Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22022D0122

    Deċiżjoni Nru 2/2021 tal-Kumitat Konġunt dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tat-8 Diċembru 2021 li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2022/122]

    C/2021/8849

    ĠU L 19, 28.1.2022, p. 84–107 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/122/oj

    28.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 19/84


    DEĊIŻJONI Nru 2/2021 TAL-KUMITAT KONĠUNT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA STABBILIT PERMEZZ TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU

    tat-8 Diċembru 2021

    li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru [2022/122]

    IL-KUMITAT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-IŻVIZZERA,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim, mill-1 ta’ Frar 2022.

    Artikolu 2

    1.   L-emendi għal kwalunkwe att imsemmi fl-Anness tal-Ftehim, adottati mill-Unjoni Ewropea fid-dawl tal-pandemija tal-COVID 19 wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u limitati għall-emendar tad-dħul fis-seħħ jew id-data tal-applikazzjoni tal-att jew l-applikazzjoni sħiħa jew parzjali tiegħu, jew limitati għat-tħassir sħiħ jew parzjali tiegħu, għandhom jiġu kkomunikati lill-Konfederazzjoni Żvizzera f’konformità mal-Artikolu 23(3) tal-Ftehim u għandhom jitqiesu inklużi fl-Anness tal-Ftehim hekk kif jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mingħajr il-ħtieġa ta’ deċiżjoni ulterjuri mill-Kumitat Konġunt biex jirrevedi l-Anness. L-informazzjoni li jkun fiha referenza sħiħa għall-emendi rilevanti, wara l-adozzjoni tagħhom, flimkien ma’ referenza għal din id-deċiżjoni, għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Liġi Federali Żvizzera. L-emendi għandhom japplikaw fl-Iżvizzera mill-istess data li japplikaw fl-Unjoni Ewropea.

    2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-atti adottati sal-31 ta’ Diċembru 2022.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2021.

    Għall-Kumitat Konġunt

    Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

    Filip CORNELIS

    Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera

    Christian HEGNER


    ANNESS

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

    Bis-saħħa tat-Trattat ta’ Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tissostitwixxi u tissuċċedi l-Komunità Ewropea;

    Kull fejn l-atti speċifikati f’dan l-Anness fihom referenzi għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, kif sostitwita bl-Unjoni Ewropea, jew rekwiżit għal rabta ma’ din tal-aħħar, ir-referenzi għandhom, għall-fini tal-Ftehim, jinftiehmu li japplikaw b’mod ugwali għall-Iżvizzera jew għar-rekwiżit ta’ rabta mal-Iżvizzera;

    Ir-referenzi għar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 u Nru 2408/92 li saru fl-Artikoli 4, 15, 18, 27 u 35 tal-Ftehim, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 ta’ dan il-Ftehim, it-terminu “trasportatur tal-ajru Komunitarju” li ssir referenza għalih fid-Direttivi u fir-Regolamenti Komunitarji li ġejjin għandu jinkludi trasportatur tal-ajru bil-liċenzja u li jkollu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu u, jekk jeżisti, l-uffiċju reġistrat tiegħu fl-Iżvizzera f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008. Kwalunkwe referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 għandha tinftiehem bħala referenza għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008;

    Kwalunkwe referenza fit-testi li ġejjin għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat jew għall-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tinftiehem li tfisser l-Artikoli 8 u 9 ta’ dan il-Ftehim.

    1.   Liberalizzazzjoni tal-avjazzjoni u regoli oħra tal-avjazzjoni ċivili

    Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi bl-ajru fil-Komunità, (Riformulazzjoni), ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament (UE) 2018/1139, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1,

    ir-Regolament (UE) 2020/696, ĠU L 165, 27.5.2020, p. 1,

    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2114, ĠU L 426, 17.12.2020, p. 1; ir-Regolament (UE) 2020/2114 huwa totalment applikabbli fl-Iżvizzera mit-18.12.2020,

    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2115, ĠU L 426, 17.12.2020, p. 4; ir-Regolament (UE) 2020/2115 huwa totalment applikabbli fl-Iżvizzera mit-18.12.2020.

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/79 tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta’ Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Ajru (IACA) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 302, 1.12.2000, p. 57.

    Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9.

    Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti ta' l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru, ĠU L 66, 11.3.2003, p. 1.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003 tal-31 ta’ Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Annessi I u II tiegħu, ĠU L 194, 1.8.2003, p. 9, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 158/2007, ĠU L 49, 17.2.2007, p. 9.

    Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani, ĠU L 138, 30.4.2004, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2010, ĠU L 87, 7.4.2010, p. 19,

    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1118, ĠU L 243, 29.7.2020, p. 1.

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità, ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1, (l-Artikoli 1-12) kif emendat b'dan:

    ir-Regolament (KE) Nru 793/2004, ĠU L 138, 30.4.2004, p. 50,

    ir-Regolament (UE) 2020/459, ĠU L 99, 31.3.2020, p. 1,

    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1477, ĠU L 338, 15.10.2020, p. 4,

    ir-Regolament (UE) 2021/250, ĠU L 58, 19.2.2021, p. 1; il-paragrafi 1 u 4 tal-Artikolu 10a tar-Regolament (KEE) Nru 95/93, kif emendati mill-paragrafu (6) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2021/250, huma applikabbli fl-Iżvizzera mill-20.2.2021.

    Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 70, 14.3.2009, p. 11.

    Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità, ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36.

    (l-Artikoli 1-9, 11-23, u 25).

    Ir-Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ riservazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 35, 4.2.2009, p. 47.

    2.   Regoli tal-kompetizzjoni

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1, (l-Artikoli 1-13, 15-45)

    (Sal-estent fejn dan ir-Regolament huwa rilevanti għall-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. L-inserzjoni ta’ dan ir-Regolament ma taffettwax it-tqassim tal-kompiti skont dan il-Ftehim.)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006, ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008, ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3.

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (Artikoli 1-18, 19(1)-(2), u 20-23)

    Fir-rigward tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera għandu japplika dan li ġej:

    (1)

    Fir-rigward ta’ konċentrazzjoni kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja skont it-tifsira tal-Artikolu 1 ta’ dak ir-Regolament u li tista’ tiġi rieżaminata skont il-liġijiet tal-kompetizzjoni nazzjonali ta’ minn tal-inqas tliet Stati Membri tal-KE u l-Konfederazzjoni Żvizzera, il-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament jistgħu, qabel kwalunkwe notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jinformaw lill-Kummissjoni tal-KE permezz ta’ sottomissjoni motivata li l-konċentrazzjoni jenħtieġ li tiġi eżaminata mill-Kummissjoni.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti s-sottomissjonijiet kollha skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-paragrafu preċedenti lill-Konfederazzjoni Żvizzera mingħajr dewmien.

