This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0018
Decision of the EEA Joint Committee No 18/2009 of 5 February 2009 amending Annex XX (Environment) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2009 tal- 5 ta’ Frar 2009 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2009 tal- 5 ta’ Frar 2009 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 73, 19.3.2009, p. 57–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
19.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/57 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 18/2009
tal-5 ta’ Frar 2009
li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (1). |
(2) |
Id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-ġestjoni ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 32fd (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/329/KE):
|
(2) |
Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 1i (id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendat b’:
|
Artikolu 2
It-test tad-Direttiva 2006/21/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta’ Frar 2009, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 339, 18.12.2008, p. 114.
(2) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.
(*) Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.