Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019A0129(01)

    Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tat-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi

    ST/5803/2017/INIT

    ĠU L 25, 29.1.2019, p. 3–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2019/131/oj

    Related Council decision

    29.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 25/3


    FTEHIM

    fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tat-Turkija fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi

    A.   Ittra mill-Unjoni

    Sinjur,

    1.   

    L-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) u l-Konfederazzjoni Żvizzera (“l-Iżvizzera”), bħala l-Partijiet għal dan il-Ftehim jirrikonoxxu li, għall-finijiet tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (“SĠP”), iż-żewġ Partijiet japplikaw regoli ta' oriġini simili bil-prinċipji ġenerali li ġejjin:

    (a)

    id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” msejsa fuq l-istess kriterji;

    (b)

    dispożizzjonijiet għal-akkumulazzjoni reġjonali ta' oriġini;

    (c)

    dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' akkumulazzjoni għal materjali li joriġinaw, fis-sens tar-regoli ta' oriġini tas-SĠP tagħhom, fl-Unjoni, fl-Iżvizzera, fin-Norveġja jew fit-Turkija;

    (d)

    dispożizzjonijiet għat-tolleranza ġenerali għal materjali mhux oriġinarji;

    (e)

    dispożizzjonijiet għan-nonalterazzjoni ta' prodotti mill-pajjiż benefiċjarju;

    (f)

    dispożizzjonijiet għall-ħruġ jew biex isiru provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni;

    (g)

    rekwiżit għall-kooperazzjoni amministrattiva mal-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi benefiċjarji dwar il-kwistjoni tal-provi tal-oriġini.

    2.   

    L-Unjoni u l-Iżvizzera għandhom jirrikonoxxu li materjali li joriġinaw, fis-sens tar-regoli ta' oriġini tas-SĠP rispettivi tagħhom, fl-Unjoni, fl-Iżvizzera, fin-Norveġja jew fit-Turkija, jakkwistaw l-oriġini ta' pajjiż benefiċjarju tal-iskema tas-SĠP ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet jekk f'dak il-pajjiż benefiċjajru jgħaddu minn ħidma jew proċessar li jmur lil hinn mill-operazzjonijiet meqjusa bħala ħidma jew proċessar insuffiċjenti biex jingħata l-istatus ta' prodotti oriġinarji. Dan is-subparagrafu għandu japplika għal materjali oriġinarji fin-Norveġja u fit-Turkija, soġġett għat-twettiq tal-kundizzjonijiet stabbiliti rispettivament fil-paragrafi 15 u 16.

    L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni u tal-Iżvizzera għandhom jipprovdu lil xulxin b'kooperazzjoni amministrattiva adatta, b'mod partikolari għall-finijiet tal-verifika sussegwenti tal-provi tal-oriġini fir-rigward tal-materjali msemmija fl-ewwel subparagrafu. Id-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni amministrattiva stabbilita fil-Protokoll Nru 3 għall-Ftehim tat-22 ta' Lulju 1972 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera għandhom jiġu applikati.

    Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal prodotti tal-Kapitoli 1 sa 24 tas-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta' Merkanzija adottata mill-Organizzazzjoni stabbilita mill-Konvenzjoni li tistabbilixxi Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali, magħmula fi Brussell fil-15 ta' Diċembru 1950.

    3.   

    L-Unjoni u l-Iżvizzera b'dan jintrabtu li jaċċettaw provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni fil-forma ta' ċertifikati ta' oriġini ta' sostituzzjoni Formola A (“ċertifikati ta' sostituzzjoni”) maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Parti l-oħra u dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini magħmula minn rikonsenjaturi tal-Parti l-oħra, reġistrati għal dak il-għan.

    Kull Parti tista' tivvaluta l-eliġibbiltà għal trattament preferenzjali ta' prodotti koperti minn provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni skont il-leġiżlazzjoni proprja tagħha.

    4.   

    Kull Parti għandha tipprovdi li l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu rispettati qabel il-ħruġ jew it-tħejjija ta' prova tal-oriġini ta' sostituzzjoni:

    (a)

    provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jistgħu jinħarġu jew isiru biss jekk il-provi tal-oriġini inizjali kienu nħarġu jew tħejjew skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fl-Unjoni jew fl-Iżvizzera;

    (b)

    biss fejn prodotti ma jkunux ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa f'Parti, prova tal-oriġini jew prova tal-oriġini ta' sostituzzjoni tista' tiġi sostitwita bi prova tal-oriġini ta' sostituzzjoni waħda jew aktar għall-finijiet li jintbagħtu l-prodotti kollha, jew xi wħud minnhom, koperti mill-prova tal-oriġini inizjali minn dik il-Parti għall-Parti l-oħra;

    (c)

    il-prodotti għandhom ikunu baqgħu taħt is-superviżjoni doganali fil-Parti rikonsenjatriċi u ma għandhomx ikunu ġew alterati, trasformati bi kwalunkwe mod, jew soġġetti għal operazzjonijiet minbarra dawk meħtieġa għall-preżervazzjoni tagħhom fil-kundizzjoni tagħhom (“prinċipju ta' nonalterazzjoni”).

