Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007A0228(01)

    Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli abbażi ta' l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea

    ĠU L 61, 28.2.2007, p. 29–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 137–154 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2007/138/oj

    Related Council decision

    22007A0228(01)

    Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli abbażi ta' l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea

    Official Journal L 061 , 28/02/2007 P. 0029 - 0046
    Official Journal L 004 , 08/01/2008 P. 0137 - 0154


    20070222

    Ftehim

    fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli abbażi ta' l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea

    A. Ittra mill-Komunità Ewropea

    Brussell

    Sinjur,

    Għandi l-unur li nirriferi għan-negozjati kummerċjali bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda dwar prodotti agrikoli, li saru mis- 6 ta' Marzu 2005 sa l- 14 ta' Diċembru 2006 abbażi ta' l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

    Bil-għan li jitrawwem żvilupp ta' kummerċ armonjuż bejn il-Partijiet, il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda qablu dwar preferenzi kummerċjali bilaterali addizzjonali rigward prodotti agrikoli, b'kont debitament meħud tal-linji politiċi agrikoli u ċ-ċirkostanzi rispettivi, inkużi l-evoluzzjoni tal-kummerċ bilaterali u kummerċ ma' imsieħba oħra.

    Jiena hawnhekk nikkonferma li r-riżultati tan-negozjati kienu kif ġej:

    1. Mill- 1 ta' Marzu 2007, il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda ser jikkonsolidaw b'mod reċiproku f'livell bilaterali il-linji eżistenti ta' żero dazju doganali, kemm jekk ikunu dazji applikati kif ukoll jekk ikunu konċessjonijiet eżistenti, u, jekk ma jkunux diġà fil-livell ta' żero, jeliminaw b'mod reċiproku d-dazji doganali fuq importazzjonijiet bilaterali, għall-prodotti kollha li joriġinaw fil-Partijiet, li huma elenkati fl-Anness I.

    2. Mill- 1 ta' Marzu 2007, il-Komunità Ewropea ser tipprovdi kwoti tariffarji fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti li joriġinaw fl-Iżlanda, li huma elenkati fl-Anness II.

    3. Mill- 1 ta' Marzu 2007, ir-Repubblika ta' l-Iżlanda ser tipprovdi kwoti tariffarji fuq l-importazzjonijiet fl-Iżlanda ta' prodotti li joriġinaw fil-Komunità, li huma elenkati fl-Anness III.

    4. Mill- 1 ta' Marzu 2007 ir-Repubblika ta' l-Iżlanda ser tagħti lill-Komunità Ewropea t-tariffi preferenzjali elenkati fl-Anness IV.

    Dawn il-konċessjonijiet bilaterali jissostitwixxu u jikkonsolidaw il-konċessjonijiet bilaterali eżistenti kollha fi prodotti agrikoli li huma fis-seħħ attwalment, bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea [1].

    5. Ir-Repubblika ta' l-Iżlanda taqbel li ttemm ir-riduzzjonijiet erga omnes unilaterali u temporanji tagħha fit-tariffi applikati fuq prodotti agrikoli li kienu stabbiliti fl-2002 u li ġġeddu sa issa fuq bażi annwali.

    6. Id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 3 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda [2] rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" u l-metodi ta' koperazzjoni għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-prodotti msemmijin fl-Annessi I, II, III u IV.

    7. Il-Partijiet ser jieħdu passi sabiex jiżguraw li l-benefiċċji, li huma jagħtu lil xulxin, ma jiġux mhedda b'miżuri ta' importazzjoni restrittivi oħra.

    8. Il-Partijiet jiftiehmu li jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-kwoti tariffarji jiġu ġestiti b'tali mod li l-importazzjonijiet ikunu jistgħu jsiru regolarment u li l-kwantitajiet miftiehma għall-importazzjoni jkunu jistgħu jiġu importati b'mod effettiv.

    9. Il-Partijiet jiftiehmu li jagħmlu ħilithom sabiex jippromwovu l-kummerċ ta' prodotti li jirrispettaw l-ambjent u prodotti b'indikazzjoni ġeografika. Il-Partijiet jiftiehmu li jimpenjaw ruħhom f'diskussjoni bilaterali ulterjuri bil-ħsieb li jifhmu aħjar il-leġislazzjoni rispettiva u l-proċeduri ta' reġistrazzjoni, sabiex jiġu identifikati modi li jsaħħu l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi fit-territorji taż-żewġ Partijiet.

    10. Il-Partijiet jiftiehmu li f'intervalli regolari jiskambjaw informazzjoni dwar prodotti kummerċjalizzati, il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji, il-kwotazzjonijiet ta' prezzijiet u kwalunkwe informazzjoni utli rigward is-swieq domestiċi rispettivi u l-implimentazzjoni tar-riżultati ta' dawn in-negozjati.

    11. Ser isiru konsultazzjonijiet fuq talba ta' kwalunkwe Parti dwar kull mistoqsija relatata ma' l-implimentazzjoni tar-riżultati ta' dawn in-negozjati. F'każ ta' diffikultà fl-implimentazzjoni tar-riżultati ta' dawn in-negozjati, dawn il-konsultazzjonijiet ser isiru malajr kemm jista' jkun, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' miżuri korrettivi xierqa.

    12. L-ewwel konsultazzjonijiet relatati mar-riżultati ta' dawn in-negozjati ser isiru qabel jiġu stabbiliti dawk l-arranġamenti implimentattivi, bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni bla xkiel ta' dawn in-negozjati.

    13. Ir-riżultati ta' dawn in-negozjati ser jiġu implimentati mill- 1 ta' Marzu 2007 [3]. Fejn meħtieġ, il-kwoti tariffarji ser jinfetħu fuq bażi pro-rata.

    14. Il-Partijiet jiftiehmu li jissoktaw in-negozjati bilaterali fil-qafas ta' l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea fi żmien sentejn, b'kunsiderazzjoni partikolari tar-riżultat tal-proċess ta' negozjati tad-WTO fl-agrikoltura.

    Jiena għandi l-unur li nikkonferma li l-Komunità Ewropea taqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.

    Inkun obbligat jekk tikkonferma li l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Iżlanda jaqbel ma' dan ta' hawn fuq.

    Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

    Съставено в Брюксел на двадесет и втори февруари две хиляди и седма година

    Hecho en Bruselas, el veintidós de febrero del dos mil siete.

    V Bruselu dne dvacátého druhého února dva tisíce sedm.

    Udfærdiget i Bruxelles den toogtyvende februar to tusind og syv.

    Geschehen zu Brüssel am zweiundzwanzigsten Februar zweitausendsieben.

    Kahe tuhande kuuenda aasta veebruarikuu kaheteistkümnendal päeval Brüsselis.

    Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι δύο Φεβρουαρίου δύο χιλιάδες επτά.

    Done at Brussels, on the twenty-second day of February in the Year two thousand and seven.

    Fait à Bruxelles, le vingt-deux février deux mille sept.

    Fatto a Bruxelles, addì ventidue febbraio duemilasette.

    Briselē, divtūkstoš septītā gada divdesmit otrajā februārī.

    Priimta du tūkstančiai septintų metų vasario dvidešimt antrą dieną Briuselyje.

    Kelt Brüsszelben, a kettőezer hetedik év február huszonkettedik napján.