    (3)

    Fejn il-Konfederazzjoni Żvizzera tkun esprimiet li ma taqbilx mat-talba biex tirreferi l-każ, l-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera għandha żżomm il-kompetenza tagħha, u l-każ ma għandux jiġi riferut mill-Konfederazzjoni Żvizzera skont dan il-paragrafu.

    Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien msemmija fl-Artikolu 4(4) u (5), fl-Artikoli 9(2) u (6), u fl-Artikoli 22(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet:

    (1)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti d-dokumenti rilevanti kollha lill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera skont l-Artikolu 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6) u l-Artikolu 22(2) mingħajr dewmien.

    (2)

    Il-kalkolu tal-limiti ta’ żmien imsemmija fl-Artikolu 4(4) u (5), fl-Artikolu 9(2) u (6), u fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandu jibda, għall-Konfederazzjoni Żvizzera, mal-wasla tad-dokumenti rilevanti mill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni Żvizzera.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1, (l-Artikoli 1-24), kif emendat b'dan:

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006, ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2008, ĠU L 279, 22.10.2008, p. 3,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013, ĠU L 336, 14.12.2013, p. 1.

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f’ċerti intrapriżi (Verżjoni kkodifikata) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17.

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 487/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (Verżjoni kodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 148, 11.6.2009, p. 1.

    3.   Sikurezza tal-avjazzjoni

    Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, kif emendat b’dan li ġej:

    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1087, ĠU L 236, 5.7.2021, p. 1.

    L-Aġenzija għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament fl-Iżvizzera wkoll.

    Il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha għad-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 2(6) u (7), l-Artikolu 41(6), l-Artikolu 62(5), l-Artikolu 67(2) u (3), l-Artikolu 70(4), l-Artikolu 71(2), l-Artikolu 76(4), l-Artikolu 84(1), l-Artikolu 85(9), l-Artikolu 104(3)(i), l-Artikolu 105(1) u l-Artikolu 106(1) u (6) fl-Iżvizzera wkoll.

    Minkejja l-adattament orizzontali previst fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” li saru fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 u msemmija fl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139 ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.

    Xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jitqies bħala trasferiment lill-awtorità EASA biex taġixxi f’isem l-Iżvizzera fil-qafas ta’ ftehimiet internazzjonali għal finijiet oħra għajr li tassisti fil-qadi tal-obbligi tagħha skont tali ftehimiet.

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    L-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fil-paragrafu 1(a), il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-Unjoni”;

    (ii)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “4.   Kull meta l-Unjoni tinnegozja ma’pajjiż terz sabiex tikkonkludi ftehim diment li Stat Membru jew l-Aġenzija jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati abbażi ta’ ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet ajrunawtiċi ta’ dak il-pajjiż terz, għandha tagħmel ħilitha biex tikseb għall-Iżvizzera offerta ta’ ftehim simili mal-pajjiż terz inkwistjoni. L-Iżvizzera għandha, min-naħa tagħha, tagħmel ħilitha biex tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi li jikkorrispondu għal dawk ta’ mal-Unjoni”.

    (b)

    Fl-Artikolu 95 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   B’deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini Żvizzeri li jgawdu mid-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiġu impjegati b’kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.”

    (c)

    Fl-Artikolu 96 jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “L-Iżvizzera għandha tapplika għall-Aġenzija l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, li huwa stabbilit bħala l-Anness A ta’ dan l-Anness, f’konformità mal-Appendiċi tal-Anness A.”

    (d)

    Fl-Artikolu 102 jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “5.   L-Iżvizzera għandha tipparteċipa għalkollox fil-Bord Amministrattiv u fih għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, għajr id-dritt li tivvota”.

    (e)

    Fl-Artikolu 120 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “13.   L-Iżvizzera għandha tipparteċipa fil-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1(b), skont il-formula li ġejja:

    S (0,2/100) + S [1 - (a+b) 0,2/100] c/C

    fejn:

    S

    =

    il-parti tal-baġit tal-Aġenzija mhux koperta mit-tariffi u mill-imposti msemmija fil-paragrafu 1(c) u (d)

    a

    =

    l-għadd ta’ Stati Assoċjati

    b

    =

    l-għadd ta' Stati Membri tal-UE

    c

    =

    il-kontribuzzjoni tal-Iżvizzera għall-baġit tal-ICAO,

    C

    =

    il-kontribuzzjoni totali tal-Istati Membri tal-UE u tal-Istati Assoċjati għall-baġit tal-ICAO.”

    (f)

    Fl-Artikolu 122 jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “6.   Id-dispożizzjonijiet marbuta mal-kontroll finanzjarju mill-Unjoni fl-Iżvizzera li jikkonċernaw il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness B ta’ dan l-Anness.”

    (g)

    L-Anness I tar-Regolament għandu jiġi estiż biex jinkludi l-inġenji tal-ajru li ġejjin bħala prodotti koperti mill-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (1):

     

    A/c - [HB-JES] – it-tip Gulfstream G-V

     

    A/c - [HB-ZDF] – it-tip MD900.

    (h)

    Fl-Artikolu 132(1), ir-referenza għar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tinftiehem, fir-rigward tal-Iżvizzera, bħala referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti.

    (i)

    L-Artikolu 140(6) ma japplikax għall-Iżvizzera.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012, ĠU L 100, 5.4.2012, p. 1,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 70/2014, ĠU L 23, 28.1.2014, p. 25,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2014, ĠU L 74, 14.3.2014, p. 33,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/445, ĠU L 74, 18.3.2015, p. 1,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/539, ĠU L 91, 7.4.2016, p. 1,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1065, ĠU L 192, 30.7.2018, p. 21,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1119, ĠU L 204, 13.8.2018, p. 13,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1974, ĠU L 326, 20.12.2018, p. 1,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/27, ĠU L 8, 10.1.2019, p. 1,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/430, ĠU L 75, 19.3.2019, p. 66,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1747, ĠU L 268, 22.10.2019, p. 23,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/359, ĠU L 67, 5.3.2020, p. 82,

    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/723, ĠU L 170, 2.6.2020, p. 1,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2193, ĠU L 434, 23.12.2020, p. 13,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1310, ĠU L 284, 9.8.2021, p. 15.