    (d)

    fil-każ fejn prodotti kisbu status oriġinarju taħt deroga għar-regoli ta' oriġini mogħtija minn Parti, provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni ma għandhomx jinħarġu jew isiru jekk il-prodotti jiġu rikonsenjati lill-Parti l-oħra;

    (e)

    il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jistgħu jinħarġu mill-awtoritajiet doganali jew jiġu magħmula mir-rikonsenjaturi fejn il-prodotti li għandhom jiġu rikonsenjati għat-territorju tal-Parti l-oħra jkunu kisbu status oriġinarju permezz ta' akkumulazzjoni reġjonali;

    (f)

    il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jistgħu jinħarġu mill-awtoritajiet doganali jew jiġu magħmula mir-rikonsenjaturi jekk il-prodotti li għandhom jiġu rikonsenjati għat-territorju tal-Parti l-oħra ma jingħatawx trattament preferenzjali mill-Parti rikonsenjatriċi.

    5.   

    Għall-finijiet tal-punt (c) tas-subparagrafu 4, għandu japplika dan li ġej:

    (a)

    fejn jidher li hemm raġunijiet għal dubju fir-rigward tal-konformità mal-prinċipju ta' nonalterazzjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Parti ta' destinazzjoni finali jistgħu jitolbu lid-dikjarant biex jipprovdi evidenza ta' konformità ma' dak il-prinċipju, li tista' tingħata bi kwalunkwe mod;

    (b)

    fuq it-talba tar-rikonsenjatur, l-awtoritajiet doganali tal-Parti rikonsenjatriċi għandhom jiċċertifikaw li l-prodotti baqgħu taħt is-superviżjoni doganali tul is-soġġorn tagħhom fit-territorju ta' dik il-Parti u li ma ngħatat l-ebda awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali biex matul il-ħażna tagħhom fit-territorju tal-Parti jiġu alterati, trasformati bi kwalunkwe mod, jew soġġetti għal ħidmiet minbarra dawk meħtieġa għall-preżervazzjoni tagħhom fil-kundizzjoni tagħhom;

    (c)

    fejn l-evidenza ta' sostituzzjoni hija ċertifikat ta' sostituzzjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Parti ta' destinazzjoni finali ma għandhomx jitolbu ċertifikat ta' nonmanipulazzjoni għaż-żmien li l-prodotti kienu fil-Parti l-oħra.

    6.   

    Kull Parti għandha tiżgura li:

    (a)

    fejn il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jikkorrispondu għall-provi tal-oriġini inizjali maħruġa jew magħmula fil-pajjiż benefiċjajru tal-iskema tas-SĠP tal-Unjoni u ta' dik tal-Iżvizzera, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni u tal-Iżvizzera għandhom jipprovdu lil xulxin b'kooperazzjoni amministrattiva adatta għall-finijiet ta' verifika sussegwenti ta' dawn il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni. Fuq it-talba tal-Parti ta' destinazzjoni finali, l-awtoritajiet doganali tal-Parti rikonsenjatriċi għandhom iniedu u jsewgu l-proċedura ta' verifika sussegwenti tal-provi tal-oriġini inizjali korrispondenti;

    (b)

    meta l-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jikkorrispondu għall-provi tal-oriġini inizjali maħruġa jew magħmula f'pajjiż esklussivament benefiċjarju tal-iskema tas-SĠP tal-Parti ta' destinazzjoni finali, dik il-Parti għandha twettaq il-proċedura ta' verifika sussegwenti tal-provi tal-oriġini inizjali f'kooperazzjoni mal-pajjiż benefiċjarju. Il-provi tal-oriġini inizjali li jikkorrispondu għall-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni taħt verifika jew, fejn ikun il-każ, kopji tal-provi tal-oriġini injizjali li jikkorrispondu għall-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni taħt verifika għandhom jiġu pprovduti mill-awtoritajiet doganali tal-Parti rikonsenjatriċi lill-awtoritajiet doganali tal-Parti ta' destinazzjoni finali sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-proċedura ta' verifika sussegwenti;

    7.   

