EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22014A0611(02)

Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil

ĠU L 170, 11.6.2014, p. 50–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/344/oj

Related Council decision
Related Council decision

11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/50


ARRANĠAMENT

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil

L-UNJONI EWROPEA, minn issa 'l quddiem imsejħa “l-UE”,

min-naħa l-waħda, u

L-PRINĊIPAT TAL-LIECHTENSTEIN, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Liechtenstein”,

min-naħa l-oħra,

Wara li kkunsidraw l-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (1), minn hawn' il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament”,

Billi:

(1)

Ir-Regolament jistqarr li, biex iwettaq l-għan tiegħu, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “l-Uffiċċju ta' Appoġġ” għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi li kkonkludew ftehimiet mal-UE li permezz tagħhom huma adottaw u japplikaw il-liġi tal-UE fil-qasam kopert miir-Regolament, partikolarment l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera, minn issa 'l quddiem imsejħa “l-pajjiżi assoċjati”,

(2)

Il-Liechtenstein ikkonkluda ftehimiet mal-UE, li bis-saħħa tagħhom huwa adotta u japplika l-liġi tal-UE fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-Liechtenstein aderixxa mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jikkonċerna l-kriterji u l-mekkaniżmi għall-istabbiliment tal-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil depożitata fi Stat Membru jew fl-Isvizzera (2),

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Grad tal-parteċipazzjoni

Il-Liechtenstein jipparteċipa b'mod sħiħ fil-ħidma tal-Uffiċċju ta' Appoġġ u jkun intitolat li jirċievi azzjonijiet ta' sostenn mill-Uffiċċju ta' Appoġġ kif deskritt fir-Regolament u skont it-termini stabbiliti b'dan l-Arranġament.

Artikolu 2

Bord ta' Tmexxija

Il-Liechtenstein ikun rappreżentat fil-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Uffiċċju ta' Appoġġ bħala osservatur mingħajr id-dritt li jivvota.

Artikolu 3

Kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Il-Liechtenstein irid jikkontribwixxi għad-dħul tal-Uffiċċju ta' appoġġ is-somma annwali kkalkulata skont il-Prodott Domestiku Gross (PDG) bħala persentaġġ tal-PDG tal-Istati parteċipanti kollha skont il-formula stabbilita fl-Anness I.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-Paragrafu 1 ssir mill-jum wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Arranġament. L-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja titnaqqas b'mod proporzjonali skont iż-żmien li jkun baqa' fis-sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Arranġament.

Artikolu 4

Protezzjoni tad-Dejta

1.   Fl-applikazzjoni ta' dan l-Arranġament, il-Liechtenstein għandha tipproċessa d-dejta f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (3).

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Arranġament, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (4) huwa applikabbli għall-ipproċessar tad-dejta personali mwettaq mill-Uffiċċju ta' Appoġġ.

3.   Il-Liechtenstein għandu jirrispetta r-regoli dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti miżmuma mill-Uffiċċju ta' Appoġġ, kif stabbilit fir-Regoli ta' Proċedura tal-Bord tal-Amministrazzjoni.

Artikolu 5

Status Ġuridiku

L-Uffiċċju ta' Appoġġ ikollu personalità ġuridika skont il-liġi tal-Liechtenstein u jgawdi fil-Liechtenstein il-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridika skont il-liġi tal-Liechtenstein. Jista', b'mod partikolari, jakkwista jew jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u jista' jkun parti fi proċedimenti legali.

Artikolu 6

Responsabbiltà

Ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju ta' Appoġġ tkun regolata mill-Artikolu 45 (1), (3) u (5) tar-Regolament.

Artikolu 7

Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Il-Liechtenstein jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fuq l-Uffiċċju ta' Appoġġ, kif provdut fl-Artikolu 45 (2) u (4) tar-Regolament.