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/723 tal-4 ta’ Marzu 2020 li jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċertifikazzjoni ta’ bdoti ta’ pajjiżi terzi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011, ĠU L 170, 2.6.2020, p. 1.

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili, ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4, (l-Artikoli 1-3, 4(2), (5-11, u 13), kif emendat b'dan:

    ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006, ĠU L 377, 27.12.2006, p. 1,

    ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006, ĠU L 377, 27.12.2006, p. 176,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008, ĠU L 10, 12.1.2008, p. 1,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008, ĠU L 254, 20.9.2008, p. 1.

    F’konformità mal-Artikolu 139 tar-Regolament (UE) 2018/1139, ir-Regolament (KEE) Nru 3922/91 jitħassar mid-data ta’ applikazzjoni tar-regoli dettaljati adottati skont il-punt (a) tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 dwar il-limitazzjonijiet tal-ħin tat-titjiriet u tal-ħin tas-servizz u r-rekwiżiti tal-mistrieħ fir-rigward tat-taxi tal-ajru, is-servizzi mediċi ta’ emerġenza u l-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru bi bdot wieħed bl-ajruplani.

    Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament (UE) Nru 376/2014, ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18,

    ir-Regolament (UE) 2018/1139, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 104/2004 tat-22 ta’ Jannar 2004 li jniżżel ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea, ĠU L 16, 23.1.2004, p. 20.

    Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista komunitarja ta’ kumpanniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament (UE) 2018/1139, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14, kif emendat l-aħħar b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/883, ĠU L 194, 2.6.2021, p. 22.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1332/2011 tas-16 ta’ Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta’ kolliżjonijiet fl-ajru (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 336, 20.12.2011, p. 20, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/583, ĠU L 101, 16.4.2016, p. 7.

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 646/2012 tas-16 ta’ Lulju 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar multi u ħlasijiet penali perjodiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 187, 17.7.2012, p. 29.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni, ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 7/2013, ĠU L 4, 9.1.2013, p. 36,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 69/2014, ĠU L 23, 28.1.2014, p. 12,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1039, ĠU L 167, 1.7.2015, p. 1,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/5, ĠU L 3, 6.1.2016, p. 3,

    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/897, ĠU L 144, 3.6.2019, p. 1,

    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/570, ĠU L 132, 27.4.2020, p. 1,

    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/699, ĠU L 145, 28.4.2021, p. 1,

    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1088, ĠU L 236, 5.7.2021, p. 3.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2013, ĠU L 227, 24.8.2013, p. 1,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 71/2014, ĠU L 23, 28.1.2014, p. 27,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014, ĠU L 28, 31.1.2014, p. 17,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2014, ĠU L 123, 24.4.2014, p. 1,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/140, ĠU L 24, 30.1.2015, p. 5,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1329, ĠU L 206, 1.8.2015, p. 21,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640, ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2338, ĠU L 330, 16.12.2015, p. 1,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1199, ĠU L 198, 23.7.2016, p. 13,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/363, ĠU L 55, 2.3.2017, p. 1,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/394, ĠU L 71, 14.3.2018, p. 1,

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1042, ĠU L 188, 25.7.2018, p. 3 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 4.2 il-ġdid tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, kif previst fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) 2018/1042, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/745, ĠU L 176, 5.6.2020, p. 11,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1975, ĠU L 326, 20.12.2018, p. 53,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1387, ĠU L 229, 5.9.2019, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1176, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 10,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1384, ĠU L 228, 4.9.2019, p. 106,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2036, ĠU L 416, 11.12.2020, p. 24; il-paragrafi 4 sa 6 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2020/2036 huma applikabbli fl-Iżvizzera mill-31.12.2020,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1062, ĠU L 229, 29.6.2021, p. 3.

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 628/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar metodi ta’ operat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għat-twettiq ta’ spezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni u għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 179, 29.6.2013, p. 46.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/161, ĠU L 27, 1.2.2017, p. 99,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/401, ĠU L 72, 15.3.2018, p. 17,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12,

    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1234, ĠU L 282, 31.8.2020, p. 1,

    ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2148, ĠU L 428, 18.12.2020, p. 10.

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2153 tas-16 ta’ Diċembru 2019 dwar it-tariffi u l-imposti applikati mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 319/2014, ĠU L 327, 17.12.2019, p. 36.

    Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta’ okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament (UE) 2018/1139, ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1158, ĠU L 192, 16.7.2016, p. 21.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1088, ĠU L 176, 7.7.2015, p. 4,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1536, ĠU L 241, 17.9.2015, p. 16,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/334, ĠU L 50, 28.2.2017, p. 13,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1142, ĠU L 207, 16.8.2018, p. 2,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1383, ĠU L 228, 4.9.2019, p. 1,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1384, ĠU L 228, 4.9.2019, p. 106,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/270, ĠU L 56, 27.2.2020, p. 20,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1159, ĠU L 257, 6.8.2020, p. 14,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/685, ĠU L 143, 27.4.2021, p. 6,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/700, ĠU L 145, 28.4.2021, p. 20; il-punti (1), tal-Artikolu 1, u l-punti (5), (6) u (8) tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/700 huma applikabbli fl-Iżvizzera mit-18.05.2021.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 tal-20 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012, ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/133, ĠU L 25, 29.1.2019, p. 14,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1159, ĠU L 257, 6.8.2020, p. 14,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/97, ĠU L 31, 29.1.2021, p. 208; l-artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2021/97 huwa applikabbli fl-Iżvizzera mis-26.02.2021, ħlief għall-punt (1) tal-Anness I, li huwa applikabbli fl-Iżvizzera mis-16.02.2021.

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1018 tad-29 ta’ Ġunju 2015 li jistabbilixxi lista ta’ klassifikazzjoni tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li għandhom jiġu rapportati b’mod mandatorju skont ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 163, 30.6.2015, p. 1.

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2357 tad-19 ta’ Diċembru 2016 dwar in-nuqqas ta’ konformità effettiva mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċertifikati maħruġin mill-akkademja Ellenika tat-taħriġ fil-qasam tal-avjazzjoni msejħa “Hellenic Aviation Training Academy” (HATA) u ma’ liċenzji tal-Parti-66 maħruġin abbażi ta’ dawn iċ-ċertifikati (notifikata bid-dokument C(2016) 8645), ĠU L 348, 21.12.2016, p. 72.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/395 tat-13 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat tal-blalen tal-arja skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 71, 14.3.2018, p. 10, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/357, ĠU L 67, 5.3.2020, p. 34.