    Kull Parti għandha tiżgura li:

    (a)

    il-kaxxa ta' fuq, fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandha tindika l-isem tal-pajjiż intermedjarju ta' rikonsenja fejn jinħareġ;

    (b)

    il-kaxxa 4 għandu jkun fiha l-kliem “replacement certificate” jew “certificat de remplacement” (“ċertifikat ta' sostituzzjoni”), kif ukoll id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali, Formola A, u n-numru tas-serje tiegħu;

    (c)

    l-isem tar-rikonsenjatur għandu jingħata fil-kaxxa 1;

    (d)

    l-isem tad-destinatarju finali jista' jingħata fil-kaxxa 2;

    (e)

    id-dettalji kollha tal-prodotti rikonsenjati li jidhru fuq iċ-ċertifikat inizjali għandhom jiġu trasferiti għall-kaxex 3 sa 9;

    (f)

    referenzi għall-fattura tar-rikonsenjatur jistgħu jingħataw fil-kaxxa 10;

    (g)

    l-awtorità doganali li ħarġet iċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandha tapprova l-kaxxa 11. Ir-responsabbiltà tal-awtorità hija limitata għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni. Id-dettalji fil-kaxxa 12 dwar il-pajjiż ta' oriġini u l-pajjiż ta' destinazzjoni finali għandhom jittieħdu miċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali Formola A. Ir-rikonsenjatur għandu jiffirma ċ-ċertifikat ta' oriġini fil-Kaxxa 12. Rikonsenjatur li jiffirma l-kaxxa 12 in bona fede ma għandux ikun responsabbli mill-preċiżjoni tad-dettalji mdaħħla fil-Formola A taċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali;

    (h)

    l-awtorità doganali li hija mitluba li toħroġ iċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandha tniżżel fuq il-Formola A taċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali l-piżijiet, in-numri u n-natura tal-prodotti mibgħuta u għandha tindika fuqha n-numri tas-serje ta' kull ċertifikat ta' sostituzzjoni. Hija għandha żżomm it-talba għaċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni kif ukoll iċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali Formola A għal mill-inqas tliet snin;

    (i)

    iċ-ċertifikati ta' oriġini ta' sostituzzjoni għandhom jitfasslu bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

    8.   

    Kull Parti għandha tipprovdi li:

    (a)

    ir-rikonsenjatur għandu jindika dan li ġej fuq kull dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini:

    (1)

    id-dettalji kollha tal-prodotti rikonsenjati meħuda mill-prova tal-oriġini inizjali;

    (2)

    id-data li fiha saret il-prova tal-oriġini inizjali;

    (3)

    id-dettalji tal-prova tal-oriġini inizjali inkluż, fejn ikun il-każ, informazzjoni dwar akkumulazzjoni applikata għall-merkanzija koperta mid-dikjarazzjoni ta' oriġini;

    (4)

    l-isem, l-indirizz u n-numru tal-esportatur reġistrat tar-rikonsenjatur;

    (5)

    l-isem u l-indirizz tad-destinatarju fl-Unjoni jew fl-Iżvizzera;

    (6)

    id-data u l-post meta u fejn issir id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini jew meta u fejn jinħareġ iċ-ċertifikat ta' oriġini;

    (b)

    kull dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandha tkun immarkata “Replacement statement” jew “Attestation de remplacement”;

    (c)

    id-dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandhom isiru mir-rikonsenjaturi reġistrati fis-sistema elettronika tal-awtoċertifikazzjoni tal-oriġini mill-esportaturi, jiġifieri s-sistema ta' Esportaturi Reġistrati (sistema REX, Registered Exporter system), irrispettivament mill-valur tal-prodotti oriġinarji li jkunu jinsabu fil-konsenja inizjali;

    (d)

    fejn prova tal-oriġini tiġi sostitwita, ir-rikonsenjatur għandu jindika dan li ġej fuq il-prova tal-oriġini inizjali:

    (1)

    id-data ta' meta ssir/jsiru d-dikjarazzjoni(jiet) ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini u l-kwantitajiet ta' merkanzija koperta mid-dikjarazzjoni(jiet) ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini;

    (2)

    l-isem u l-indirizz tar-rikonsenjatur;

    (3)

    l-isem u l-indirizz tad-destinatarju/i fl-Unjoni jew fl-Iżvizzera;

    (e)

    id-dikjarazzjoni inizjali dwar l-oriġini għandha tkun immarkata bil-kelma “Replaced” jew “Remplacé”;

    (f)

    dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandha tkun valida għal tnax-il xahar mid-data ta' meta ssir;

    (g)

    id-dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandhom jitfasslu bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

    9.   

    Il-provi tal-oriġini inizjali u kopji tal-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni għandhom jinżammu mir-rikonsenjatur għal mill-inqas tliet snin minn tmiem is-sena kalendarja li fiha nħarġu jew minn meta saru l-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni.

    10.   

    Il-Partijiet jaqblu li jikkondividu l-ispejjeż tas-sistema REX skont il-modalitajiet ta' kooperazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet.

    11.   

    Kwalunkwe differenza bejn il-Partijiet li tirriżulta mill-interpretazzjoni jew mill-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tiġi riżolta biss b'negozjati bilaterali bejn il-Partijiet. Jekk id-differenzi jistgħu jaffettwaw l-interessi tan-Norveġja u/jew tat-Turkija, dawn għandhom jiġu kkonsultati.

    12.   

