EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0001

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2009 tal- 5 ta’ Frar 2009 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 73, 19.3.2009, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/1(1)/oj

19.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 1/2009

tal-5 ta’ Frar 2009

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2008 tat-25 ta’ April 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1500/2007 tat-18 ta’ Diċembru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għal 6-phytase KE 3.1.3.26 (Ronozyme) bħala addittiv tal-għalf (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/2007 tat-18 ta’ Diċembru 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għal endo-1,4-beta xylanase EC 3.2.1.8 (Safizym X) bħala addittiv fl-għalf (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1519/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2430/1999, (KE) Nru 418/2001 u (KE) Nru 162/2003 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni ta’ ċerti addittivi fl-oġġetti tal-għalf li jagħmlu parti mill-grupp tal-coccidiostats u ta’ sustanzi mediċinali oħrajn (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-oġġetti tal-għalf (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1521/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għal Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) bħala addittiv tal-għalf (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(7)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1k (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/1999):

“—

32007 R 1519: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1519/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 15).”

(2)

Li ġej għandu jigi miżjud mal-punti 1t (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2001) u 37 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 162/2003):

“, kif emendat b’:

32007 R 1519: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1519/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 15).”

(3)

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 1zzzze (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1380/2007):

“1zzzzf.

32007 R 1500: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1500/2007 tat-18 ta’ Diċembru 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għal 6-phytase EC 3.1.3.26 (Ronozyme) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 333, 19.12.2007, p. 54).

1zzzzg.

32007 R 1501: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/2007 tat-18 ta’ Diċembru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għal endo-1,4-beta xylanase KE 3.2.1.8 (Safizym X) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 333, 19.12.2007, p. 57).

1zzzzh.

32007 R 1520: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta’ ċerti addittivi fil-għalf (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 17).

1zzzzi.

32007 R 1521: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1521/2007 tal-19 ta’ Diċembru 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għal Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) bħala addittiv tal-għalf (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 24).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1500/2007, Nru 1501/2007, Nru 1519/2007, Nru 1520/2007 u Nru 1521/2001, fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta’ Frar 2009, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Frar 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 36.

(2)  ĠU L 333, 19.12.2007, p. 54.

(3)  ĠU L 333, 19.12.2007, p. 57.

(4)  ĠU L 335, 20.12.2007, p. 15.

(5)  ĠU L 335, 20.12.2007, p. 17.

(6)  ĠU L 335, 20.12.2007, p. 24.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top