    Magħmul fi Brussel, fit- tnejn u għoxrin jum ta' Frart tas-sena elfejn u sebgħa

    Gedaan te Brussel, de tweeëntwintigste februari tweeduizend zeven.

    Sporządzono w Brukseli, dnia dwudziestego drugiego lutego roku dwa tysiące siódmego.

    Feito em Bruxelas, em vinte e dois de Fevereiro de dois mil e sete.

    Întocmit la Bruxelles, douăzeci și doi februarie două mii șapte.

    V Bruseli dňa dvadsiateho druhého februára dvetisícsedem.

    V Bruslju, dvaindvajsetega februarja leta dva tisoč sedem.

    Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenätoisena päivänä helmikuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

    Som skedde i Bryssel den tjugoandra februari tjugohundrasju.

    За Европейската общност

    Por la Comunidad Europea

    Za Evropské společenství

    For Det Europæiske Fællesskab

    Für die Europäische Gemeinschaft

    Euroopa Ühenduse nimel

    Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

    For the European Community

    Pour la Communauté européenne

    Per la Comunità europea

    Eiropas Kopienas vārdā

    Europos bendrijos vardu

    az Európai Közösség részéről

    Għall-Kominità Ewropea

    Voor de Europese Gemeenschap

    W imieniu Wspólnoty Europejskiej

    Pela Communidade Europeia

    Pentru Comunitatea Europeană

    Za Európske spoločenstvo

    za Evropsko skupnost

    Euroopan yhteisön puolesta

    På Europeiska gemenskapens vägnar

    +++++ TIFF +++++

    20070222

    ANNESS I

    Il-kummerċ bilaterali fil-prodotti tal-kapitoli jew il-partijiet, li ġejjin, ta' kapitoli sar liberu:

    ex Kapitolu 1, Annimali ħajjin:

    Kodiċi Iżlandiż | Deskrizzjoni Iżlandiża tal-prodotti | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni tan-NM tal-prodotti |

    0101 | Żwiemel, ħmir, bgħula tal-ġarr u bgħula ta' l-irkib ħajjin | 0101 | Żwiemel, ħmir, bgħula tal-ġarr u bgħula ta' l-irkib ħajjin |

    ex Kapitolu 2, Laħam u l-ġewwieni ta' annimali tajjeb għall-ikel:

    Kodiċi Iżlandiż | Deskrizzjoni Iżlandiża tal-prodotti | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni tan-NM tal-prodotti |

    ex0208.9008 | karkassi u nofsijiet ta' karkassi tal-laħam tar-renni, friżati | ex02089060 | karkassi u nofsijiet ta' karkassi tal-laħam tar- renni, friżati |

    ex Kapitolu 4, Prodotti tal-ħalib; bajd ta' l-għasafar; għasel naturali; prodotti tajbin għall-ikel u li ġejjin mill-annimali, li mhumiex speċifikati jew inkluzi x'imkien ieħor:

    Kodiċi Iżlandiż | Deskrizzjoni Iżlandiża tal-prodotti | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni tan-NM tal-prodotti |

    0409 | Għasel naturali | 04090000 | Għasel naturali |

    0410 | Prodotti tajbin għall-ikel li ġejjin mill-annimali, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor | 04100000 | Prodotti tajbin għall-ikel li ġejjin mill-annimali, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor |

    Kapitolu 5 [1], Prodotti li ġejjin mill-annimali, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor |

    ex Kapitolu 6, Siġar ħajjin u pjanti oħrajn; basal, għeruq u oġġetti simili; fjuri maqtugħin u weraq ornamentali:

    Kodiċi Iżlandiż | Deskrizzjoni Iżlandiża tal-Prodotti | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni tan-NM tal-prodotti |

    0601 | Basal, tuberi, għeruq tuberużi, basal tal-qasab, kuruni ta' zkuk u riżomi, fl-istat ta' rqad, ta' tkabbir jew ta' fjur; pjanti taċ-ċikwejra u għeruq oħra minbarra l-għeruq ta' l-intestatura 1212 | 0601 | Basal, tuberi, għeruq tuberużi, basal tal-qasab, kuruni ta' zkuk u riżomi, fl-istat ta' rqad, ta' tkabbir jew ta' fjur; pjanti taċ-ċikwejra u għeruq oħra minbarra l-għeruq ta' l-intestatura 1212 |

    ex0602 | Pjanti ħajjin oħra (inkluż l-għeruq tagħhom), tirqid u fergħat għat-tħawwil; iż-żgħir tal-faqqiegħ: | ex0602 | Pjanti ħajjin oħra (inkluż l-għeruq tagħhom), tirqid u fergħat għat-tħawwil; iż-żgħir tal-faqqiegħ: |

    – Pjanti oħra minbarra dawk imħawla ġewwa mhux itwal minn 1m (l-intestatura ta' tariffi 0602.9095) | ex06029091 ex06029099 | Pjanti ta' ġewwa oħra, minbarra kakti u pjanti li jikbru ma' ħajt, pjanti mħawla tal-ġeneru Bromelia, il-pjanti Erica gracilis u calluna, orkidej u pjanti mħawla oħra mhux itwal minn 1 m |

    ex0603 | Fjuri maqtugħin u ż-żahar ta' fjuri ta' tip adatt għal bukketti jew għal skopijiet ornamentali, friski, imnixxfin, miżbugħin, ibbliċjati, imdakkra jew ippreparati b'xi mod ieħor: | ex0603 | Fjuri maqtugħin u ż-żahar ta' fjuri ta' tip adatt għal bukketti jew għal skopijiet ornamentali, friski, imnixxfin, miżbugħin, ibbliċjati, imdakkra jew ippreparati b'xi mod ieħor: |

    0603.1001 | – – Importati mill-1 ta' Diċembru sat-30 ta' April | ex06031020 | Qronfol, friski, minbarra dawk importati mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' Novembru |

    0603.1003 | – Tal-ġeneri Protea, Banksis, Leucadendron u Brunia | 06031030 | Orkidej |

    ex06031080 | Fjuri friski tal-ġeneri Protea, Banksis, Leucadendron, Brunia u Forsythia |

    0603.1004 | – Fergħat maqtugħin b'berries jew frott fuqhom, mhux tajbin għall-ikel, tal-ġeneru: Ligustrum, Callicarpa, Gossypium, Hypericum, Ilex jew Symphoricarpos | | |

    0603.1005 | – Fjuri ta' l-Orkidej | | |

    0603.1006 | – Forsythia | | |

    0603.9000 | – Oħrajn | 06039000 | Oħrajn |

    0604 | Weraq, fergħat u partijiet oħra ta' pjanti, mingħajr fjuri jew żahar ta' fjuri, u ħaxix, ħażiż u likeni, bħala oġġetti ta' tip adatt għal bukketti jew għal skopijiet ornamentali, friski, imnixxfin, miżbugħin, ibbliċjati, imdakkra jew ippreparati b'xi mod ieħor | 0604 | Weraq, fergħat u partijiet oħra ta' pjanti, mingħajr fjuri jew żahar ta' fjuri, u ħaxix, ħażiż u likeni, bħala oġġetti ta' tip adatt għal bukketti jew għal skopijiet ornamentali, friski, imnixxfin, miżbugħin, ibbliċjati, imdakkra jew ippreparati b'xi mod ieħor |

    ex Kapitolu 7, Ħaxix tajjeb għall-ikel u ċerti għeruq u tuberi:

    Kodiċi Iżlandiż | Deskrizzjoni Iżlandiża tal-prodotti | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni tan-NM tal-prodotti |

    0702 | Tadam, frisk jew imkessaħ | 07020000 | Tadam, frisk jew imkessaħ |

    ex 0703 | Basal, shallots, tewm u ħaxix ieħor tal-ġeneru tat-tewm, frisk jew imkessaħ | ex0703 | Basal, shallots, tewm u ħaxix ieħor tal- ġeneru tat-tewm, frisk jew imkessaħ |

    ex 0704 | Kaboċċi, pastard, ġdur, kaboċċi mberfla u brassicas simili tajbin għall-ikel, friski jew imkessħa: | ex0704 | Kaboċċi, pastard, ġdur, kaboċċi mberfla u brassicas simili tajbin għall-ikel, friski jew imkessħa: |

    0704.2000 | – Tip ta' kaboċċi żgħar | 07042000 | Tip ta' kaboċċi żgħar |

    0704.9005 | – – Tip ta' kaboċċi mberfla (brassica oleracea acepjala) | ex07049090 | Oħrajn, minbarra l-kaboċċa Ċiniża |

    0704.9009 | – – Oħrajn | |

    0705 | Ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra (Cichorium spp.), friski jew imkessħa: | 0705 | Ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra (Cichorium spp.), friski jew imkessħa |

    ex 0706 | Karrotti, nevew, pitravi ta' l-insalata, salsafja, krafes ħoxnin, ravanell abjad u għeruq simili tajbin għall-ikel, friski jew imkessħa | ex0706 | Karrotti, nevew, pitravi ta' l-insalata, salsafja, krafes ħoxnin, ravanell abjad u għeruq simili tajbin għall-ikel, friski jew imkessħa |

    0706.9009 | – Oħrajn | 070690 | Oħrajn |

    0707 | Ħjar u gerkins, friski jew imkessħa: | 0707 | Ħjar u gerkins, friski jew imkessħa: |

    0708 | Ħaxix leguminuż, fil-qoxra jew le, frisk jew imkessaħ | 0708 | Ħaxix leguminuż, fil-qoxra jew le, frisk jew imkessaħ |

    ex 0709 | Ħaxix ieħor, frisk jew imkessaħ: | ex0709 | Ħaxix ieħor, frisk jew imkessaħ: |

    0709.10 | – Qaqoċċ, frisk jew imkessaħ | 07091000 | Qaqoċċ |

    0709.20 | – Spraġ, frisk jew imkessaħ | 07092000 | Spraġ |

    0709.30 | – Brunġiel | 07093000 | Brunġiel |

    0709.52 | – – Tartuf, frisk jew imkessaħ | 07095200 | Tartuf |

    0709.60 | – Frott tal-ġeneru Capsicum jew tal-ġeneru Pimenta | 070960 | – Frott tal-ġeneru Capsicum jew tal-ġeneru Pimenta |

    0709.70 | – Spinaċi, spinaċi ta' N-Z u spinaċi orache (spinaċi tal-ġnien), frisk jew imkessaħ | 07097000 | Spinaċi, spinaċi ta' New Zealand u spinaċi orache (spinaċi tal-ġnien) |

    0709.9001 | – – Qamħirrun ħelu | 07099060 | Qamħirrun ħelu |

    0709.9002 | – – Żukkini | 07099070 | Żukkini |

    0709.9003 | – – Żebbuġ | | Żebbuġ: |

    07099031 | – Għal użi oħra minbarra dak tal-produzzjoni ta' żejt |

    07099039 | – Oħrajn |

    0709.9004 | – – Tursin (percille) | 07099090 | Oħrajn |

    0709.9009 | – – Oħrajn |

    ex 0710 [1] | Ħaxix (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-togħlija fl-ilma), friżat: | ex0710 [1] | Ħaxix (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma), friżat: |

    | Minbarra l-patata | 07102100 | Piżelli (Pisum sativum) |

    07102200 | Fażola (Vigna spp., Phaseolus spp.) |

    07102900 | Oħrajn |

    07103000 | Spinaċi, spinaċi ta' New Zealand u spinaċi orache (spinaċi tal-ġnien) |

    07104000 | Qamħirrun ħelu |

    071080 | Ħaxix ieħor |

    07109000 | Taħlitiet ta' ħaxix |

    0711 [1] | Ħaxix ippreservat b'mod provviżorju (per eżempju, bil-gass tad-diossidu tas-sulfat, fl-ilma mielaħ, fl-ilma tas-sulfat jew f'soluzzjonijiet preservattivi oħrajn), iżda li f'dak l-istat m'huwiex adattat għal konsum immedjat | 0711 [1] | Ħaxix ippreservat b'mod provviżorju (per eżempju, bil-gass tad-diossidu tas-sulfat, fl-ilma mielaħ, fl-ilma tas-sulfat jew f'soluzzjonijiet preservattivi oħrajn), iżda li f'dak l-istat m'huwiex adattat għal konsum immedjat |

    0712 | Ħaxix imnixxef, sħiħ, maqtugħ, slajsjat, imkisser jew f'forma ta' trab, iżda mhux ippreparat ulterjorament | 0712 | Ħaxix imnixxef, sħiħ, maqtugħ, slajsjat, imkisser jew f'forma ta' trab, iżda mhux ippreparat ulterjorament |

    0713 | Ħaxix leguminuż imnixxef, fil-qoxra, sew jekk imqaxxar jew maqsum, sew jekk le | 0713 | Ħaxix leguminuż imnixxef, fil-qoxra, sew jekk imqaxxar jew maqsum, sew jekk le |

    0714 | Manjoka, ararott, salep, qaqoċċ ta' Ġerusalemm, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b'kontenut għoli ta' lamtu jew inulina, friski, imkessħa, friżati jew imnixxfa, sew jekk imqattgħin jew imgerbin; sago pith | 0714 | Manjoka, ararott, salep, qaqoċċ ta' Ġerusalemm, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b'kontenut għoli ta' lamtu jew inulina, friski, imkessħa, friżati jew imnixxfa, sew jekk imqattgħin jew imgerbin; sago pith |

    Kapitolu 8, Frott u lewż tajbin għal-ikel; qxur taċ-ċitru jew bettiegħ |

    Kapitolu 9 [1], Kafé, té, maté u aromatiċi |

    Kapitolu 10 [2], Ċereali |

    Kapitolu 11 [2], Prodotti ta' l-industrija tat-tħin; xgħir; lamti; inulina; glutina tal-qamħ |

    Kapitolu 12 [2], Żrieragħ taż-żejt u frott li fih iż-żejt; qmuħ, żerriegħa u frott mixxellanji; pjanti industrijali jew mediċinali; tiben u għalf |

    Kapitolu 13 [1], Gommalakka; gomma, raża u likwidi u estratti oħra mill-ħaxix |

    Kapitolu 14 [1], Materjali veġetali għat-trizza; prodotti veġetali li m'humiex speċifikati jew inkluzi x'imkien ieħor |

    Kapitolu 15 [1] [3], Xaħmijiet u żjut ta' l-annimali jew veġetali u l-prodotti li joħorġu minnhom; xaħmijiet ta' l-ikel ippreparati; xama' ta' l-annimali jew veġetali |

    ex Kapitolu 18 [1], Kawkaw u preparazzjonijiet bil-kawkaw:

    Kodiċi Iżlandiż | Deskrizzjoni Iżlandiża tal-prodotti | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni tan-NM tal-prodotti |

    1801 | Żerriegħa tal-kawkaw, sħaħ jew imkissrin, nejjin jew inkaljati | 1801 | Żerriegħa tal-kawkaw, sħaħ jew imkissrin, nejjin jew inkaljati |

    1802 | Qxur, fosdoq, ħliefa u skart ieħor tal-kawkaw | 1802 | Qxur, fosdoq, ħliefa u skart ieħor tal-kawkaw |

    ex Kapitolu 20, Preparazzjonijiet ta' ħaxix, frott, lewż jew partijiet oħra ta' pjanti:

    Kodiċi Iżlandiż | Deskrizzjoni Iżlandiża tal-prodotti | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni tan-NM tal-prodotti |

    ex 2001 [1] | Ħaxix, frott, lewż u partijiet oħra tal-pjanti li huma tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippreservati bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku: | ex2001 [1] | Ħaxix, frott, lewż u partijiet oħra tal-pjanti li huma tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippreservati bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku: |

    2001.1000 | – Ħjar u gerkins | 20011000 | Ħjar u gerkins |

    – Oħrajn | 200190 | Oħrajn |

    2001.9005 | – – Basal | 20019093 | Basal |

    2001.9009 | – – Oħrajn | 20019099 | Oħrajn, minbarra l-patata u prodotti tagħha |

    2002 | Tadam ippreparat jew ippreservat b'modi oħra minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku | 2002 | Tadam ippreparat jew ippreservat b'modi oħra minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku |

    2003 | Faqqiegħ u tartuf, ippreparat jew ippreservat b'modi oħra minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku | 2003 | Faqqiegħ u tartuf, ippreparat jew ippreservat b'modi oħra minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku |

    2004 [1] | Ħaxix ieħor ippreparat jew ippreservat b'modi oħra minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, friżat: | 2004 [1] | Ħaxix ieħor ippreparat jew ippreservat b'modi oħra minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, friżat, għajr għall-prodotti ta' l-intestatura 2006: |

    2004.9002 | – – Qaqoċċ | ex20049098 | Qaqoċċ. |

    2004.9003 | – – Żebbuġ aħdar jew iswed | ex20049030 | Żebbuġ aħdar jew iswed |

    2004.9004 | – – Piżelli ħodor u fażola | 20049050 | Piżelli (Pisum sativum) u fażola mhux misjura ta' l-ispeċi Phaseolus spp., fil-miżwed |

    2004.9005 | – – Preparazzjonijiet b'bażi ta' tqiq ta' pjanti leguminużi | ex20049098 | Preparazzjonijiet b'bażi ta' tqiq ta' pjanti leguminużi |

    2004.9009 | – – Oħrajn | ex20049098 | Oħrajn, minbarra prodotti li fihom laħam fi proporzjon ta' 3 % sa u inkluż 20 % tal-piż |

    2005 [1] | Ħaxix ieħor ippreparat jew ippreservat b'mod ieħor minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux friżat: | 2005 [1] | Ħaxix ieħor ippreparat jew ippreservat b'mod ieħor minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux friżat, għajr għall-prodotti ta' l-intestatura 2006: |

    2005.1000 | – Ħaxix omoġenizzat | 20051000 | Ħaxix omoġenizzat |

    2005.4000 | – Piżelli (Pisum sativum) | 20054000 | Piżelli (Pisum sativum) |

    – Fażola (Vigna spp., Phaseolus spp.): | Fażola (Vigna spp., Phaseolus spp.): |

    2005.5100 | – Fażola, fil-qoxra | 20055100 | Fażola, fil-qoxra |

    2005.5900 | – Oħrajn | 20055900 | Oħrajn |

    2005.6000 | – Spraġ | 20056000 | Spraġ |

    2005.7000 | – Żebbuġ | 200570 | Żebbuġ |

    – Ħaxix ieħor u taħlitiet ta' ħaxix: | 200590 | Ħaxix ieħor u taħlitiet ta' ħaxix: |

    2005.9009 | – Oħrajn | ex20059080 | Oħrajn, minbarra prodotti li fihom laħam fi proporzjon ta' 3 % sa u inkluż 20 % tal-piż |

    2008 [1] | Frott, lewż u partijiet oħra ta' pjanti li huma tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippreservati b'xi mod ieħor, sew jekk miżjuda biz-zokkor jew b'xi sustanza jew spirtu ieħor għall-ħlewwa u sew jekk le, li m'humiex speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor | 2008 [1] | Frott, lewż u partijiet oħra ta' pjanti li huma tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippreservati b'xi mod ieħor, sew jekk miżjuda biz-zokkor jew b'xi sustanza jew spirtu ieħor għall-ħlewwa u sew jekk le, li m'humiex speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor |

    2009 | Meraq tal-frott (inkluż l-għeneb magħsur) u meraq tal-ħaxix, mhux iffermentati u li ma fihomx spirti miżjuda, kemm jekk fihom iz-zokkor jew xi sustanza oħra li żżid il-ħlewwa kif ukoll jekk le | 2009 | Meraq tal-frott (inkluż l-għeneb magħsur) u meraq tal-ħaxix, mhux iffermentati u li ma fihomx spirti miżjuda, kemm jekk fihom iz-zokkor jew xi sustanza oħra li żżid il-ħlewwa kif ukoll jekk le |

    ex Kapitolu 22, Xorb, spirti u ħall:

    Kodiċi Iżlandiż | Deskrizzjoni Iżlandiża tal-prodotti | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni tan-NM tal-prodotti |

    2201 | Ilmijiet, inklużi l-ilmijiet minerali u l-ilmijiet effervexxenti naturali jew artifiċjali, li m'humiex miżjuda biz-zokkor jew b'xi sustanza oħra għall-ħlewwa u li ma ngħatawx xi togħma; is-silġ u l-borra | 2201 | Ilmijiet, inklużi l-ilmijiet minerali u l-ilmijiet effervexxenti naturali jew artifiċjali, li m'humiex miżjuda biz-zokkor jew b'xi sustanza oħra għall-ħlewwa u li ma ngħatawx xi togħma; is-silġ u l-borra |

    2204 | Inbid ta' għeneb frisk, inklużi inbejjed fortifikati; il-most ta' l-għeneb minbarra dak ta' l-intestatura 2009 | 2204 | Inbid ta' għeneb frisk, inklużi inbejjed fortifikati; il-most ta' l-għeneb minbarra dak ta' l-intestatura 2009 |

    ex Kapitolu 23, Residwi u skart minn industriji ta' l-ikel; għalf ippreparat għall-annimali