    Il-Partijiet jistgħu jemendaw dan il-Ftehim bi ftehim reċiproku bil-miktub fi kwalunkwe ħin. Iż-żewġ Partijiet għandhom jidħlu f'konsultazzjoni fir-rigward ta' emendi possibbli għal dan il-Ftehim fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet. Jekk l-emendi jistgħu jaffettwaw l-interessi tan-Norveġja u/jew tat-Turkija, dawn għandhom jiġu kkonsultati. Emendi bħal dawn għandhom jidħlu fis-seħħ f'data miftiehma reċiprokament, ladarba ż-żewġ Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tar-rekwiżiti interni rispettivi tagħhom.

    13.   

    Fil-każ ta' dubji serji dwar il-funzjonament tajjeb ta' dan il-Ftehim, kwalunkwe Parti tista' tissospendi l-applikazzjoni tagħha dment li l-Parti l-oħra tkun ġiet innotifikata bil-miktub tliet xhur bil-quddiem.

    14.   

    Dan il-Ftehim jista' jintemm minn kwalunkwe Parti dment li l-Parti l-oħra tkun ġiet innotifikata bil-miktub tliet xhur bil-quddiem.

    15.   

    L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu japplika għal materjali li joriġinaw fin-Norveġja biss jekk il-Partijiet ikunu kkonkludew ftehim simili man-Norveġja u nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq ta' din il-kundizzjoni.

    16.   

    L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu japplika għal materjali li joriġinaw fit-Turkija (1) biss jekk il-Partijiet ikunu kkonkludew ftehim simili mat-Turkija u jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq ta' din il-kundizzjoni.

    17.   

    Mid-dħul fis-seħħ ta' ftehim bejn l-Iżvizzera u t-Turkija skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan il-Ftehim, u soġġett għal reċiproċità mit-Turkija, kull Parti tista' tipprovdi li provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni għal prodotti li jinkorporaw materjali li joriġinaw fit-Turkija li jkunu ġew proċessati taħt akkumulazzjoni bilaterali fil-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP jistgħu jinħarġu jew isiru fil-Partijiet.

    18.   

    Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ f'data miftiehma reċiprokament, ladarba l-Unjoni u l-Iżvizzera jkunu notifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri ta' adozzjoni interni meħtieġa tagħhom. Minn dik id-data, huwa għandu jissostitwixxi l-Ftehim fil-għamla ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità u kull wieħed mill-pajjiżi tal-EFTA li jikkonċedi preferenzi tat-tariffa skont is-SĠP (in-Norveġja u l-Isvizzera), li tipprovdi illi l-oġġetti li joriġinaw fin-Norveġja u fl-Isvizzera għandhom jiġu ttrattati mal-wasla tagħhom fit-territorju tad-dwana tal-Komunità bħala oġġetti b'kontenut ta' oriġini Komunitarju, iffirmat fl-14 ta' Diċembru 2000 (2).

    Inkun obbligat lejk jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma' dan t'hawn fuq.

    Għandi l-unur nipproponi li, jekk dan ta' hawn fuq huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera.

    Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni tal-ogħla rispett tiegħi.

    Съставено в Брюксел на

    Hecho en Bruselas, el

    V Bruselu dne

    Udfærdiget i Bruxelles, den

    Geschehen zu Brüssel am

    Brüssel,

    Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

    Done at Brussels,

    Fait à Bruxelles, le

    Sastavljeno u Bruxellesu

    Fatto a Bruxelles, addì

    Briselē,

    Priimta Briuselyje,

    Kelt Brüsszelben,

    Magħmul fi Brussell,

    Gedaan te Brussel,

    Sporządzono w Brukseli, dnia

    Feito em Bruxelas,

    Întocmit la Bruxelles,

    V Bruseli

    V Bruslju,

    Tehty Brysselissä

    Utfärdat i Bryssel den

    Image

    За Европейския съюз

    Рог la Unión Europea

    Za Evropskou unii

    For Den Europæiske Union

    Für die Europäische Union

    Euroopa Liidu nimel

    Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

    For the European Union

    Pour l'Union européenne

    Za Europsku uniju

    Per l'Unione europea

    Eiropas Savienības vārdā –

    Europos Sąjungos vardu

    Az Európai Unió részéről

    Għall-Unjoni Ewropea

    Voor de Europese Unie

    W imieniu Unii Europejskiej

    Pela União Europeia

    Pentru Uniunea Europeană

    Za Európsku úniu

    Za Evropsko unijo

    Euroopan unionin puolesta

    För Europeiska unionen

    Image

    B.   Ittra mill-Konfederazzjoni Żvizzera

    Sinjura,

    Għandi l-unur ninfurmak li rċevejna l-ittra tiegħek bid-data ta' llum li taqra kif ġej:

    “1.

