Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0120

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2010 tal- 10 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 58, 3.3.2011, pp. 77–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/120(2)/oj

3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/77


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 120/2010

tal-10 ta’ Novembru 2010

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IX tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 85/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (riformulazzjoni) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/83/KE tas-27 ta’ Lulju 2009 li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet tekniċi li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tar-riskju (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummisssjoni 2009/384/KE tat-30 ta’ April 2009 dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Id-Direttiva 2009/65/KE tħassar, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE (6), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha għaldaqstant titħassar taħt l-istess Ftehim b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011.

(7)

Id-Direttiva 2009/110/KE tħassar, b’effett mit-30 ta’ April 2011, id-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha għaldaqstant titħassar taħt l-istess Ftehim b’effett mit-30 ta’ April 2011.

(8)

Id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), li hija inkorporata fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2003 (9) tas-26 ta’ Settembru 2003, tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 77/92/KEE (10), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha għaldaqstant titħassar taħt l-istess Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punti 30 (id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE) u 30a (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/16/KE) għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid bħala l-punti 30a u 30b rispettivament.

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal qabel il-punt il-ġdid 30a (id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE):

“30.

32009 L 0065: Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (riformulazzjoni) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).”

3.

It-test tal-punt il-ġdid 30a (id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE) għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011.

4.

Il-punt 15 (id-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għadu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 15a.

5.

Dan il-punt li ġej għandu jiddaħħal qabel il-punt il-ġdid 15a (id-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“15.

32009 L 0110: Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).”

6.

It-test tal-punt il-ġdid 15a (id-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar b’seħħ mit-30 ta’ April 2011.

7.

L-inċiż li ġej għandu jinżdied fil-punt 14 (id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 L 0083: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/83/KE tas-27 ta’ Lulju 2009 (ĠU L 196, 28.7.2009, p. 14),

32009 L 0110: Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).”

8.

L-inċiż li ġej għandu jinżdied fil-punt 23b (id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32009 L 0110: Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).”

9.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 43 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/657/KE):

“44.

32009 H 0384: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2009/384/KE tat-30 ta’ April 2009 dwar il-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 22).”

10.

It-test tal-punt 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/92/KEE) għandu jitħassar.

11.

Il-punti 29f (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/72/KE) u 29 g (id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid bħala l-punti 29c u 29d rispettivament.

12.

Il-punt 29ga (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE) għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 29da.

13.

Il-punt 29h (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007) għandu jiġi nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 29e.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet Nri 2009/65/KE, 2009/83/KE u 2009/110/KE u tar-Rakkomandazzjoni 2009/384/KE fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 277, 21.10.2010, p. 39.

(2)   ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.

(3)   ĠU L 196, 28.7.2009, p. 14.

(4)   ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7.

(5)   ĠU L 120, 15.5.2009, p. 22.

(6)   ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3.

(7)   ĠU L 275, 27.10.2000, p. 39.

(8)   ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3.

(9)   ĠU L 331, 18.12.2003, p. 34.

(10)   ĠU L 26, 31.1.1977, p. 14

(*1)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


Top