    Kodiċi Iżlandiż | Deskrizzjoni Iżlandiża tal-prodotti | Kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni tan-NM tal-prodotti |

    ex 2309 | Preparazzjonijiet ta' tip użat fl-għalf ta' l-annimali: | ex2309 | Preparazzjonijiet ta' tip użat fl-għalf ta' l-annimali: |

    ex 2309.1000 | Ikel tal-klieb jew tal-qtates, impoġġijin għall-bejgħ bl-imnut, li ma fihom l-ebda lamtu jew li ma fihomx iżjed minn 30 % tal-piż lamtu u li ma fihom l-ebda prodotti tal-ħalib jew li fihom inqas minn 10 % tal-piż ta' tali prodotti | 23091011 23091031 | Ikel tal-klieb jew tal-qtates, impoġġijin għall-bejgħ bl-imnut, li ma fihom l-ebda lamtu jew li ma fihomx iżjed minn 30 % tal-piż tal- lamtu u li ma fihom l-ebda prodotti tal-ħalib jew li fihom inqas minn 10 % tal-piż ta' tali prodotti |

    Kapitolu 24 [1], Tabakk u sostituti tat-tabakk manifatturati |

    20070222

    ANNESS II

    Kwoti tariffarji mogħtijin mill-Komunità Ewropea

    Il-Komunità Ewropea ser tiftaħ il-kwota tariffarja annwali li ġejja għall-prodotti li ġejjin li joriġinaw fl-Iżlanda [*]

    Intestatura tat-tariffa doganali tan-NM | Deskrizzjoni tal-prodotti | Kwantità annwali | Rata ta' dazju |

    ex0204 | laħam tan-ngħaġ, frisk, imkessaħ jew friżat laħam tan-ngħaġ, affumikat | 1850 tunnellata (piż nett) | 0 |

    ex0210 | 0 |

    ex0405 | butir naturali | 350 tunnellata (piż nett) | 0 |

    ex0403 [**] | "Skyr" | 380 tunnellata (piż nett) | 0 |

    ex1601 | zalzett | 100 tunnellata (piż nett) | 0 |

    20070222

    ANNESS III

    Kwoti tariffarji mogħtijin mill-Iżlanda

    L-Iżlanda ser tiftaħ il-kwoti tariffarji annwali, li ġejjin, għall-prodotti, li ġejjin, li joriġinaw fil-Komunità Ewropea [*]

    Intestatura tat-tariffi doganali ta' l-Iżlanda | Deskrizzjoni tal-prodotti | Kwantità annwali | Rata ta' dazju |

    0201 u 0202 | laħam ta' annimali bovini, frisk, imkessaħ jew friżat | 100 tunnellata (piż nett) | 0 |

    0203 | laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew friżat | 200 tunnellata (piż nett) | 0 |

    0207 | laħam u ġewwieni tal-laħam tajjeb għall-ikel, ta' tjur ta' l-intestatura 0105, frisk, imkessaħ jew friżat | 200 tunnellata (piż nett) | 0 |

    0208.9003 | perniċi bojod, friżati | 20 tunnellata (piż nett) | 0 |

    ex 0210 | laħam u ġewwieni tal-laħam tajjeb għall-ikel, immellaħ, fl-ilma mielaħ, imnixxef jew affumikat; dqiq u ikliet minn ġewwieni tal-laħam tajjeb għall-ikel; b'denominazzjoni ta' l-oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta [**] | 50 tunnellata (piż nett) | 0 |

    ex 0406 | ġobon b'denominazzjoni ta' l-oriġini protetta jew' indikazzjoni ġeografika protetta [**] | 20 tunnellata (piż nett mingħajr likwidu) | 0 |

    0406 | ġobon | 80 tunnellata (piż nett mingħajr likwidu) | 0 |

    0701.9001 | patata, friska jew imkessħa, b'tul minimu ta' 65mm | 100 tunnellata (piż nett) | 0 |

    ex 1601 | zalzett | 50 tunnellata (piż nett) | 0 |

    1602 | laħam, ġewwieni tal-laħam jew demm ieħor ippreparat jew ippreservat | 50 tunnellata (piż nett) | 0 |

    20070222

    ANNESS IV

    Konċessjonijiet tariffarji mogħtijin mill-Iżlanda

    L-Iżlanda ser tagħti t-tariffi preferenzjali li ġejjin għall-prodotti li joriġinaw fil-Komunità Ewropea:

    | % | ISK/kg |

    0201 | | Laħam ta' annimali bovini, frisk jew imkessaħ: | | |

    0201.1000 | — | Karkassi u nofsijiet ta' karkassi | 18 | 214 |

    | — | Biċċiet oħra bl-għadam fihom: | | |

    0201.2001 | — | Flettijiet (loins) u biċċiet maqtugħin minnhom | 18 | 422 |

    0201.2002 | — | Qatgħa laħam tonda u biċċiet maqtugħin minnha | 18 | 300 |

    0201.2003 | — | L-ispalel u biċċiet maqtugħin minnhom | 18 | 189 |

    0201.2009 | — | Oħrajn | 18 | 189 |

    | — | Mingħajr għadam: | | |

    0201.3001 | — | Kapuljat | 18 | 306 |

    0201.3002 | — | Tenderloin | 18 | 877 |

    0201.3003 | — | Il-parti ta' fuq ta' flett | 18 | 652 |

    0201.3004 | — | Qatgħa laħam tonda | 18 | 608 |

    0201.3009 | — | Oħrajn | 18 | 359 |

    0202 | | Laħam ta' annimali bovini, friżat: | | |

    0202.1000 | — | Karkassi u nofsijiet ta' karkassi | 18 | 214 |

    | — | Biċċiet oħra bl-għadam fihom: | | |

    0202.1001 | — | Flettijiet u biċċiet maqtugħin minnhom | 18 | 422 |

    0202.1002 | — | Qatgħa laħam tonda u biċċiet maqtugħin minnha | 18 | 300 |

    0202.1003 | — | L-ispalel u biċċiet maqtugħin minnha | 18 | 189 |

    0202.1009 | — | Oħrajn | 18 | 189 |

    | — | Mingħajr għadam: | | |

    0202.3001 | — | Kapuljat | 18 | 306 |

    0202.3002 | — | Tenderloin | 18 | 877 |

    0202.3003 | — | Il-parti ta' fuq ta' flett | 18 | 652 |

    0202.3004 | — | Qatgħa laħam tonda | 18 | 608 |

    0202.3009 | — | Oħrajn | 18 | 359 |

    0203 | | Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew friżat: | | |

    | — | Frisk jew imkessaħ: | | |

    0203.1100 | — | Karkassi u nofsijiet ta' karkassi | 18 | 217 |

    | — | Prieżet, spalel u qtajja' minnhom, bl-għadam fihom: | | |

    0203.1201 | — | Qatgħa laħam tonda u biċċiet maqtugħin minnha | 18 | 302 |

    0203.1209 | — | L-ispalel u biċċiet maqtugħin minnhom | 18 | 278 |

    | — | Oħrajn: | | |

    | — | Bl-għadam: | | |

    0203.1901 | — | Flettijiet u biċċiet maqtugħin minnha | 18 | 465 |

    0203.1902 | — | Oħrajn | 18 | 217 |

    | — | Mingħajr għadam: | | |

    0203.1903 | — | Kapuljat | 18 | 274 |

    0203.1904 | — | Tenderloin | 18 | 717 |

    0203.1905 | — | Il-parti ta' fuq ta' flett | 18 | 664 |

    0203.1906 | — | Qatgħa laħam tonda | 18 | 613 |

    0203.1909 | — | Oħrajn: | 18 | 274 |

    | — | Friżat: | | |

    0203.2100 | — | Karkassi u nofsijiet ta' karkassi | 18 | 217 |

    | — | Prieżet, spalel u qtajja' minnhom, bl-għadam fi: | | |

    0203.2201 | — | Qatgħa tal-laħam tonda u biċċiet maqtugħin minnha | 18 | 302 |

    0203.2209 | — | L-ispalel u biċċiet maqtugħin minnhom | 18 | 278 |

    | — | Oħrajn: | | |

    | — | Bl-għadma: | | |

    0203.2901 | — | Flettijiet u biċċiet maqtugħin minnhom | 18 | 465 |

    0203.2902 | — | Oħrajn | 18 | 217 |

    | — | Mingħajr għadam: | | |

    0203.2903 | — | Kapuljat | 18 | 274 |

    0203.2904 | — | Tenderloin | 18 | 717 |

    0203.2905 | — | Il-parti ta' fuq ta' flett | 18 | 664 |

    0203.2906 | — | Qatgħa laħam tonda | 18 | 613 |

    0203.2909 | — | Oħrajn | 18 | 274 |

    0204 | | Laħam tan-ngħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew friżat: | | |