    L-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) u l-Konfederazzjoni Żvizzera (“l-Iżvizzera”), bħala l-Partijiet għal dan il-Ftehim jirrikonoxxu li, għall-finijiet tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (“SĠP”), iż-żewġ Partijiet japplikaw regoli ta' oriġini simili bil-prinċipji ġenerali li ġejjin:

    (a)

    id-definizzjoni tal-kunċett ta' ‘prodotti oriġinarji’ msejsa fuq l-istess kriterji;

    (b)

    dispożizzjonijiet għal-akkumulazzjoni reġjonali ta' oriġini;

    (c)

    dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' akkumulazzjoni għal materjali li joriġinaw, fis-sens tar-regoli ta' oriġini tas-SĠP tagħhom, fl-Unjoni, fl-Iżvizzera, fin-Norveġja jew fit-Turkija;

    (d)

    dispożizzjonijiet għat-tolleranza ġenerali għal materjali mhux oriġinarji;

    (e)

    dispożizzjonijiet għan-nonalterazzjoni ta' prodotti mill-pajjiż benefiċjarju;

    (f)

    dispożizzjonijiet għall-ħruġ jew biex isiru provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni;

    (g)

    rekwiżit għall-kooperazzjoni amministrattiva mal-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi benefiċjarji dwar il-kwistjoni tal-provi tal-oriġini.

    2.

    L-Unjoni u l-Iżvizzera għandhom jirrikonoxxu li materjali li joriġinaw, fis-sens tar-regoli ta' oriġini tas-SĠP rispettivi tagħhom, fl-Unjoni, fl-Iżvizzera, fin-Norveġja jew fit-Turkija, jakkwistaw l-oriġini ta' pajjiż benefiċjarju tal-iskema tas-SĠP ta' kwalunkwe waħda mill-Partijiet jekk f'dak il-pajjiż benefiċjajru jgħaddu minn ħidma jew proċessar li jmur lil hinn mill-operazzjonijiet meqjusa bħala ħidma jew proċessar insuffiċjenti biex jingħata l-istatus ta' prodotti oriġinarji. Dan is-subparagrafu għandu japplika għal materjali oriġinarji fin-Norveġja u fit-Turkija, soġġett għat-twettiq tal-kundizzjonijiet stabbiliti rispettivament fil-paragrafi 15 u 16.

    L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni u tal-Iżvizzera għandhom jipprovdu lil xulxin b'kooperazzjoni amministrattiva adatta, b'mod partikolari għall-finijiet tal-verifika sussegwenti tal-provi tal-oriġini fir-rigward tal-materjali msemmija fl-ewwel subparagrafu. Id-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni amministrattiva stabbilita fil-Protokoll Nru 3 għall-Ftehim tat-22 ta' Lulju 1972 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera għandhom jiġu applikati.

    Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal prodotti tal-Kapitoli 1 sa 24 tas-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta' Merkanzija adottata mill-Organizzazzjoni stabbilita mill-Konvenzjoni li tistabbilixxi Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali, magħmula fi Brussell fil-15 ta' Diċembru 1950.

    3.

    L-Unjoni u l-Iżvizzera b'dan jintrabtu li jaċċettaw provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni fil-forma ta' ċertifikati ta' oriġini ta' sostituzzjoni Formola A (“ċertifikati ta' sostituzzjoni”) maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Parti l-oħra u dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini magħmula minn rikonsenjaturi tal-Parti l-oħra, reġistrati għal dak il-għan.

    Kull Parti tista' tivvaluta l-eliġibbiltà għal trattament preferenzjali ta' prodotti koperti minn provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni skont il-leġiżlazzjoni proprja tagħha.

    4.

    Kull Parti għandha tipprovdi li l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu rispettati qabel il-ħruġ jew it-tħejjija ta' prova tal-oriġini ta' sostituzzjoni:

    (a)

    provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jistgħu jinħarġu jew isiru biss jekk il-provi tal-oriġini inizjali kienu nħarġu jew tħejjew skont il-leġiżlazzjoni applikabbli fl-Unjoni jew fl-Iżvizzera;

    (b)

    biss fejn prodotti ma jkunux ġew rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa f'Parti, prova tal-oriġini jew prova tal-oriġini ta' sostituzzjoni tista' tiġi sostitwita bi prova tal-oriġini ta' sostituzzjoni waħda jew aktar għall-finijiet li jintbagħtu l-prodotti kollha, jew xi wħud minnhom, koperti mill-prova tal-oriġini inizjali minn dik il-Parti għall-Parti l-oħra;

    (c)

    il-prodotti għandhom ikunu baqgħu taħt is-superviżjoni doganali fil-Parti rikonsenjatriċi u ma għandhomx ikunu ġew alterati, trasformati bi kwalunkwe mod, jew soġġetti għal operazzjonijiet minbarra dawk meħtieġa għall-preżervazzjoni tagħhom fil-kundizzjoni tagħhom (“prinċipju ta' nonalterazzjoni”).