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1976 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-operat ta’ gliders kif ukoll il-ħruġ ta’ liċenzji għal ekwipaġġ tat-titjira għall-gliders skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 326, 20.12.2018, p. 64, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/358, ĠU L 67, 5.3.2020, p. 57.

    Ir-Regolament (UE) 2019/494 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 2019 dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 85 I, 27.3.2019, p. 11.

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1128 tal-1 ta’ Lulju 2019 dwar id-drittijiet ta’ aċċess għar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza u għat-tweġibiet maħżuna fir-Repożitorju Ċentrali Ewropew u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/780/UE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 177, 2.7.2019, p. 112.

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2034 tas-6 ta’ Ottubru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema komuni Ewropea għall-klassifikazzjoni tar-riskji (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 416, 11.12.2020, p. 1.

    4.   Sigurtà tal-Avjazzjoni

    Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010, ĠU L 90, 10.4.2010, p. 1,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2011, ĠU L 193, 23.7.2011, p. 19,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011, ĠU L 293, 11.11.2011, p. 22,

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2013, ĠU L 77, 20.3.2013, p. 5.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 338, 19.12.2009, p. 17, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2096, ĠU L 326, 1.12.2016, p. 7.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 18/2010 tat-8 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam ma’ speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, ĠU L 7, 12.1.2010, p. 3.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 23, 27.1.2010, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/472, ĠU L 85, 1.4.2016, p. 28.

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta’ Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2426, ĠU L 334, 22.12.2015, p. 5,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/815, ĠU L 122, 13.5.2017, p. 1,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/55, ĠU L 10, 13.1.2018, p. 5,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/103, ĠU L 21, 24.1.2019, p. 13, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/910, ĠU L 208, 1.7.2020, p. 43,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/413, ĠU L 73, 15.3.2019, p. 98,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1583, ĠU L 246, 26.9.2019, p. 15, kif emendata b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/910, ĠU L 208, 1.7.2020, p. 43.

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/111, ĠU L 21, 27.1.2020, p. 1,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/910, ĠU L 208, 1.7.2020, p. 43,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/255, ĠU L 58, 19.2.2021, p. 23; il-punti 15, 18 sa 19 u 32 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2021/255 huma applikabbli fl-Iżvizzera mill-11.03.2021.

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8005 tas-16 ta’ Novembru 2015 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li fihom it-tagħrif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 (mhux ippubblikata fil-ĠU), kif emendata b'dan:

    id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 3030,

    id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 4857,

    id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019) 132, kif emendata b'dan:

    id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 4241,

    id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2021) 0996.

    5.   Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

    Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

    Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 6, 8, 10, 11 u 12.

    L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

    Fil-paragrafu 2, il-kliem “fil-livell Komunitarju” jenħtieġ li jiġi sostitwit bil-kliem “fil-livell Komunitarju, bl-involviment tal-Iżvizzera”.

    Minkejja l-aġġustament orizzontali msemmi fit-tieni inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” li saru fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE u msemmija f’dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jinftiehmu li japplikaw għall-Iżvizzera.

    Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta’ Servizz) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

    B’rabta mal-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 9a, 9b, 15, 15a, 16 u 17.

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jiġu emendati kif ġej:

    (a)

    L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

    Fil-paragrafu 2, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

    (b)

    L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

    Fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 6, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

    (c)

    L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

    Fil-paragrafu 1, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

    (d)

    L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

    Fil-paragrafu 1, il-kliem “u l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

    (e)

    L-Artikolu 16(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "3.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri u għandha tinforma lill-fornitur tas-servizz dwarha, sa fejn jikkonċernah legalment.”

    Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

    Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 3a, 6 u 10.

    Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament ta’ Interoperabilità) (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34.

    Fl-Iżvizzera, il-Kummissjoni għandha tgawdi s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 4, 7 u 10(3).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jiġu emendati kif ġej:

    (a)

    L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

    Fil-paragrafu 2, il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

    (b)

    L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

    Fil-paragrafu 4, il-kliem “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

    (c)

    L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:

    Fit-taqsima 3, it-tieni u l-aħħar inċiżi, għandhom jiddaħħlu l-kliem “jew l-Iżvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”.

    F’konformità mal-Artikolu 139 tar-Regolament (UE) 2018/1139, ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 jitħassar b’effett mill-11 ta’ Settembru 2018. Madankollu, l-Artikoli 4, 5, 6, 6a u 7 ta’ dak ir-Regolament u l-Annessi III u IV tiegħu għandhom jibqgħu japplikaw sad-data tal-applikazzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 47 tar-Regolament 2018/1139 u sa fejn dawk l-atti jkopru s-suġġett tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, u fi kwalunkwe każ mhux iktar tard mit-12 ta’ Settembru 2023.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 342, 24.12.2005, p. 20.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 tal-4 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-proċeduri għall-pjanijiet tat-titjiriet fil-fażi ta’ qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 186, 7.7.2006, p. 46, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012, ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/886, ĠU L 205, 29.6.2020, p. 14,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2013, ĠU L 127, 9.5.2013, p. 23,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2120, ĠU L 329, 3.12.2016, p. 70,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/139, ĠU L 25, 30.1.2018, p. 4.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 tas-6 ta’ Lulju 2006 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 186, 7.7.2006, p. 27, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009, ĠU L 13, 17.1.2009, p. 20.

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR), ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008, ĠU L 352, 31.12.2008, p. 12,

    ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014, ĠU L 192, 1.7.2014, p. 1.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta’ titjiriet bejn ċentri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 146, 8.6.2007, p. 7, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011, ĠU L 77, 23.3.2011, p. 23.

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1338, ĠU L 289, 12.8.2021, p. 12.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 13, 17.1.2009, p. 3, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/310, ĠU L 56, 27.2.2015, p. 30,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1170, ĠU L 183, 9.7.2019, p. 6,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/208, ĠU L 43, 17.2.2020, p. 72.

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara bl-adattament li ġej:

    “UIR tal-Iżvizzera” tiżdied fil-parti A tal-Anness I.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009 tat-30 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 84, 31.3.2009, p. 20, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345, ĠU L 348, 21.12.2016, p. 11.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-data ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 23, 27.1.2010, p. 6, kif emendat:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1029/2014, ĠU L 284, 30.9.2014, p. 9.