    0204.1000 | — | Karkassi u nofsijiet ta' karkassi tal-ħaruf, frisk jew imkessaħ | 18 | 164 |

    | — | Laħam ieħor tan-ngħaġ, frisk jew imkessaħ: | | |

    0204.2100 | — | Karkassi u nofsijiet ta' karkassi | 18 | 164 |

    | — | Biċċiet oħra bl-għadam fihom: | | |

    0204.2201 | — | Flettijiet u biċċiet maqtugħin minnhom | 18 | 229 |

    0204.2202 | — | Qatgħa tal-laħam tonda u biċċiet maqtugħin minnha | 18 | 229 |

    0204.2203 | — | L-ispalel u biċċiet maqtugħin minnhom | 18 | 145 |

    0204.2209 | — | Oħrajn | 18 | 145 |

    | — | Mingħajr għadam: | | |

    0204.2301 | — | Kapuljat | 18 | 234 |

    0204.2302 | — | Tenderloin | 18 | 568 |

    0204.2303 | — | Il-parti ta' fuq ta' flett | 18 | 530 |

    0204.2304 | — | Qatgħa laħam tonda | 18 | 530 |

    0204.2309 | — | Oħrajn | 18 | 234 |

    0204.3000 | — | Karkassi u nofsijiet ta' karkassi tal-ħaruf, friżat | 18 | 164 |

    | — | Laħam ieħor tan-ngħaġ, friżat: | | |

    0204.4100 | — | Karkassi u nofsijiet ta' karkassi | 18 | 164 |

    | — | Biċċiet oħra bl-għadam fi: | 0 | 0 |

    0204.4201 | — | Flettijiet u biċċiet maqtugħin minnhom | 18 | 229 |

    0204.4202 | — | Qatgħa tal-laħam tonda u biċċiet maqtugħin minnha | 18 | 229 |

    0204.4203 | — | L-ispalel u biċċiet maqtugħin minnhom | 18 | 145 |

    0204.4209 | — | Oħrajn | 18 | 145 |

    | — | Mingħajr għadam: | | |

    0204.4301 | — | Kapuljat | 18 | 234 |

    0204.4302 | — | Tenderloin | 18 | 568 |

    0204.4303 | — | Il-parti ta' fuq ta' flett | 18 | 530 |

    0204.4304 | — | Qatgħa laħam tonda | 18 | 530 |

    0204.4309 | — | Oħrajn | 18 | 234 |

    0204.5000 | — | Laħam tal-mogħoż | 18 | 229 |

    0205 | 0205.0000 | Laħam taż-żwiemel, ħmir, bgħula tal-ġarr jew bgħula ta' l-irkib, frisk, imkessaħ jew friżat | 18 | 154 |

    0206 | | Ġewwieni ta' annimali bovini, majjal, ngħaġ, mogħoż, żwiemel, ħmir, bgħula tal-ġarr jew bgħula ta' l-irkib tajjeb għall-ikel, frisk, imkessaħ jew friżat: | | |

    0206.1000 | — | Ta' annimali bovini, frisk jew imkessaħ | 18 | 253 |

    | — | Ta' annimali bovini, friżat: | | |

    0206.2100 | — | Ilsna | 18 | 253 |

    0206.2200 | — | Fwied | 18 | 146 |

    0206.2900 | — | Oħrajn | 18 | 210 |

    0206.3000 | — | Tal-majjal, frisk jew imkessaħ | 18 | 121 |

    | — | Tal-majjal, friżat: | | |

    0206.4100 | — | Fwied | 18 | 121 |

    0206.4900 | — | Oħrajn | 18 | 121 |

    | — | Oħrajn, friski jew imkessħa: | | |

    0206.8001 | — | Irjus tan-ngħaġ | 18 | 130 |

    0206.8009 | — | Oħrajn | 18 | 130 |

    | — | Oħrajn, friżati: | | |

    0206.9001 | — | Irjus tan-ngħaġ | 18 | 130 |

    0206.9009 | — | Oħrajn | 18 | 130 |

    0207 | | Laħam u ġewwieni tajjeb għall-ikel, ta' tjur ta' l-intestatura 0105, frisk, imkessaħ jew friżat: | | |

    | — | Ta' tjur ta' l-ispeċi Gallus domesticus: | | |

    0207.1100 | — | Mhux imqattgħin f'biċċiet, friski jew imkessħa | 18 | 362 |

    0207.1200 | — | Mhux imqattgħin f'biċċiet, friżati | 18 | 263 |

    | — | Qtajja' u ġewwieni, friski jew imkessħa: | | |

    0207.1301 | — | Mingħajr għadam | 18 | 299 |

    0207.1302 | — | Fwied | 18 | 299 |

    0207.1309 | — | Oħrajn | 18 | 299 |

    | — | Qtajja' u ġewwieni, friżati: | | |

    0207.1401 | — | Mingħajr għadam | 18 | 540 |

    0207.1402 | — | Fwied | 12 | 299 |

    0207.1409 | — | Oħrajn | 18 | 263 |

    | — | Tad-dundjani: | | |

    0207.2400 | — | Mhux imqattgħin f'biċċiet, friski jew imkessħa | 18 | 362 |

    0207.2500 | — | Mhux imqattgħin f'biċċiet, friżati | 18 | 362 |

    | — | Qtajja' u ġewwieni, friski jew imkessħa: | | |

    0207.2601 | — | Mingħajr għadam | 18 | 299 |

    0207.2602 | — | Fwied | 18 | 299 |

    0207.2609 | — | Oħrajn | 18 | 299 |

    | — | Qtajja' u ġewwieni, friżati: | | |

    0207.2701 | — | Mingħajr għadam | 18 | 600 |

    0207.2702 | — | Fwied | 12 | 299 |

    0207.2709 | — | Oħrajn | 18 | 362 |

    | — | Tal-papri, tal-wiżż jew tal-fargħuni: | | |

    0207.3200 | — | Mhux imqattgħin f'biċċiet, friski jew imkessħa | 18 | 362 |

    0207.3300 | — | Mhux imqattgħin f'biċċiet, friżati | 18 | 362 |

    0207.3400 | — | Fwied imxaħħam, frisk jew imkessaħ | 18 | 154 |

    | — | Oħra, friski jew imkessħa: | | |

    0207.3501 | — | Mingħajr għadam | 18 | 299 |

    0207.3502 | — | Fwied | 18 | 299 |

    0207.3509 | — | Oħrajn | 18 | 299 |

    | — | Oħrajn, friżati: | | |

    0207.3601 | — | Mingħajr għadam | 18 | 600 |

    0207.3602 | — | Fwied | 12 | 299 |

    0207.3609 | — | Oħrajn | 18 | 362 |

    0208 | | Laħam u ġewwieni tal-laħam tajjeb għall-ikel, frisk, imkessaħ jew friżat: | | |