    (d)

    fil-każ fejn prodotti kisbu status oriġinarju taħt deroga għar-regoli ta' oriġini mogħtija minn Parti, provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni ma għandhomx jinħarġu jew isiru jekk il-prodotti jiġu rikonsenjati lill-Parti l-oħra;

    (e)

    il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jistgħu jinħarġu mill-awtoritajiet doganali jew jiġu magħmula mir-rikonsenjaturi fejn il-prodotti li għandhom jiġu rikonsenjati għat-territorju tal-Parti l-oħra jkunu kisbu status oriġinarju permezz ta' akkumulazzjoni reġjonali;

    (f)

    il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jistgħu jinħarġu mill-awtoritajiet doganali jew jiġu magħmula mir-rikonsenjaturi jekk il-prodotti li għandhom jiġu rikonsenjati għat-territorju tal-Parti l-oħra ma jingħatawx trattament preferenzjali mill-Parti rikonsenjatriċi.

    5.

    Għall-finijiet tal-punt (c) tas-subparagrafu 4, għandu japplika dan li ġej:

    (a)

    fejn jidher li hemm raġunijiet għal dubju fir-rigward tal-konformità mal-prinċipju ta' nonalterazzjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Parti ta' destinazzjoni finali jistgħu jitolbu lid-dikjarant biex jipprovdi evidenza ta' konformità ma' dak il-prinċipju, li tista' tingħata bi kwalunkwe mod;

    (b)

    fuq it-talba tar-rikonsenjatur, l-awtoritajiet doganali tal-Parti rikonsenjatriċi għandhom jiċċertifikaw li l-prodotti baqgħu taħt is-superviżjoni doganali tul is-soġġorn tagħhom fit-territorju ta' dik il-Parti u li ma ngħatat l-ebda awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet doganali biex matul il-ħażna tagħhom fit-territorju tal-Parti jiġu alterati, trasformati bi kwalunkwe mod, jew soġġetti għal ħidmiet minbarra dawk meħtieġa għall-preżervazzjoni tagħhom fil-kundizzjoni tagħhom;

    (c)

    fejn l-evidenza ta' sostituzzjoni hija ċertifikat ta' sostituzzjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Parti ta' destinazzjoni finali ma għandhomx jitolbu ċertifikat ta' nonmanipulazzjoni għaż-żmien li l-prodotti kienu fil-Parti l-oħra.

    6.

    Kull Parti għandha tiżgura li:

    (a)

    fejn il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jikkorrispondu għall-provi tal-oriġini inizjali maħruġa jew magħmula fil-pajjiż benefiċjajru tal-iskema tas-SĠP tal-Unjoni u ta' dik tal-Iżvizzera, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni u tal-Iżvizzera għandhom jipprovdu lil xulxin b'kooperazzjoni amministrattiva adatta għall-finijiet ta' verifika sussegwenti ta' dawn il-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni. Fuq it-talba tal-Parti ta' destinazzjoni finali, l-awtoritajiet doganali tal-Parti rikonsenjatriċi għandhom iniedu u jsewgu l-proċedura ta' verifika sussegwenti tal-provi tal-oriġini inizjali korrispondenti;

    (b)

    meta l-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni jikkorrispondu għall-provi tal-oriġini inizjali maħruġa jew magħmula f'pajjiż esklussivament benefiċjarju tal-iskema tas-SĠP tal-Parti ta' destinazzjoni finali, dik il-Parti għandha twettaq il-proċedura ta' verifika sussegwenti tal-provi tal-oriġini inizjali f'kooperazzjoni mal-pajjiż benefiċjarju. Il-provi tal-oriġini inizjali li jikkorrispondu għall-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni taħt verifika jew, fejn ikun il-każ, kopji tal-provi tal-oriġini injizjali li jikkorrispondu għall-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni taħt verifika għandhom jiġu pprovduti mill-awtoritajiet doganali tal-Parti rikonsenjatriċi lill-awtoritajiet doganali tal-Parti ta' destinazzjoni finali sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-proċedura ta' verifika sussegwenti;

    7.

    Kull Parti għandha tiżgura li:

    (a)

    il-kaxxa ta' fuq, fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandha tindika l-isem tal-pajjiż intermedjarju ta' rikonsenja fejn jinħareġ;

    (b)

    il-kaxxa 4 għandu jkun fiha l-kliem “replacement certificate” jew “certificat de remplacement” (“ċertifikat ta' sostituzzjoni”), kif ukoll id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali, Formola A, u n-numru tas-serje tiegħu;

    (c)

    l-isem tar-rikonsenjatur għandu jingħata fil-kaxxa 1;

    (d)

    l-isem tad-destinatarju finali jista' jingħata fil-kaxxa 2;

    (e)

    id-dettalji kollha tal-prodotti rikonsenjati li jidhru fuq iċ-ċertifikat inizjali għandhom jiġu trasferiti għall-kaxex 3 sa 9;

    (f)

    referenzi għall-fattura tar-rikonsenjatur jistgħu jingħataw fil-kaxxa 10;