Artikolu 8

Persunal tal-Uffiċċju ta' Appoġġ

1.   Skont l-Artikolu 38 (1) u l-Artikolu 49 (1) tar-Regolament, ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, ir-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex ikunu applikati dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg u l-miżuri ta' implimentazzjoni adottati mill-Uffiċċju ta' Appoġġ skont l-Artikolu 38 (2) tar-Regolament japplikaw għaċ-ċittadini tal-Liechtenstein reklutati bħala membri tal-persunal mill-Uffiċċju ta' Appoġġ.

2.   B'deroga mill-Artikolu 12 (2) (a) u l-Artikolu 82 (3) (a) tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini tal-Liechtenstein li jgawdu d-drittijiet kollha tagħhom ta' ċittadini jistgħu jkunu impjegati b'kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju ta' Appoġġ skont ir-regoli eżistenti għall-għażla u l-ingaġġ tal-persunal adottati mill-Uffiċċju ta' Appoġġ.

3.   L-Artikolu 38 (4) tar-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għaċ-ċittadini tal-Liechtenstein.

4.   Iċ-ċittadini tal-Liechtenstein ma jistgħux, madankollu, jinħatru għal kariga ta' Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju ta' Appoġġ.

Artikolu 9

Privileġġi u immunitajiet

Il-Liechtenstein jrid japplika għall-Uffiċċju ta' Appoġġ u għall-persunal tiegħu l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (5) kif ukoll kwalunkwe regoli adottati skont dak il-Protokoll relatati ma' kwistjonijiet tal-persunal tal-Uffiċċju ta' Appoġġ.

Artikolu 10

Ġlieda kontra l-frodi

Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-Artikolu 44 tar-Regolament relatati mal-kontroll finanzjarju mill-UE fil-Liechtenstein li jikkonċernaw il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Uffiċċju ta' Appoġġ jinsabu fl-Anness II.

Artikolu 11

Kumitat

1.   Kumitat, kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Liechtenstein, jimmonitorja l-implimentazzjoni xierqa ta' dan l-Arranġament u jiżgura proċess kontinwu ta' għoti ta' informazzjoni u skambju ta' opinjonijiet f'dan ir-rigward. Għal raġunijiet prattiċi, il-Kumitat għandu jiltaqa' flimkien mal-Kumitati korrispondenti stabbiliti ma' pajjiżi oħra assoċjati parteċipanti abbażi tal-Artikolu 49 (1) tar-Regolament. Għandu jiltaqa' wara talba jew mil-Liechtenstein jew mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Uffiċċju ta' Appoġġ għandu jkun infurmat dwar il-ħidma tal-Kumitat.

2.   L-Informazzjoni dwar leġiżlazzjoni prevista tal-UE, li jew taffettwa direttament jew temenda r-Regolament jew li mistennija jkollha implikazzjoniet f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji stipulati fl-Artikolu 3 ta' dan l-Arranġament, tkun kondiviża u għandu jsir skambju ta' fehmiet dwarha fil-Kumitat.

Artikolu 12

Annessi

L-Annessi għal dan l-Arranġament jikkostitwixxu parti integrali minn dan l-Arranġament.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

1.   Il-Partijiet Kontraenti japprovaw dan l-Arranġament skont il-proċeduri proprji tagħhom interni. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija ta' dawk il-proċeduri.

2.   Dan l-Arranġament jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara l-jum tal-aħħar notifika msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 14

Terminazzjoni uvalidità

1.   Dan l-Arranġament għandu jkun għal perjodu mhux limitat.

2.   Kull Parti Kontraenti tista', wara konsultazzjoni fil-Kumitat, tiddenunzja dan l-Arranġament billi tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra. Dan l-Arranġament għandu jieqaf milli japplika sitt xhur wara d-data ta' din in-notifika.

3.   Dan l-Arranġament jiġi terminat f'każ ta' terminazzjoni tal-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-ħatra tal-Istat responsabbli mill-eżami ta' talba għall-ażil imressqa fi Stat Membru jew fl-Isvizzera (6).

4.   Dan l-Arranġament għandu jitfassal f'żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża, u kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на трети март две хиляди и четиринадесета година.