    0208.1000 | — | Tal-fniek jew tal-liebru | 18 | 236 |

    | — | Oħrajn: | | |

    0208.9001 | — | Bċieċen | 18 | 218 |

    0208.9002 | — | Faġani | 18 | 218 |

    0208.9003 | — | Perniċi bojod, friżati | 18 | 268 |

    0208.9004 | — | Ċriev | 18 | 218 |

    0208.9007 | — | Laħam tar-renni mingħajr għadam, friżat | 18 | 608 |

    0208.9008 | — | Laħam tar-renni bl-għadam, friżat [1] | 18 | 608 |

    0208.9009 | — | Saqajn taż-żrinġijiet | 18 | 236 |

    0208.9019 | — | Oħrajn | 18 | 218 |

    0209 | 0209.0000 | Xaħam tal-majjal, mingħajr laħam dgħif, u xaħam tat-tjur, mhux ittrattat jew estratt b'xi mod ieħor, frisk, imkessaħ, friżat, immellaħ, fl-ilma mielaħ, imnixxef jew affumikat | 18 | 60 |

    0210 | | Laħam u ġewwieni tal-laħam tajjeb għall-ikel, immellaħ, fl-ilma mielaħ, imnixxef jew affumikat; dqiq u ikliet tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-laħam tajbin għall-ikel: | | |

    | — | Laħam tal-majjal: | | |

    0210.1100 | — | Prieżet, spalel u qtajja' minnhom, bl-għadam fi: | 18 | 302 |

    0210.1200 | — | Iż-żaqq (streaky) u biċċiet maqtugħin minnha | 18 | 217 |

    | — | Oħrajn: | | |

    | — | Affumikat: | | |

    0210.1901 | — | Mingħajr għadam | 30 | 447 |

    0210.1902 | — | Oħrajn | 18 | 717 |

    0210.1909 | — | Oħrajn | 18 | 465 |

    | — | Laħam ta' annimali bovini, friżat: | | |

    0210.2001 | — | Mingħajr għadam | 18 | 877 |

    0210 2009 | — | Oħrajn | 18 | 422 |

    | — | Oħrajn: | | |

    0210.9910 | — | Fwied tat-tjur, imnixxef jew affumikat | 18 | 299 |

    | — | Laħam tan-ngħaġ, immellaħ: | | |

    0210.9921 | — | Mingħajr għadam | 18 | 568 |

    0210.9929 | — | Oħrajn | 18 | 270 |

    | — | Laħam tan-ngħaġ, affumikat (hangikjöt): | | |

    0210.9931 | — | Mingħajr għadam | 18 | 568 |

    0210.9939 | — | Oħrajn | 18 | 270 |

    0210.9990 | — | Oħrajn | 30 | 363 |

    B. Ittra mir-Repubblika ta' l-Iżlanda

    Reykjavik

    Sinjur,

    Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum u li taqra kif ġej:

    "Għandi l-unur li nirriferi għan-negozjati kummerċjali bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda dwar prodotti agrikoli, li saru mis- 6 ta' Marzu 2005 sa l- 14 ta' Diċembru 2006 abbażi ta' l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

    Bil-għan li jitrawwem żvilupp ta' kummerċ armonjuż bejn il-Partijiet, il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda qablu dwar preferenzi kummerċjali bilaterali addizzjonali rigward prodotti agrikoli, b'kont debitament meħud tal-linji politiċi agrikoli u ċ-ċirkostanzi rispettivi, inkużi l-evoluzzjoni tal-kummerċ bilaterali u kummerċ ma' imsieħba oħra.

    Jiena hawnhekk nikkonferma li r-riżultati tan-negozjati kienu kif ġej:

    1. Mill- 1 ta' Marzu 2007, il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda ser jikkonsolidaw b'mod reċiproku f'livell bilaterali il-linji eżistenti ta' żero dazju doganali, kemm jekk ikunu dazji applikati kif ukoll jekk ikunu konċessjonijiet eżistenti, u, jekk ma jkunux diġà fil-livell ta' żero, jeliminaw b'mod reċiproku d-dazji doganali fuq importazzjonijiet bilaterali, għall-prodotti kollha li joriġinaw fil-Partijiet, li huma elenkati fl-Anness I.

    2. Mill- 1 ta' Marzu 2007, il-Komunità Ewropea ser tipprovdi kwoti tariffarji fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti li joriġinaw fl-Iżlanda, li huma elenkati fl-Anness II.

    3. Mill- 1 ta' Marzu 2007, ir-Repubblika ta' l-Iżlanda ser tipprovdi kwoti tariffarji fuq l-importazzjonijiet fl-Iżlanda ta' prodotti li joriġinaw fil-Komunità, li huma elenkati fl-Anness III.

    4. Mill- 1 ta' Marzu 2007 ir-Repubblika ta' l-Iżlanda ser tagħti lill-Komunità Ewropea t-tariffi preferenzjali elenkati fl-Anness IV.

    Dawn il-konċessjonijiet bilaterali jissostitwixxu u jikkonsolidaw il-konċessjonijiet bilaterali eżistenti kollha fi prodotti agrikoli li huma fis-seħħ attwalment, bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea [4].

    5. Ir-Repubblika ta' l-Iżlanda taqbel li ttemm ir-riduzzjonijiet erga omnes unilaterali u temporanji tagħha fit-tariffi applikati fuq prodotti agrikoli li kienu stabbiliti fl-2002 u li ġġeddu sa issa fuq bażi annwali.

    6. Id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 3 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda [5] rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti ta' oriġini" u l-metodi ta' koperazzjoni għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-prodotti msemmijin fl-Annessi I, II, III u IV.

    7. Il-Partijiet ser jieħdu passi sabiex jiżguraw li l-benefiċċji, li huma jagħtu lil xulxin, ma jiġux mhedda b'miżuri ta' importazzjoni restrittivi oħra.

    8. Il-Partijiet jiftiehmu li jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-kwoti tariffarji jiġu ġestiti b'tali mod li l-importazzjonijiet ikunu jistgħu jsiru regolarment u li l-kwantitajiet miftiehma għall-importazzjoni jkunu jistgħu jiġu importati b'mod effettiv.

    9. Il-Partijiet jiftiehmu li jagħmlu ħilithom sabiex jippromwovu l-kummerċ ta' prodotti li jirrispettaw l-ambjent u prodotti b'indikazzjoni ġeografika. Il-Partijiet jiftiehmu li jimpenjaw ruħhom f'diskussjoni bilaterali ulterjuri bil-ħsieb li jifhmu aħjar il-leġislazzjoni rispettiva u l-proċeduri ta' reġistrazzjoni, sabiex jiġu identifikati modi li jsaħħu l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi fit-territorji taż-żewġ Partijiet.

