Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22006D0786

    Deċiżjoni Nru 4/2006 tal-Kumitat tat-Trasport ta' l-Ajru tal-Komunita' l-Iżvizzera tas- 27 ta' Ottubru 2006 li temenda l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru.

    ĠU L 318, 17.11.2006, p. 42–42 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 596–596 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/786/oj

    5.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    596


    DEĊIŻJONI NRU 4/2006 TAL-KUMITAT TAT-TRASPORT TA' L-AJRU TAL-KOMUNITA' L-IŻVIZZERA

    tas-27 ta' Ottubru 2006

    li temenda l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru.

    (2006/786/KE)

    IL-KUMITAT TAT-TRASPORT TA' L-AJRU TAL-KOMUNITA' L-IŻVIZZERA,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    1.   Dan li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 4 (Is-Sigurtà ta' l-Ajru) ta' l-Anness għall-Ftehim, wara r-referenza għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003:

    “Nru 1702/2003

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 ta' l-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji ta' l-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom”

    It-test tar-Regolament għandu, għall-għanijiet tal-Ftehim, jinqara bl-adattazzjoni li ġejja

    L-Artikolu 2 għandu jkun emendat kif ġej:

    Fil-paragrafi 3, 4, 6, 8, 10, 11, 13, u 14, id-data “it-28 ta' Settembru 2003” se tiġi sostitwita bil-kliem “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tat-Trasport tal-Komunità/ta' l-Iżvizzera li tinkorpora r-Regolament 1592/2002 fl-Anness għall-Ftehim”.

    2.   Dan li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 4 (Is-Sigurtà ta' l-Ajru) ta' l-Anness għall-Ftehim, wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 1 (1) għal din id-Deċiżjoni:

    “No 2042/2003

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 ta' l-20 ta' Novembru 2003 dwar il-kapaċità kontinwa li jintużaw fl-ajru ta' inġenji ta' l-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol”

    3.   Dan li ġej se jiġi miżjud wara l-punt 4 (Is-Sigurtà ta' l-Ajru) ta' l-Anness għall-Ftehim, wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 1 (2) għal din id-Deċiżjoni:

    “Nru 381/2005

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 381/2005 tas-7 ta' Marzu 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji ta' l-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom”

    4.   Dan li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 4 (Is-Sigurtà ta' l-Ajru) ta' l-Anness għall-Ftehim, wara l-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 1 (3) għal din id-Deċiżjoni:

    “Nru 488/2005

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 488/2005 tal-21 ta' Marzu 2005 dwar miżati u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea”

    Artikolu 2

    Din id-Direttiva għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fil-Kompendju Uffiċjali tal-Liġi Federali Żvizzera. Għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara l-adozzjoni tagħha.

    Magħmula fi Brussell, 27 ta' Ottubru 2006

    Għall-Kumitat Konġunt

    Il-Kap tad-Delegazzjoni Komunitarja

    Daniel CALLEJA CRESPO

    Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera

    Raymond CRON


    Top