    Ir-Regolament (UE) Nru 73/2010 huwa mħassar b'effett mis-27.01.2022.

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012, ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/886, ĠU L 205, 29.6.2020, p. 14,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1006, ĠU L 165, 23.6.2016, p. 8,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2159, ĠU L 304, 21.11.2017, p. 45.

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2010)5134 tad-29 ta’ Lulju 2010 dwar il-ħatra ta’ Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (mhux ippubblikata fil-ĠU).

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2011 tal-24 ta’ Frar 2011 dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbiliment u l-modifikazzjoni ta’ blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali, ĠU L 51, 25.2.2011, p. 2.

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2011) 4130 tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar in-nomina ta’ Maniġer tan-Netwerk għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (mhux disponibbli bil-Malti u mhux ippubblikata fil-ĠU).

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1206/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta’ inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 305, 23.11.2011, p. 23, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/587, ĠU L 138, 30.4.2020, p. 1.

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2011 għandu jinqara bl-adattament li ġej:

    “UIR tal-Iżvizzera” tiżdied fl-Anness I.

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1207/2011 tat-22 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 305, 23.11.2011, p. 35, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1028/2014, ĠU L 284, 30.9.2014, p. 7,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/386, ĠU L 59, 7.3.2017, p. 34,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/587, ĠU L 138, 30.4.2020, p. 1.

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340, ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1185, ĠU L 196, 21.7.2016, p. 3,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/469, ĠU L 104, 3.4.2020, p. 1, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1177, ĠU L 259, 10.8.2020, p. 12,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/886, ĠU L 205, 29.6.2020, p. 14.

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1079/2012 tas-16 ta’ Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta’ spazjar bejn il-kanali ta’ komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 320, 17.11.2012, p. 14, kif emendat b'dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 657/2013, ĠU L 190, 11.7.2013, p. 37,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2345, ĠU L 348, 21.12.2016, p. 11,

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2160, ĠU L 304, 21.11.2017, p. 47.

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta’ proġetti komuni, it-twaqqif ta’ governanza u l-identifikazzjoni ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 123, 4.5.2013, p. 1, kif emendat b’dan:

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/116, ĠU L 36, 2.2.2021, p. 10.

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/116 tal-1 ta’ Frar 2021 dwar l-istabbiliment tal-Proġett Komuni Wieħed li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru previst fir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2014 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 36, 2.2.2021, p. 10.

    Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, l-Anness għar-Regolament għandu jinqara bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 1.2.1.r): “s) Zürich Kloten”

    (b)

    il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 2.2.1.r): “s) Zürich Kloten”

    (c)

    il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 2.2.2.r): “s) Zürich Kloten”

    (d)

    il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 2.2.3.bb): “cc) Geneva; dd) Zürich Kloten”.

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1048 tat-18 ta’ Lulju 2018 li jistipula rekwiżiti dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi dwar navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni, ĠU L 189, 26.7.2018, p. 3.

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1.

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u ta’ imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1.

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/709 tas-6 ta’ Mejju 2019 dwar il-ħatra tal-maniġer tan-netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-ajru uniku Ewropew (notifikata bid-dokument C(2019) 3228), ĠU L 120, 8.5.2019, p. 27.

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/891 tat-2 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni riveduti mal-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu referenzjarju (2020-2024) u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/903 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 195, 3.6.2021, p. 3.

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2167 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li tapprova l-Pjan Strateġiku tan-Netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tal-ajru uniku Ewropew għall-perjodu 2020-2029, ĠU L 328, 18.12.2019, p. 89.

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2168 tas-17 ta’ Diċembru 2019 dwar il-ħatra tal-president u tal-membri u s-sostituti tagħhom tal-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk u tal-membri u s-sostituti tagħhom taċ-Ċellula Ewropea ta’ Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fis-Settur tal-Avjazzjoni għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għat-tielet perjodu ta’ referenza 2020-2024, ĠU L 328, 18.12.2019, p. 90.

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2012 tad-29 ta’ Novembru 2019 dwar l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-data għall-Ajru Uniku Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 312, 3.12.2019, p. 95.

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1627 tat-3 ta’ Novembru 2020 dwar miżuri eċċezzjonali għat-tielet perjodu ta’ referenza (2020-2024) tal-iskema ta’ prestazzjoni u imposti tal-ajru uniku Ewropew minħabba l-pandemija tal-COVID-19 ĠU L 366, 4.11.2020, p. 7.

    6.   Ambjent u storbju

    Id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (l-Artikoli 1-12 u 14-18), ĠU L 85, 28.3.2002, p. 40.

    (L-emendi għall-Anness I, li jirriżultaw mill-Anness II, il-Kapitolu 8 (Politika tat-Trasport), it-Taqsima G (Trasport bl-Ajru), il-punt 2 tal-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, għandhom japplikaw).

    Id-Direttiva tal-Kunsill 89/629/KEE tal-4 ta’ Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni tal-emissjoni ta’ ħsejjes minn ajruplani ċivili jet subsoniċi, ĠU L 363, 13.12.1989, p. 27.

    (l-Artikoli 1-8).

    Id-Direttiva 2006/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988) (verżjoni kodifikata) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 374, 27.12.2006, p. 1.

    7.   Protezzjoni tal-konsumatur

    Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż, ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59 (l-Artikoli 1-10).

    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawsoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29 (l-Artikoli 1-11), kif emendata b'dan:

    id-Direttiva 2011/83/UE, ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64.

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi bl-ajru fir-rigward tal-ġarr bl-ajru ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom fl-eventwalità ta’ inċidenti, ĠU L 285, 17.10.1997, p. 1, (l-Artikoli 1-8), kif emendat b'dan:

    ir-Regolament (KE) Nru 889/2002, ĠU L 140, 30.5.2002, p. 2.

    Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1.

    (l-Artikoli 1-18).

    Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1.

    8.   Mixxellanji

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar it-tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku (Test b’relevanza għaż-ŻEE), ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

    (Artikolu 14(1)(b) u Artikolu 14(2).

    9.   Annessi:

    A

    :

    Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea

    B

    :

    Dispożizzjonijiet dwar il-kontroll finanzjarju mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-parteċipanti Żvizzeri li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-EASA


    (1)  ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1.