    (g)

    l-awtorità doganali li ħarġet iċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandha tapprova l-kaxxa 11. Ir-responsabbiltà tal-awtorità hija limitata għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni. Id-dettalji fil-kaxxa 12 dwar il-pajjiż ta' oriġini u l-pajjiż ta' destinazzjoni finali għandhom jittieħdu miċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali Formola A. Ir-rikonsenjatur għandu jiffirma ċ-ċertifikat ta' oriġini fil-Kaxxa 12. Rikonsenjatur li jiffirma l-kaxxa 12 in bona fede ma għandux ikun responsabbli mill-preċiżjoni tad-dettalji mdaħħla fil-Formola A taċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali;

    (h)

    l-awtorità doganali li hija mitluba li toħroġ iċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni għandha tniżżel fuq il-Formola A taċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali l-piżijiet, in-numri u n-natura tal-prodotti mibgħuta u għandha tindika fuqha n-numri tas-serje ta' kull ċertifikat ta' sostituzzjoni. Hija għandha żżomm it-talba għaċ-ċertifikat ta' sostituzzjoni kif ukoll iċ-ċertifikat ta' oriġini inizjali Formola A għal mill-inqas tliet snin;

    (i)

    iċ-ċertifikati ta' oriġini ta' sostituzzjoni għandhom jitfasslu bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

    8.

    Kull Parti għandha tipprovdi li:

    (a)

    ir-rikonsenjatur għandu jindika dan li ġej fuq kull dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini:

    (1)

    id-dettalji kollha tal-prodotti rikonsenjati meħuda mill-prova tal-oriġini inizjali;

    (2)

    id-data li fiha saret il-prova tal-oriġini inizjali;

    (3)

    id-dettalji tal-prova tal-oriġini inizjali inkluż, fejn ikun il-każ, informazzjoni dwar akkumulazzjoni applikata għall-merkanzija koperta mid-dikjarazzjoni ta' oriġini;

    (4)

    l-isem, l-indirizz u n-numru tal-esportatur reġistrat tar-rikonsenjatur;

    (5)

    l-isem u l-indirizz tad-destinatarju fl-Unjoni jew fl-Iżvizzera;

    (6)

    id-data u l-post meta u fejn issir id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini jew meta u fejn jinħareġ iċ-ċertifikat ta' oriġini;

    (b)

    kull dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandha tkun immarkata “Replacement statement” jew “Attestation de remplacement”;

    (c)

    id-dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandhom isiru mir-rikonsenjaturi reġistrati fis-sistema elettronika tal-awtoċertifikazzjoni tal-oriġini mill-esportaturi, jiġifieri s-sistema ta' Esportaturi Reġistrati (sistema REX, Registered Exporter system), irrispettivament mill-valur tal-prodotti oriġinarji li jkunu jinsabu fil-konsenja inizjali;

    (d)

    fejn prova tal-oriġini tiġi sostitwita, ir-rikonsenjatur għandu jindika dan li ġej fuq il-prova tal-oriġini inizjali:

    (1)

    id-data ta' meta ssir/jsiru d-dikjarazzjoni(jiet) ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini u l-kwantitajiet ta' merkanzija koperta mid-dikjarazzjoni(jiet) ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini;

    (2)

    l-isem u l-indirizz tar-rikonsenjatur;

    (3)

    l-isem u l-indirizz tad-destinatarju/i fl-Unjoni jew fl-Iżvizzera;

    (e)

    id-dikjarazzjoni inizjali dwar l-oriġini għandha tkun immarkata bil-kelma “Replaced” jew “Remplacé”;

    (f)

    dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandha tkun valida għal tnax-il xahar mid-data ta' meta ssir;

    (g)

    id-dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandhom jitfasslu bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

    9.

    Il-provi tal-oriġini inizjali u kopji tal-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni għandhom jinżammu mir-rikonsenjatur għal mill-inqas tliet snin minn tmiem is-sena kalendarja li fiha nħarġu jew minn meta saru l-provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni.

    10.

    Il-Partijiet jaqblu li jikkondividu l-ispejjeż tas-sistema REX skont il-modalitajiet ta' kooperazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet.

    11.

    Kwalunkwe differenza bejn il-Partijiet li tirriżulta mill-interpretazzjoni jew mill-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tiġi riżolta biss b'negozjati bilaterali bejn il-Partijiet. Jekk id-differenzi jistgħu jaffettwaw l-interessi tan-Norveġja u/jew tat-Turkija, dawn għandhom jiġu kkonsultati.

    12.

    Il-Partijiet jistgħu jemendaw dan il-Ftehim bi ftehim reċiproku bil-miktub fi kwalunkwe ħin. Iż-żewġ Partijiet għandhom jidħlu f'konsultazzjoni fir-rigward ta' emendi possibbli għal dan il-Ftehim fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet. Jekk l-emendi jistgħu jaffettwaw l-interessi tan-Norveġja u/jew tat-Turkija, dawn għandhom jiġu kkonsultati. Emendi bħal dawn għandhom jidħlu fis-seħħ f'data miftiehma reċiprokament, ladarba ż-żewġ Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tar-rekwiżiti interni rispettivi tagħhom.

    13.

