Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D1402

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 190/2019 tal-10 ta' Lulju 2019 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) u l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE [2019/1402]

ĠU L 235, 12.9.2019, pp. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1402/oj

12.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 235/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 190/2019

tal-10 ta' Lulju 2019

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) u l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE [2019/1402]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Annessi IX u XIX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31k (ir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“31l.

32016 R 1011: Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f'dan il-Ftehim, it-termini ‘Stat(i) Membru/i’ u ‘awtoritajiet kompetenti’ għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.

(b)

Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(4), fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 46(10) u fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 46(11), il-kliem ‘jew skont il-każ, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘ESMA’.

(c)

Fl-Artikolu 46(10), il-kliem ‘id-dritt tal-Unjoni’ għandu jiġi sostitwit bil-kliem ‘dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE’.

(d)

Fl-Artikolu 47(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘ESMA’.

(e)

Fl-Artikolu 48(3), il-kliem ‘stipulat mill-Unjoni’ għandu jiġi sostitwit bil-kliem ‘tal-Ftehim ŻEE’.”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 7h (id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 1011: Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).”

Artikolu 3

It-test tar-Regolament (UE) 2016/1011 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-11 ta' Lulju 2019, jew fil-jum ta' wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), liema minnhom jiġi l-aħħar.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)   ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1.

(*1)  Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


Top