    ANNESS A

    PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

    (2)   

    FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li, f’konformità mal-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“KEEA”), l-Unjoni Ewropea u l-KEEA għandhom igawdu fit-territorji tal-Istati Membri tali privileġġi u immunitajiet kif inhu neċessarju għall-qadi tal-kompiti tagħhom,

    QABLU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika:

    KAPITOLU I

    PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U OPERAZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

    Artikolu 1

    L-istabbilimenti u l-binjiet tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli. Għandhom ikunu eżentati minn tiftix, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi miżura ġuridika jew amministrattiva ta’ restrizzjoni mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

    Artikolu 2

    L-arkivji tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli.

    Artikolu 3

    L-Unjoni, l-assi, id-dħul u proprjetà oħra tagħha għandhom ikunu eżentati mit-taxxi diretti kollha.

    Il-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom, kull fejn possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa biex iħallsu jew jagħtu lura l-ammont tat-taxxi indiretti jew tat-taxxi tal-bejgħ inkluż fil-prezz tal-proprjetà mobbli jew immobbli, fejn l-Unjoni tagħmel, għall-użu uffiċjali tagħha, xiri sostanzjali li l-prezz tiegħu jinkludi taxxi ta’ dan it-tip. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu applikati, sabiex ikollhom effett ta’ distorsjoni fuq il-kompetizzjoni fl-Unjoni.

    Ma għandha tingħata l-ebda eżenzjoni fir-rigward tat-taxxi u tal-ħlasijiet dovuti li jammontaw sempliċement għal imposti għal servizzi ta’ utilità pubblika.

    Artikolu 4

    L-Unjoni għandha tkun eżentata mid-dazji doganali, mill-projbizzjonijiet u mir-restrizzjonijiet kollha fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward tal-oġġetti maħsuba għall-użu uffiċjali tagħha: l-oġġetti importati b’dan il-mod ma għandhomx jintremew, irrispettivament jekk hux bi ħlas jew le, fit-territorju tal-pajjiż li fih ġew importati, għajr b’kundizzjonijiet approvati mill-gvern ta’ dak il-pajjiż.

    L-Unjoni għandha tkun eżentata wkoll minn kwalunkwe dazju doganali u kwalunkwe projbizzjoni u restrizzjoni fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.

    KAPITOLU II

    KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ PASSER

    Artikolu 5

    Għall-komunikazzjonijiet uffiċjali u għat-trażmissjoni tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom igawdu fit-territorju ta’ kull Stat Membru t-trattament akkordat minn dak l-Istat għall-missjonijiet diplomatiċi.

    Il-korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal ċensura.

    Artikolu 6

    Il-laissez passer fil-forma preskritta mill-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza sempliċi, li għandu jiġi rikonoxxut bħala dokument validu tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, għall-membri u għall-impjegati ta’ dawn l-istituzzjonijiet, jistgħu jinħarġu mill-Presidenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Dawn il-laissez passer għandhom jinħarġu għall-uffiċjali u għal impjegati oħra bil-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni.

    Il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet għal dawn il-laissez passer biex jiġu rikonoxxuti bħala dokumenti validi tal-ivvjaġġar fit-territorju ta’ pajjiżi terzi.

    KAPITOLU III

    MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    Artikolu 7

    Ma għandha tiġi imposta l-ebda restrizzjoni amministrattiva jew restrizzjoni oħra fuq il-moviment liberu tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu qed jivvjaġġaw lejn il-post tal-laqgħa tal-Parlament Ewropew jew minnu.

    Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward tad-dwana u l-kontroll fuq il-kambju, jingħataw:

    (a)

    mill-gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk li jingħataw lill-uffiċjali anzjani li jivvjaġġaw lejn pajjiżi oħra fuq missjonijiet uffiċjali temporanji;

    (b)

    mill-gvern ta’ Stati Membri oħra, l-istess faċilitajiet bħal dawk li jingħataw lir-rappreżentanti ta’ gvernijiet barranin fuq missjonijiet uffiċjali temporanji.

    Artikolu 8

    Il-Membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe forma ta’ inkjesta, detenzjoni jew proċediment legali fir-rigward tal-opinjonijiet espressi jew tal-voti mixħuta minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom.

    Artikolu 9

    Matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu:

    (a)

    fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom;

    (b)

    fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor, l-immunità minn kwalunkwe miżura ta’ detenzjoni u minn proċedimenti legali.

    L-immunità bl-istess mod għandha tapplika għall-Membri meta jkunu qed jivvjaġġaw lejn il-post tal-laqgħa tal-Parlament Ewropew u minnu.

    L-immunità ma tistax tintalab meta Membru jinstab fl-att tat-twettiq ta’ reat u ma għandhiex twaqqaf lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja l-immunità ta’ wieħed mill-Membri tiegħu.

    KAPITOLU IV

    RAPPREŻENTANTI TAL-ISTATI MEMBRI LI QED JIPPARTEĊIPAW FIL-ĦIDMA TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

    Artikolu 10

    Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u l-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fit-twettiq ta’ dmirijiethom u matul il-vjaġġi tagħhom lejn il-post tal-laqgħa u minnu, igawdu mill-privileġġi, mill-immunitajiet u mill-faċilitajiet abitwali.

    Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-membri tal-korpi konsultattivi tal-Unjoni.

    KAPITOLU V

    UFFIĊJALI U IMPJEGATI OĦRA TAL-UNJONI EWROPEA

    Artikolu 11

    Fit-territorju ta’ kull Stat Membru u irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni għandhom:

    (a)

    soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati marbuta, minn naħa waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali u impjegati oħra lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’tilwim bejn l-Unjoni u l-uffiċjali u impjegati oħra tagħha, ikollhom immunità minn proċedimenti legali fir-rigward tal-atti mwettqa minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom, inkluż kliemhom mitkellem jew miktub. Għandhom ikomplu jgawdu minn din l-immunità wara li jkunu waqfu mill-kariga tagħhom;

    (b)

    flimkien mal-konjugi tagħhom u l-membri dipendenti tal-familja tagħhom, ma jkunux soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ immigrazzjoni jew għal formalitajiet għar-reġistrazzjoni tal-persuni barranin;

    (c)

    fir-rigward tar-regolamenti dwar il-munita jew il-kambju, jingħataw l-istess faċilitajiet kif jingħataw b’mod abitwali lil uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

    (d)

    igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr dazju l-għamara u l-affarijiet tagħhom l-ewwel darba li jibdew jaħdmu fil-pajjiż ikkonċernat, u d-dritt li jesportaw mill-ġdid mingħajr dazju l-għamara u l-affarijiet tagħhom, malli jtemmu dmirijiethom f’dak il-pajjiż, soġġett fi kwalunkwe każ għall-kundizzjonijiet ikkunsidrati neċessarji mill-gvern tal-pajjiż fejn dan id-dritt huwa eżerċitat;

    (e)

    id-dritt jimportaw mingħajr dazju karozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata fil-pajjiż tal-aħħar residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma ċittadini skont it-termini ta’ amministrazzjoni fis-suq domestiku f’dak il-pajjiż, u li jesportawha mill-ġdid mingħajr dazju, soġġett fi kwalunkwe każ għall-kundizzjonijiet ikkunsidrati neċessarji mill-gvern tal-pajjiż ikkonċernat.