    10. Il-Partijiet jiftiehmu li f'intervalli regolari jiskambjaw informazzjoni dwar prodotti kummerċjalizzati, il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji, il-kwotazzjonijiet ta' prezzijiet u kwalunkwe informazzjoni utli rigward is-swieq domestiċi rispettivi u l-implimentazzjoni tar-riżultati ta' dawn in-negozjati.

    11. Ser isiru konsultazzjonijiet fuq talba ta' kwalunkwe Parti dwar kull mistoqsija relatata ma' l-implimentazzjoni tar-riżultati ta' dawn in-negozjati. F'każ ta' diffikultà fl-implimentazzjoni tar-riżultati ta' dawn in-negozjati, dawn il-konsultazzjonijiet ser isiru malajr kemm jista' jkun, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' miżuri korrettivi xierqa.

    12. L-ewwel konsultazzjonijiet relatati mar-riżultati ta' dawn in-negozjati ser isiru qabel jiġu stabbiliti dawk l-arranġamenti implimentattivi, bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni bla xkiel ta' dawn in-negozjati.

    13. Ir-riżultati ta' dawn in-negozjati ser jiġu implimentati mill- 1 ta' Marzu 2007 [6]. Fejn meħtieġ, il-kwoti tariffarji ser jinfetħu fuq bażi pro-rata.

    14. Il-Partijiet jiftiehmu li jissoktaw in-negozjati bilaterali fil-qafas ta' l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea fi żmien sentejn, b'kunsiderazzjoni partikolari tar-riżultat tal-proċess ta' negozjati tad-WTO fl-agrikoltura.

    Jiena għandi l-unur li nikkonferma li l-Komunità Ewropea taqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.

    Inkun obbligat jekk tikkonferma li l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Iżlanda jaqbel ma' dan ta' hawn fuq."

    Jiena għandi l-unur li nikkonferma li l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Iżlanda jaqbel mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek.

    Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi,

    Done at Brussels, on the twenty-second day of February in the Year two thousand and seven.

    Съставено в Брюксел на двадесет и втори февруари две хиляди и седма година

    Hecho en Bruselas, el veintidós de febrero del dos mil siete.

    V Bruselu dne dvacátého druhého února dva tisíce sedm.

    Udfærdiget i Bruxelles den toogtyvende februar to tusind og syv.

    Geschehen zu Brüssel am zweiundzwanzigsten Februar zweitausendsieben.

    Kahe tuhande kuuenda aasta veebruarikuu kaheteistkümnendal päeval Brüsselis.

    Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι δύο Φεβρουαρίου δύο χιλιάδες επτά.

    Fait à Bruxelles, le vingt-deux février deux mille sept.

    Fatto a Bruxelles, addì ventidue febbraio duemilasette.

    Briselē, divtūkstoš septītā gada divdesmit otrajā februārī.

    Priimta du tūkstančiai septintų metų vasario dvidešimt antrą dieną Briuselyje.

    Kelt Brüsszelben, a kettőezer hetedik év február huszonkettedik napján.

    Magħmul fi Brussel, fit- tnejn u għoxrin jum ta' Frart tas-sena elfejn u sebgħa

    Gedaan te Brussel, de tweeëntwintigste februari tweeduizend zeven.

    Sporządzono w Brukseli, dnia dwudziestego drugiego lutego roku dwa tysiące siódmego.

    Feito em Bruxelas, em vinte e dois de Fevereiro de dois mil e sete.

    Întocmit la Bruxelles, douăzeci și doi februarie două mii șapte.

    V Bruseli dňa dvadsiateho druhého februára dvetisícsedem.

    V Bruslju, dvaindvajsetega februarja leta dva tisoč sedem.

    Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenätoisena päivänä helmikuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

    Som skedde i Bryssel den tjugoandra februari tjugohundrasju.

    For the Government of the Republic of Iceland

    За правителството на Република Исландия

    Por el Gobierno de la República de Islandia

    Za vládu Islandské republiky

    For regeringen for Republikken Island

    Für die Regierung der Republik Island

    Islandi Vabariigi Valitsuse nimel

    Για την Κυβέρνηση της Δημοκρατίας της Ισλανδίας

    Pour le gouvernement de la République d'Islande

    Per il governo della Repubblica d'Islanda

    Islandes Republikas valdības vārdā

    Islandijos Respublikos Vyriausybės vardu

    az Izlandi Köztársaság Kormánya részéről

    Għall-Gvern tar-Repubblika ta' l-Islanda

    Voor de Regering van de Republiek IJsland

    W imieniu Rządu Republiki Islandii

    Pelo Governo da República da Islândia

    Pentru Guvernul Republicii Islanda

    Za vládu Islandskej republiky

    Za Vlado Republike Islandije

    Islannin rasavallan hallituksen puolesta

    På Republiken Islands regerings vägnar

    +++++ TIFF +++++

    [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/359/KEE tat- 28 ta' April 1981 (ĠU L 137, 23.5.1981, p. 1).Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/239/KEE tal- 15 ta' Marzu 1993 (ĠU L 109, 1.5.1993, p. 1).Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/736/KE tat- 13 ta' Diċembru 1993 (ĠU L 346, 31.12.1993, p. 16).Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/582/KE ta' l- 20 ta' Diċembru 1995 (ĠU L 327, 30.12.1995, p. 17).

    [2] Id-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt KE-Iżlanda tat- 22 ta' Diċembru 2005 (ĠU L 131, 18.5.2006, p. 1).

    [3] Il-ftuħ tal-kwoti tariffarji tal-KE ser isir mill-1 ta' Lulju, abbażi ta' kwantitajiet ta' 9 xhur għall-2007.

    [1] Minbarra l-prodotti koperti mill-Protokoll 3 għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

    [2] Minbarra dawk għall-għalf ta' l-annimali.

    [3] Minbarra prodotti tal-ħut.

    [*] Il-kwoti għandhom japplikaw annwalment sakemm ma jiġix speċifikat diversament.

    [**] Il-kodiċi doganali huwa suġġett għal modifika, fi stennija ta' konferma tal-klassifikazzjoni tal-prodott.

    [*] Il-kwoti għandhom japplikaw annwalment sakemm ma jiġix speċifikat diversament.

    [**] Reġistrat taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l- 20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini għal prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12).

    [1] Konċessjoni tariffarja għal prodotti li m'humiex diġà koperti mill-konċessjoni ta' żero dazju mogħtija fl-Anness I għall-ex 0208.9008 "karkassi u nofsijiet ta' karkassi ta' laħam tar-renni, friżat".

    [4] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/359/KEE tat- 28 ta' April 1981 (ĠU L 137, 23.5.1981, p. 1).Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/239/KEE tal- 15 ta' Marzu 1993 (ĠU L 109, 1.5.1993, p. 1).Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/736/KE tat- 13 ta' Diċembru 1993 (ĠU L 346, 31.12.1993, p. 16).Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/582/KE ta' l- 20 ta' Diċembru 1995 (ĠU L 327, 30.12.1995, p. 17).

    [5] Id-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt KE-Iżlanda tat- 22 ta' Diċembru 2005 (ĠU L 131, 18.5.2006, p. 1).

    [6] Il-ftuħ tal-kwoti tariffarji tal-KE ser isir mill-1 ta' Lulju, abbażi ta' kwantitajiet ta' 9 xhur għall-2007.

    --------------------------------------------------

    Top