Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D1229

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 99/2019 tal-11 ta' April 2019 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/1229]

ĠU L 192, 18.7.2019, pp. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1229/oj

18.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 192/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 99/2019

tal-11 ta' April 2019

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2019/1229]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/591 tal-11 ta' April 2019 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi u territorji awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni tal-ħuxlief u tat-tiben (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/589 tal-11 ta' April 2019 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u ta' wħud mid-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni ta' annimali tal-akkwakultura (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/599 tal-11 ta' April 2019 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u tad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa' estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(5)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 115 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004) fil-Parti 1.2:

“—

32019 R 0591: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/591 tal-11 ta' April 2019 (ĠU L 100I, 11.4.2019, p. 20)”.

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 86 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008) fil-Parti 4.2:

“—

32019 R 0589: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/589 tal-11 ta' April 2019 (ĠU L 100I, 11.4.2019, p. 14)”.

3.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 49 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE) fil-Parti 7.2:

“—

32019 D 0599: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/599 tal-11 ta' April 2019 (ĠU L 103, 12.4.2019, p. 31)”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/589 u (UE) 2019/591 u tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/599 bil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' April 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' April 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 100I, 11.4.2019, p. 20.

(2)   ĠU L100I, 11.4.2019, p. 14.

(3)   ĠU L 103, 12.4.2019, p. 31.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top