    Artikolu 12

    L-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni għandhom iħallsu taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq is-salarji, il-pagi jew l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, b’konformità mal-kundizzjonijiet u mal-proċedura stabbilita mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu permezz tar-regolamenti b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni tal-istituzzjonijiet ikkonċernati.

    Għandhom ikunu eżentati mit-taxxi nazzjonali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa mill-Unjoni.

    Artikolu 13

    Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu, tat-taxxa fuq il-ġid u tad-dazji tal-mewt u fl-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet dwar l-evitar tat-tassazzjoni doppja konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni li, sempliċement minħabba l-qadi ta’ dmirijiethom fis-servizz tal-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li mhux il-pajjiż ta’ domiċilju tagħhom għal finijiet ta’ taxxa fil-mument li jibdew jaħdmu mal-Unjoni, għandhom jiġu kkunsidrati, kemm fil-pajjiż tar-residenza proprja tagħhom u fil-pajjiż ta’ domiċilju għal finijiet ta’ taxxa, li żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż tal-aħħar diment li huwa membru tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għall-konjugi, sal-estent fejn dan tal-aħħar ma jkunx/tkunx separatament impjegat(a) f’impjieg bi ħlas, u għat-tfal dipendenti fuq il-persuni msemmija f’dan l-Artikolu u fil-kura tagħhom.

    Il-proprjetà mobbli li tappartjeni għall-persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn qed jgħixu għandha tkun eżentata mid-dazji tal-mewt f’dak il-pajjiż; tali proprjetà għandha, għall-valutazzjoni ta’ tali dazju, tiġi kkunsidrata bħala li tinsab fil-pajjiż ta’ domiċilju għall-finijiet ta’ taxxa, soġġett għad-drittijiet tal-pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli tad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar it-tassazzjoni doppja.

    Kwalunkwe domiċilju miksub biss minħabba l-qadi ta’ dmirijiet fis-servizz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra ma għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

    Artikolu 14

    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz tar-regolamenti b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u għal impjegati oħra tal-Unjoni.

    Artikolu 15

    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz tar-regolamenti b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħra kkonċernati, għandhom jiddeterminaw il-kategoriji tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra tal-Unjoni li għalihom għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 12, u l-Artikolu 13, kompletament jew parti minnhom.

    L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra inklużi f’tali kategoriji għandhom jiġu kkomunikati perjodikament lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

    KAPITOLU VI

    PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TAL-MISSJONIJIET TA’ PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-UNJONI EWROPEA

    Artikolu 16

    L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-Unjoni għandha s-sede tagħha għandu jagħti l-immunitajiet u l-privileġġi diplomatiċi abitwali lill-missjonijiet ta’ pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni.

    KAPITOLU VII

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 17

    Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet għandhom jingħataw lill-uffiċjali u lil impjegati oħra tal-Unjoni biss fl-interessi tal-Unjoni.

    Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tkun meħtieġa tirrinunzja l-immunità mogħtija lil uffiċjal jew lil impjegat ieħor kull fejn dik l-istituzzjoni tikkunsidra li dik ir-rinunzja ta’ tali immunità ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.

    Artikolu 18

    L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom, għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, jikkooperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri kkonċernati.

    Artikolu 19

    L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni.

    Artikolu 20

    L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, għall-Avukati Ġenerali, għar-Reġistraturi u għall-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea marbut mal-immunità minn proċedimenti legali tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.

    Artikolu 21

    Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-membri tal-organi tiegħu, għall-persunal u r-rappreżentanti tal-Istati Membri li jieħdu sehem fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.

    Barra minn hekk, il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jkun eżentat minn kwalunkwe forma ta’ tassazzjoni jew ta’ impożizzjoni ta’ natura simili fl-okkażjoni ta’ kwalunkwe żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkunu konnessi miegħu fl-Istat fejn il-Bank għandu s-sede tiegħu. B’mod simili, ix-xoljiment jew il-likwidazzjoni tiegħu ma għandhomx jagħtu lok għal xi impożizzjoni. Finalment, l-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa b’konformità mal-Istatut tiegħu ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.

    Artikolu 22

    Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri tal-organi u tal-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

    Barra minn hekk, il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun eżentat minn kwalunkwe forma ta’ tassazzjoni jew ta’ impożizzjoni ta’ natura simili fl-okkażjoni ta’ kwalunkwe żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkunu konnessi miegħu fl-Istat fejn il-Bank għandu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa f’konformità mal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.


    Appendiċi tal-ANNESS A

    PROĊEDURI GĦALL-APPLIKAZZJONI FL-IŻVIZZERA TAL-PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA

    1.   

    Estensjoni tal-applikazzjoni għall-Iżvizzera

    Kull fejn il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”) fih referenzi għall-Istati Membri, ir-referenzi jridu jinftiehmu li japplikaw b’mod ugwali għall-Iżvizzera, sakemm id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma jiddeterminawx mod ieħor.

    2.   

    Eżenzjoni tal-Aġenzija mit-tassazzjoni indiretta (inkluż il-VAT)

    L-oġġetti u s-servizzi esportati mill-Iżvizzera ma jridux ikunu soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-Iżvizzera. Fil-każ ta’ oġġetti u ta’ servizzi fornuti lill-Aġenzija fl-Iżvizzera għall-użu uffiċjali tagħha, b’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll, l-eżenzjoni mill-VAT hija permezz ta’ rifużjoni. Eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz proprju tax-xiri tal-oġġetti u tas-servizzi msemmija fil-fattura jew f’dokument ekwivalenti jkollu total ta’ minn tal-inqas 100 frank Żvizzeru (inkluż it-taxxa).

