This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22009D0006
Decision of the EEA Joint Committee No 6/2009 of 5 February 2009 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2009 tal- 5 ta’ Frar 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2009 tal- 5 ta’ Frar 2009 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 73, 19.3.2009, p. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
19.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 6/2009
tal-5 ta’ Frar 2009
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 99/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) tal-4 ta’ Marzu 2008 li jemenda l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward ta’ gamithromycin Test b’relevanza għaż-ŻEE (2) għandu jkun integrat fil-Ftehim. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 542/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Anness I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi kull proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward ta’ cyfluthrin u lectin estratti minn fażola ħamra (Phaseolus vulgaris) (3) għandu jkun integrat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 14 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II li hemm mal-Ftehim:
“— |
32008 R 0203: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 203/2008 tal-4 ta’ Marzu 2008 (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 18), |
— |
32008 R 0542: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 542/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 157, 17.6.2008, p. 43).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 203/2008 u 542/2008 fil-lingwa Iżlandiż u dik Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta’ Frar 2009, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Frar 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 309, 20.11.2008, p. 21.
(3) ĠU L 157, 17.6.2008, p. 43.
(*) M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.