Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D1815

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2017 tas-17 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1815]

ĠU L 305, 29.11.2018, pp. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/1815/oj

29.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 305/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 51/2017

tas-17 ta' Marzu 2017

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/1815]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1822 tat-13 ta' Ottubru 2016 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għall-aklonifen, għad-deltametrin, għall-fluważinam, għall-metomil, għas-sulkotrijon u għat-tijodikarb f'ċerti prodotti jew fuqhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1866 tas-17 ta' Ottubru 2016 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għal 3-deċen-2-on, aċibenżolar-S-metil u eżaklorobenżen f'ċerti prodotti jew fuqhom (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 1822: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1822 tat-13 ta' Ottubru 2016 (ĠU L 281, 18.10.2016, p. 1),

32016 R 1866: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1866 tas-17 ta' Ottubru 2016 (ĠU L 286, 21.10.2016, p. 4),”

Artikolu 2

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32016 R 1822: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1822 tat-13 ta' Ottubru 2016 (ĠU L 281, 18.10.2016, p. 1),

32016 R 1866: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1866 tas-17 ta' Ottubru 2016 (ĠU L 286, 21.10.2016, p. 4).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2016/1822 u (UE) 2016/1866 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2017, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2017.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 281, 18.10.2016, p. 1.

(2)   ĠU L 286, 21.10.2016, p. 4.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top