Hecho en Bruselas, el tres de marzo de dos mil catorce.

V Bruselu dne třetího března dva tisíce čtrnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den tredje marts to tusind og fjorten.

Geschehen zu Brüssel am dritten März zweitausendvierzehn.

Kahe tuhande neljateistkümnenda aasta märtsikuu kolmandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τρεις Μαρτίου δύο χιλιάδες δεκατέσσερα.

Done at Brussels on the third day of March in the year two thousand and fourteen.

Fait à Bruxelles, le trois mars deux mille quatorze.

Sastavljeno u Bruxellesu trećeg ožujka dvije tisuće četrnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì tre marzo duemilaquattordici.

Briselē, divi tūkstoši četrpadsmitā gada trešajā martā.

Priimta du tūkstančiai keturioliktų metų kovo trečią dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennegyedik év március havának harmadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tielet jum ta’ Marzu tas-sena elfejn u erbatax.

Gedaan te Brussel, de derde maart tweeduizend veertien.

Sporządzono w Brukseli dnia trzeciego marca roku dwa tysiące czternastego.

Feito em Bruxelas, em três de março de dois mil e catorze.

Întocmit la Bruxelles la trei martie două mii paisprezece.

V Bruseli tretieho marca dvetisícštrnásť.

V Bruslju, dne tretjega marca leta dva tisoč štirinajst.

Tehty Brysselissä kolmantena päivänä maaliskuuta vuonna kaksituhattaneljätoista.

Som skedde i Bryssel den tredje mars tjugohundrafjorton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Княжество Лихтенщайн

Por el principado de Liechtenstein

Za Lichtenštejnské knížectví

For Fyrstendømmet Liechtenstein

Für das Fürstentum Liechtenstein

Liechtensteini Vürstiriigi nimel

Για το Πριγκιπάτο του Λιχτενστάιν

For the Principality of Liechtenstein

Pour la Principauté de Liechtenstein

Za Kneževinu Lihtenštajn

Per il Principato del Liechtenstein

Lihtenšteinas Firstistes vārdā –

Lichtenšteino Kunigaikštystės vardu

A Liechtensteini Hercegség részéről

Għall-Prinċipat tal-Liechtenstein

Voor het Vorstendom Liechtenstein

W imieniu Księstwa Lichtensteinu

Pelo Principado do Listenstaine

Pentru Principatul Liechtenstein

Za Lichtenštajnské kniežatstvo

Za Kneževino Lihtenštajn

Liechtensteinin ruhtinaskunnan puolesta

För Furstendömet Liechtenstein

Image


(1)  ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(2)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 39.

(3)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1

(5)  ĠU C 83, 30.3.2010, p. 266.

(6)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 39.


ANNESS I

Il-formula biex tiġi kkalkolata l-kontribuzzjoni

1.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Liechtenstein għad-dħul tal-Uffiċċju ta' Appoġġ definita fl-Artikolu 33(3)(d) tar-Regolament għandha tiġi kkalkolata bil-mod li ġej:

L-aktar ċifri finali aġġornati tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-Liechtenstein disponibbli fil-31 ta' Marzu ta' kull sena jkunu diviżi bis-somma taċ-ċifri tal-PDG tal-Istati kollha li jipparteċipaw fl-Uffiċċju ta' Appoġġ disponibbli għall-istess sena. Il-persentaġġ miksub se jiġi applikat għall-parti tad-dħul awtorizzat tal-Uffiċċju ta' Appoġġ kif definit fl-Artikolu 33(3)(a) tar-Regolament fis-sena li qed tiġi analizzata sabiex jinkiseb l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Liechtenstein.

2.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja titħallas f'euro.

3.

Il-Liechtenstein għandu jħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu mhux aktar tard minn 45 jum wara li jirċievi n-nota ta' debitu. Kull dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni se jimplika l-ħlas ta' imgħax tal-inadempjenza mil-Liechtenstein fuq l-ammont pendenti mid-data dovuta. Ir-rata tal-imgħax tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid, kif ippubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar tad-data ta' skadenza, miżjuda bi 3,5 punti perċentwali.