    Ir-rifużjoni tal-VAT trid tingħata mal-preżentazzjoni tal-formoli Żvizzeri pprovduti għal dan l-iskop lid-Diviżjoni Prinċipali tal-VAT tal-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa. Bħala regola, l-applikazzjonijiet għar-rifużjoni jridu jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha ġew reġistrati flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn neċessarji.

    3.   

    Proċeduri għall-applikazzjoni tar-regoli marbuta mal-persunal tal-Aġenzija

    Fir-rigward tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tal-Protokoll, l-Iżvizzera għandha teżenta, skont il-prinċipji tad-dritt nazzjonali tagħha, l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Aġenzija skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 (1) minn taxxi federali, kantonali u komunali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni Ewropea u soġġett għal taxxa interna għall-benefiċċju tagħha.

    L-Iżvizzera ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala Stat Membru skont it-tifsira tal-punt 1 ta’ hawn fuq għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Protokoll.

    L-uffiċjali u impjegati oħra tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom li huma membri tas-sistema ta’ assigurazzjoni soċjali applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea mhumiex obbligati jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Żvizzera.

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni esklużiva fi kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna r-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija jew il-Kummissjoni u l-persunal tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (2) u d-dispożizzjonijiet l-oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.


    (1)  Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/2002 (ĠU L 264, 2.10.2002, p. 13).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri partikolari li huma temporanjament applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ impjegati oħra) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7.)


    ANNESS B

    KONTROLL FINANZJARJU FIR-RIGWARD TAL-PARTEĊIPANTI ŻVIZZERI FL-ATTIVITAJIET TAL-FTEHIM EWROPEW DWAR L-AVJAZZJONI

    Artikolu 1

    Komunikazzjoni diretta

    L-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew mal-entitajiet kollha stabbiliti fl-Iżvizzera u li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija, bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Aġenzija, riċevituri ta’ pagamenti mill-baġit tal-Aġenzija jew tal-Komunità, jew sottokuntratturi. Tali persuni jistgħu jibagħtu direttament lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma meħtieġa jissottomettu abbażi tal-istrumenti msemmija f’din id-deċiżjoni u tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi u kwalunkwe deċiżjoni meħuda skonthom.

    Artikolu 2

    Verifiki

    1.   B’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) u r-Regolament Finanzjarju adottat mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija fis-26 ta’ Marzu 2003, mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) u mal-istrumenti l-oħra msemmija f’din id-Deċiżjoni, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipprevedu li awditi xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew awditi oħra jitwettqu fi kwalunkwe mument fl-istabbiliment tal-benefiċjarji u tas-sottokuntratturi tagħhom mill-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni jew minn persuni oħra b’mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni.

    2.   L-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni u persuni oħra b’mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, għax-xogħlijiet u għad-dokumenti u għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu tali awditi, inkluż fil-forma elettronika. Dan id-dritt ta’ aċċess għandu jkun iddikjarat b’mod espliċitu fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f’din id-Deċiżjoni.

    3.   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni.

    4.   L-awditi jistgħu jsiru sa ħames snin wara l-iskadenza ta’ din id-Deċiżjoni jew skont it-termini tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.

    5.   L-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi jrid jiġi informat minn qabel dwar l-awditi li jsiru fit-territorju Żvizzeru. Din l-informazzjoni mhux se tkun kundizzjoni legali għat-twettiq ta’ tali awditi.

    Artikolu 3

    Verifiki fuq il-post

    1.   Skont dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (OLAF) hija awtorizzata twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju Żvizzeru, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (3).

    2.   Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitwettqu mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi u ma’ awtoritajiet Żvizzeri kompetenti oħra maħtura mill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi, li għandhom jiġu nnotifikati minn qabel biżżejjed dwar l-oġġett, l-iskop u l-bażi ġuridika tal-verifiki u tal-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dak l-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jistgħu jipparteċipaw fil-verifiki u fl-ispezzjonijiet fuq il-post.

    3.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jkunu jixtiequ li jsir hekk, il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jitwettqu b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri.

    4.   Fejn il-parteċipanti fil-programm jirreżistu verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Żvizzeri, filwaqt li jaġixxu b’konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu tali assistenza lill-ispetturi tal-Kummissjoni kif ikunu jeħtieġu biex ikunu jistgħu jwettqu dmirhom fit-twettiq ta’ verifika jew ta’ spezzjoni fuq il-post.

    5.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta malajr kemm jista’ jkun lill-Uffiċċju Federali Żvizzeru tal-Awditi kwalunkwe fatt jew suspett marbut ma’ irregolarità li tkun innutat matul il-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni hija meħtieġa tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq dwar ir-riżultat ta' tali verifiki u spezzjonijiet.

    Artikolu 4

    Informazzjoni u konsultazzjoni

    1.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni korretta ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri u tal-Komunità għandhom jiskambjaw l-informazzjoni regolarment u, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, għandhom iwettqu konsultazzjonijiet.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jinformaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe fatt jew suspett li nnutaw marbut ma’ irregolarità marbuta mal-konklużjoni u mal-implimentazzjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f’din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 5

    Kunfidenzjalità

    L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skont dan l-Anness se tkun koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u tkun protetta bl-istess mod bħal ma hija protetta informazzjoni simili mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Iżvizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità. Tali informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni għajr dawk fl-istituzzjonijiet tal-Komunità, fl-Istati Membri, jew fl-Iżvizzera li l-funzjoni tagħhom tirrikjedi li jkunu jafuha, u lanqas ma tista’ tintuża għal finijiet oħra għajr biex tiżgura l-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.

    Artikolu 6

    Miżuri u penali amministrattivi

    Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, jistgħu jiġu imposti miżuri u penali amministrattivi mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 u mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (4).

    Artikolu 7

    Irkupru u infurzar

    Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni li jimponu obbligu pekunjarju fuq persuni għajr Stati għandhom ikunu infurzabbli fl-Iżvizzera.

    L-ordni ta’ infurzar trid tinħareġ, mingħajr xi kontroll ieħor għajr verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Żvizzeru, li trid tinforma lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni dwarha. L-infurzar jrid iseħħ f’konformità mar-regoli Żvizzeri ta’ proċedura. Il-legalità tad-deċiżjoni ta’ infurzar hija soġġetta għal kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

    Is-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont klawsola tal-arbitraġġ huma infurzabbli bl-istess termini.


    (1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p.72.

    (3)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

    (4)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.


    Top