130) tal-Kapitolu II:

    “31qt.

    32019 R 2074: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2074 tat-23 ta’ Settembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dwar kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti li joriġinaw mill-Unjoni, u li jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu f’pajjiż terz (ĠU L 316, 6.12.2019, p. 6).

    31qu.

    32019 R 2090: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2090 tad-19 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward każijiet ta’ nonkonformità suspettata jew stabbilita mar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-użu jew għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi awtorizzati fi prodotti mediċinali veterinarji jew bħala addittivi tal-għalf jew mar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-użu jew għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 28).

    31qv.

    32019 R 2123: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-każijiet meta l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti jistgħu jitwettqu f’punti ta’ kontroll u l-verifiki tad-dokumenti jistgħu jitwettqu ’l bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li bihom isiru dawn il-verifiki (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 64).

    31qw.

    32019 R 2124: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-kontrolli uffiċjali ta’ kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti fit-tranżitu, fit-trażbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 28/2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 73).

    31qx.

    32019 R 2126: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2126 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli għal kontrolli uffiċjali speċifiċi għal ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, miżuri li għandhom jittieħdu wara t-twettiq ta’ tali kontrolli, u ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, ĠU L 321, 12.12.2019, p. 104).”

    5.

    It-test tal-punt 29 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/641/KE), tal-punt 88 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/208/KE), tal-punt 106 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/571/KE), u tal-punt 148 (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/215/UE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I għandu jitħassar.

    Artikolu 2

    Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 164s (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2130) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

    “164t.

    32019 R 2074: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2074 tat-23 ta’ Settembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dwar kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti li joriġinaw mill-Unjoni, u li jirritornaw lejha wara li ma jitħallewx jidħlu f’pajjiż terz (ĠU L 316, 6.12.2019, p. 6).

    164u.

    32019 R 2090: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2090 tad-19 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward każijiet ta’ nonkonformità suspettata jew stabbilita mar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-użu jew għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi awtorizzati fi prodotti mediċinali veterinarji jew bħala addittivi tal-għalf jew mar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-użu jew għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 28).

    164v.

    32019 R 2123: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-każijiet meta l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti jistgħu jitwettqu f’punti ta’ kontroll u l-verifiki tad-dokumenti jistgħu jitwettqu ’l bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li bihom isiru dawn il-verifiki (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 64).

    164w.

    32019 R 2124: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-kontrolli uffiċjali ta’ kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti fit-tranżitu, fit-trażbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 28/2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 73).

    164x.

    32019 R 2126: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2126 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli għal kontrolli uffiċjali speċifiċi għal ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, miżuri li għandhom jittieħdu wara t-twettiq ta’ tali kontrolli, u ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 104).”

    Artikolu 3

    It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2019/2074, (UE) 2019/2090, (UE) 2019/2123, (UE) 2019/2124, (UE) 2019/2126 u (UE) 2019/2127 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Frar 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 210/2019 tas-27 ta’ Settembru 2019 (10), skont liema data tkun l-iżjed tard.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2020.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Clara GANSLANDT


    (1)  ĠU L 316, 6.12.2019, p. 6.

    (2)  ĠU L 317, 9.12.2019, p. 28.

    (3)  ĠU L 321, 12.12.2019, p. 64.

    (4)  ĠU L 321, 12.12.2019, p. 73.

    (5)  ĠU L 321, 12.12.2019, p. 104.

    (6)  ĠU L 321, 12.12.2019, p. 111.

    (7)  ĠU L 64, 11.3.2000, p. 20.

    (8)  ĠU L 240, 23.9.2000, p. 14.

    (9)  ĠU L 248, 23.9.1994, p. 26.

    (*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

    (10)  ĠU L 4, 5.1.2023, p. 11.


    Top