4.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Liechtenstein tiġi adattata skont dan l-Anness meta l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni Ewropea li tiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-UE kif definit fl-Artikolu 33(3)(a) tar-Regolament tiżdied skont l-Artikoli 26, 27 jew 41 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1). F'tali każ, id-differenza tkun dovuta 45 jum wara li tasal in-nota ta' debitu.

5.

Fil-każ li l-krediti ta' ħlas tal-Uffiċċju ta' Appoġġ li jaslu għand l-UE skont l-Artikolu 33(3)(a) tar-Regolament relatat ma' sena N ma jintefqux sal-31 ta' Diċembru tas-sena N, jew li l-baġit tal-Uffiċċju ta' Appoġġ tas-sena N jitnaqqas skont l-Artikoli 26, 27 jew 41 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-parti ta' dawn il-krediti ta' ħlas li ma ntefqux jew li tnaqqsu u li huma korrispondenti għall-perċentwal tal-kontribuzzjoni magħmula mil-Liechtenstein, għandha tiġi trasferita għal fuq il-baġit tas-sena N + 1 tal-Uffiċċju ta' Appoġġ. Il-kontribuzzjoni tal-Liechtenstein għall-baġit tal-Uffiċċju ta' Appoġġ tas-sena N + 1 titnaqqas skont dan.


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


ANNESS II

Il-kontroll finanzjarju fir-rigward tal-parteċipanti mil-Liechtenstein fl-attivitajiet tal-Uffiċċju ta' Appoġġ

Artikolu 1

Komunikazzjoni diretta

L-Uffiċċju ta' Appoġġ u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew mal-entitajiet kollha stabbiliti fil-Liechtenstein u li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Uffiċċju ta' Appoġġ, bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Uffiċċju ta' Appoġġ, riċevituri ta' ħlasijiet mill-Uffiċċju ta' Appoġġ jew mill-baġit tal-UE, jew bħala sottokuntratturi. Dawn il-persuni jistgħu jittrażmettu direttament lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Uffiċċju ta' Appoġġ l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma meħtieġa li jintbagħtu abbażi tal-istrumenti msemmija f'dan l-Arranġament u abbażi ta' kuntratti jew ta' ftehimiet konklużi kif ukoll ta' kwalunkwe deċiżjoni meħuda skonthom.

Artikolu 2

Awditjar

1.   Skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) u flimkien mal-istrumenti l-oħra msemmija f'dan l-Arranġament, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi kif ukoll id-deċiżjonijiet meħuda ma' benefiċjarji stabbiliti fil-Liechtenstein jistgħu jipprovdu għal awditjar xjentifiku, finanzjarju, teknoloġiku jew awditjar ieħor li jista' jitwettaq f'kull ħin fil-bini tal-benefiċjarji u tas-sottokuntratturi tagħhom mill-uffiċjali tal-Uffiċċju ta' Appoġġ u l-uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea jew minn persuni oħra awtorizzati mill-Uffiċċju ta' Appoġġ u mill-Kummissjoni Ewropea.

2.   L-uffiċjali tal-Uffiċċju tal-Appoġġ u tal-Kummissjoni Ewropea u persuni oħra awtorizzati mill-Uffiċċju tal-Appoġġ u mill-Kummissjoni Ewropea għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, għax-xogħlijiet u għad-dokumenti, kif ukoll għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu awditjar bħal dan, inkluż fil-forma elettronika. Dan id-dritt għall-aċċess għandu jiġi espliċitament stipulat fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f'dan l-Arranġament.

3.   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri jkollha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni Ewropea.

4.   L-awditjar jista' jsir sa ħames snin wara l-iskadenza ta' dan l-Arranġament jew skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.

5.   L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tal-Liechtenstein jiġi mgħarraf minn qabel bl-awditjar li jsir fit-territorju tal-Liechtenstein. Din l-informazzjoni mhijiex kundizzjoni legali għat-twettiq ta' awditjar bħal dan.