    Fil-każ ta' dubji serji dwar il-funzjonament tajjeb ta' dan il-Ftehim, kwalunkwe Parti tista' tissospendi l-applikazzjoni tagħha dment li l-Parti l-oħra tkun ġiet innotifikata bil-miktub tliet xhur bil-quddiem.

    14.

    Dan il-Ftehim jista' jintemm minn kwalunkwe Parti dment li l-Parti l-oħra tkun ġiet innotifikata bil-miktub tliet xhur bil-quddiem.

    15.

    L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu japplika għal materjali li joriġinaw fin-Norveġja biss jekk il-Partijiet ikunu kkonkludew ftehim simili man-Norveġja u nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq ta' din il-kundizzjoni.

    16.

    L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu japplika għal materjali li joriġinaw fit-Turkija (3) biss jekk il-Partijiet ikunu kkonkludew ftehim simili mat-Turkija u jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq ta' din il-kundizzjoni.

    17.

    Mid-dħul fis-seħħ ta' ftehim bejn l-Iżvizzera u t-Turkija skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan il-Ftehim, u soġġett għal reċiproċità mit-Turkija, kull Parti tista' tipprovdi li provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni għal prodotti li jinkorporaw materjali li joriġinaw fit-Turkija li jkunu ġew proċessati taħt akkumulazzjoni bilaterali fil-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP jistgħu jinħarġu jew isiru fil-Partijiet.

    18.

    Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ f'data miftiehma reċiprokament, ladarba l-Unjoni u l-Iżvizzera jkunu notifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri ta' adozzjoni interni meħtieġa tagħhom. Minn dik id-data, huwa għandu jissostitwixxi l-Ftehim fil-għamla ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità u kull wieħed mill-pajjiżi tal-EFTA li jikkonċedi preferenzi tat-tariffa skont is-SĠP (in-Norveġja u l-Isvizzera), li tipprovdi illi l-oġġetti li joriġinaw fin-Norveġja u fl-Isvizzera għandhom jiġu ttrattati mal-wasla tagħhom fit-territorju tad-dwana tal-Komunità bħala oġġetti b'kontenut ta' oriġini Komunitarju, iffirmat fl-14 ta' Diċembru 2000 (4).

    Inkun obbligat lejk jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma' dan t'hawn fuq.

    Għandi l-unur nipproponi li, jekk dan ta' hawn fuq huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħek, din l-ittra u l-konferma tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera.”.

    Għandi l-unur nikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħi mal-kontenut tal-ittra tiegħek.

    Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjura, l-assigurazzjoni tal-ogħla rispett tiegħi.

    Geschehen zu Brüssel am

    Fait à Bruxelles, le

    Fatto a Bruxelles, addì

    Съставено в Брюксел на

    Hecho en Bruselas, el

    V Bruselu dne

    Udfærdiget i Bruxelles, den

    Brüssel,

    Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

    Done at Brussels,

    Sastavljeno u Bruxellesu

    Briselē,

    Priimta Briuselyje,

    Kelt Brüsszelben,

    Magħmul fi Brussell,

    Gedaan te Brussel,

    Sporządzono w Brukseli, dnia

    Feito em Bruxelas,

    Întocmit la Bruxelles,

    V Bruseli

    V Bruslju,

    Tehty Brysselissä

    Utfärdat i Bryssel den

    Image

    Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

    Pour la Confédération suisse

    Per la Confederazione Svizzera

    За Конфедерация Швейцария

    Por la Confederación Suiza

    Za Švýcarskou konfederaci

    For Det Schweiziske Forbund

    Šveitsi Konföderatsiooni nimel

    Για την Ελβετική Συνομοσπονδία

    For the Swiss Confederation

    Za Švicarsku Konfederaciju

    Šveices Konfederācijas vārdā –

    Šveicarijos Konfederacijos vardu

    A Svájci Államszövetség részéről

    Għall-Konfederazzjoni Svizzera

    Voor de Zwitserse Bondsstaat

    W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej

    Pela Confederação Suíça

    Pentru Confederația Elvețiană

    Za Švajčiarsku konfederáciu

    Za Švicarsko konfederacijo

    Sveitsin valaliiton puolesta

    För Schweiziska edsförbundet

    Image


    (1)  L-Unjoni ssodisfat din il-kundizzjoni permezz tal-pubblikazzjoni tal-avviż mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali Komunitajru li jestendu s-sistema ta' akkumulazzjoni bilaterali stabbilita minn dak l-Artikolu għat-Turkija (ĠU C 134, 15.4.2016, p. 1).

    (2)  ĠU L 38, 8.2.2001, p. 25.

    (3)  L-Unjoni ssodisfat din il-kundizzjoni permezz tal-pubblikazzjoni tal-avviż mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali Komunitajru li jestendu s-sistema ta' akkumulazzjoni bilaterali stabbilita minn dak l-Artikolu għat-Turkija (ĠU C 134, 15.4.2016, p. 1).

    (4)  ĠU L 38, 8.2.2001, p. 25.


    Top