Artikolu 3

Verifiki fuq il-post

1.   Skont dan l-Arranġament, il-Kummissjoni Ewropea (OLAF) tkun awtorizzata li twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju tal-Liechtenstein, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (3).

2.   Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jitħejjew u jitmexxew mill-Kummissjoni Ewropea b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tal-Liechtenstein jew ma' awtoritajiet kompetenti oħra fil-Liechtenstein maħtura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar tal-Liechtenstein, li għandhom ikunu informati fil-ħin dwar l-oġġett, l-iskop u l-bażi ġuridika tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna meħtieġa. Għal dan l-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti fil-Liechtenstein jistgħu jieħdu sehem fil-verifiki u l-ispezzjonijiet ta' fuq il-post.

3.   Jekk l-awtoritajiet tal-Liechtenstein ikkonċernati jixtiequ, il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru b'mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea u minnhom.

4.   Jekk il-parteċipanti fil-programm jopponu għal verifika jew għal spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet tal-Liechtenstein, filwaqt li jaġixxu b'konformità mar-regoli nazzjonali, iridu jagħtu assistenza kif meħtieġ lill-ispetturi tal-Kummissjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom fit-twettiq ta' kontroll jew ta' spezzjoni fuq il-post.

5.   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tirrapporta malajr kemm jista' jkun lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjiar tal-Liechtenstein kwalunkwe fatt jew suspett relatat ma' irregolarità li jkun ġie notifikat lilha matul il-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni trid tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq dwar ir-riżultat ta' dawn il-verifiki u l-spezzjonijiet.

Artikolu 4

Informazzjoni u konsultazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni korretta ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti tal-Liechtenstein u tal-UE għandhom regolarment jiskambjaw l-informazzjoni bejniethom u, f'każ li jkun hemm talba minn waħda mill-Partijiet Kontraenti, iwettqu konsultazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Liechtenstein għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-Uffiċċju tal-Appoġġ u lill-Kummissjoni Ewropea bi kwalunkwe fatt jew suspett li jkun ġie notifikat lilhom relatat ma' xi irregolarità marbut mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet stipulati fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f'dan l-Arranġament.

Artikolu 5

Kunfidenzjalità

Informazzjoni komunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skont dan l-Anness tkun koperta bis-segretezza professjonali u mħarsa bl-istess mod bħalma informazzjoni simili hija mħarsa permezz tal-liġi tal-Liechtenstein u permezz ta' dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-UE. Din l-informazzjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata lil persuni oħrajn ħlief lil dawk fl-istituzzjonijiet tal-UE, fl-Istati Membri jew fil-Liechtenstein, li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu jafuha, u lanqas ma tista' tintuża għal skopijiet oħra ħlief dawk li jservu biex jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 6

Miżuri u penali amministrattivi

Bla preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali tal-Liechtenstein, miżuri u penali amministrattivi jistgħu jiġu imposti mill-Uffiċċju ta' Appoġġ jew mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta' delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (4) u skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (5).

Artikolu 7

Irkupru u infurzar

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Uffiċċju ta' Appoġġ jew mill-Kummissjoni Ewropea fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Arranġament li jimponu obbligu ta' ħlas ta' flus fuq persuni oħra għajr l-Istati għandhom jiġu infurzati fil-Liechtenstein. L-ordni ta' infurzar tinħareġ, mingħajr aktar kontrolli apparti mill-verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern tal-Liechtenstein, li għandu jinfurma b'dan lill-Uffiċċju ta' Appoġġ jew lill-Kummissjoni Ewropea. L-infurzar iseħħ f'konformità mar-regoli ta' proċedura tal-Liechtenstein. Il-legalità tad-deċiżjoni ta' infurzar tkun suġġetta għall-kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Is-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont klawsola ta' arbitraġġ, ikunu infurzabbli fuq l-istess termini.


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 652/2008 (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 23).

(3)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(4)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

(5)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.


Top